Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1800

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2001 Dtat-13 ta' Settembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn il-GuineaTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 244, 14.9.2001, p. 19–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1800/oj

    32001R1800



    Official Journal L 244 , 14/09/2001 P. 0019 - 0019


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2001

    Dtat-13 ta' Settembru 2001

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn il-Guinea

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u kontroll ta' trasport ta' skart fi, ġewwa jew barra mill-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1999/816 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-applikazzjoni ta' trasport lill-ċerti pajjiżi mhux tal-OECD ta' ċerti tipi ta' skart [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 77/2001 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Guinea innotifikat lill-Kummissjoni fit-22 ta' Marzu 2001 li l-importazzjoni ta' l- iskart kollu elenkat fil-kategorija GM ta' l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 259/93 huwa aċċettat mingħajr proċedura ta' kontroll.

    (2) Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart [5], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [6], kien notifikat bit-talba uffiċċjali tal-Guinea fil-5 ta' April 2001.

    (3) Biex jingħata kont tas-sitwazzjoni l-ġdida f'dan il-pajjiż, huwa meħtieġ li jiġi emendat fl-istess waqt ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1552/2000 [8].

    (4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan r-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Bejn it-test li jirrelata mal-GRENADA u HONGKONG fl-Anness D li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999, it-test li ġej huwa mdaħħal:

    "GUINEA

    It-tipi kollha tas-sezzjoni GM (Skart li joħroġ mill-industriji agro-alimentari)."

    Artikolu 2

    Wara t-test "It-tipi kollha ħlief" relatat mal-Guinea fl-Anness B li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 it-test:

    "GJ 120 | 630900 | Ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti oħra tattessuti li jintlibsu" |

    huwa mibdul bit-test:

    GJ 120 | 630900 | Ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti oħra tattessuti li jintlibsu |

    "1. 2. It-tipi kollha tas-sezzjoni GM (Skart li joħroġ mill-industriji agro-ikel)."

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Pascal Lamy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 30, tas-6.02.93, p. 1.

    [2] ĠU L 316, ta' l-10.12.99, p. 45.

    [3] ĠU L 166, tal-1.07.99, p. 6.

    [4] ĠU L 11, tas-16.01.01, p. 14.

    [5] ĠU L 194, tal-25.07.75, p. 39.

    [6] ĠU L 135, tas-6.06.96, p. 32.

    [7] ĠU L 185, tas-17.07.99, p. 1.

    [8] ĠU L 176, tal-15.07.00, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top