Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1334

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2001 tat-22 ta’ Lulju 2001 dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja għal addittiv ġdid fl-għalfTest b’ rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 180, 3.7.2001, p. 18–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/04/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1334/oj

    32001R1334



    Official Journal L 180 , 03/07/2001 P. 0018 - 0019


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2001

    tat-22 ta’ Lulju 2001

    dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja għal addittiv ġdid fl-għalf

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar adittivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 26972000 [2], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li jistgħu jiġu awtorizzati adittivi ġodda wara r-rivista’ ta’ applikazzjoni li saret skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva.

    (2) L-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva jipprovdi li awtorizzazzjoni provviżorja ta’ additiv ġdid tista’ tingħata jekk il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 3a(b) sa (e) tad-Direttiva jintlaħqu u jekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi, b’kunsiderazzjoni tar-riżultati disponibbli, li meta użati fin-nutriment ta’ l-annimali, għandu wieħed mill-effetti msemmija fl-Artikolu 2(a). Tali awtorizzazzjoni provviżorja tista’ tingħata għal perjodu ta’ erbgħa’ snin fil-każ ta’ additivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness Ċ tad-Direttiva, inklużi promoturi tat-tkabbir.

    (3) L-Artikolu 2(aaa) tad-Direttiva 70/524/KEE jeħtieg awtorizzazzjonijiet biex il-promoturi tat-tkabbir jiġu konnessi mal-persuna responsabbli talli tqiegħdhom fiċ-ċirkolazzjoni

    (4) L-istima tad-dossier sottomessa rigward l-awtorizzazzjoni ta’ potassium diformate li jappartjeni għall-grupp ta’ Promoturi tat-tkabbir’ deskritt fl-Anness juri li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fuq, u jista għalhekk jiġi awtoriżżat fuq bażi provviżorja għal terminu ta’ erbgħa snin.

    (5) L-istima tad-dossier turi li jistgħu jiġu meħtieġa xi proċeduri sabiex il-ħaddiema jitħarsu mill-espożizzjoni għall-addittiv. Tali protezzjoni għandha madankollu tiġi aċċertata b’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jitħeġġeġ it-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [3].

    (6) Il-Kumitat Xjentifiku dwar Nutriment ta’ l-Annimali ta’ opinjoni favorevoli rigward is-sigurtà għall-annimali, l-utenti, il-konsumaturi u l-ambjent tal-promotur tat-tkabbir taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness imsemmi.

    (7) Il-miżuri previsti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permenenti għall-Għalf,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-addittivi li jappartienu fil-grupp ‘Promoturi tat-Tkabbir’ elenkati fl-Anness imsemmi tar-Regolament preżenti huwa provviżorjament awtorizzat għall-użu bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet f’ dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2001.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul f’ Brussel, 2 July 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 319, tas-16.12.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Numru ta' reġistrazzjoni ta' l-additiv | Isem u numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli li tqiegħed l-addittiv fiċ-ċirkolazzjoni | Additiv (isem kummerċjali) | Kompożizzjoni, formula kimikali, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' l-annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet orajn | Tmiem ta' perjodu awtorizzat |

    (mg ta' sustanza attiva/Kg ta' għalf komplut) | mg ta' sustanza attiva/Kg ta' għalf komplut) |

    Promoturi tat-tkabbir |

    1 | Norsk Hydro Ltd. | Potassium diformate (FormiTm LHS) | Kompożizzjoni ta' addittiv: Potassium diformate, solidu 98 g/100 g, Silikat 1,5 g/100 g, Ilma 0,5 g/100 g | Żriemeg | xahrejn | 6000 | 6000 | – | tat- 30.6.2005 |

    Sustanza attiva: Potassium diformat, solidu KH(COOH)2 CAS No 20642-05-1 | Majjali ghas-smin | – | 6000 | 6000 | – | tat- 30.6.2005 |

    --------------------------------------------------

    Top