EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0090

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 90/2001 tas-17 ta’ Jannar 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq prodotti agrikoli

ĠU L 14, 18.1.2001, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/90/oj

32001R0090



Official Journal L 014 , 18/01/2001 P. 0022 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 90/2001

tas-17 ta’ Jannar 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq prodotti agrikoli

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixx il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1666/2000 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 13 u 21 tiegħu, u għad-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu mar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli,

Billi:

(1) Fil-każ ta’ prodotti esportati fil-massa jew f’unitajiet li m’hux standard li dwarhom huwa aċċettat li l-massa netta eżatta tagħhom ma tistax tkun magħrufa qabel ma jkunu tgħabbew fuq il-mezzi tat-trasport, l-Artikolu 5(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1557/2000 [4], jipprovdi għal tnaqqis fir-rifużjoni jekk jinstab li l-massa netta attwalment mgħobbija tkun anqas minn ċertu persentaġġ tal-massa netta kif ikkalkolata. Biex tapplika din id-dispożizzjoni, b'dana kollu, għandu jingħata kont tal-limiti inerenti tat-trasport bil-baħar jew bil-kanali nterni fuq l-ilma. Fil-każ ta’ prodotti esportati bil-massa, jista’ jseħħ li l-kwantitajiet iddikjarati ma jkunux tgħabbew kollha, speċjalment meta l-persuna responsabbli għat-trasport tkun iddeċidiet li twaqqaf it-tagħbija għal raġunijiet tekniċi jew jekk esportaturi oħra jkun għabbew aktar milli mistenni.

(2) Billi xi qatgħat tal-laħam tal-majjal ma jiġux pakkeġġati u min-natura tagħhom m’humiex standardizzati, il-kategorija ta' l-unitajiet mhux standardizzati għandha tkun estiża biex tinkludi dawk il-prodotti.

(3) F'dak li jirrigwardja l-kunċett tal-"post tat-tagħbija", numru kbir ħafna ta’ ċirkostanzi amministrattivi u kummerċjali jaffettwaw il-kummerċ fl-esportazzjoni agrikoli; huwa għalhekk diffiċili li tkun stabbilità regola waħda u l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-aktar post addattat biex jitwettqu il-verifiki fiżiċi tal-prodotti agrikoli esportati li jikkwalifikaw għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. Għal dan l-għan, hemm bażi partikolarment tajba biex il-post tat-tagħbija jiġi definit b’mod differenti, skond jekk l-oġġetti jkunux mgħobbija f’containers jew, għall-kuntrarju, bil-massa, fi xkejjer jew kaxxi, u mhux sussegwentement mgħobbija f’containers. Fil-każi debitament iġġustifikati, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom ukoll ikunu jistgħu jaċċettaw li ssir dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjoni fl-uffiċju tad-dwana li mhux l-uffiċċju responsabbli għall-post ta' fejn jiġu mgħobbija l-prodotti.

(4) Għandha wkoll issir dispożizzjoni biex prodotti taħt is-sistema ta’ oġġetti ritornati li jiġu ri-introdotti jew permezz ta’ l-Istat Membru li fih ikunu oriġinaw il-prodotti jew permezz ta’ l-Istat Membru ta’ l-ewwel esportazzjoni.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandu għalhekk jiġi emendat.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 huwa emendat kif ġej:

1) It-test preżenti tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(6) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"L-ebda rifużjonijiet m'għandhom jingħataw għall-kwantitajiet li jeċċedu l-110 % tal-massa netta stimata. Meta l-massa attwalment mgħobbija tkun anqas minn 90 % tal-massa netta stimata, ir-rifużjoni tal-massa netta attwalment mgħobbija għandha titnaqqas b’10 % tad-differenza bejn ir-rifużjoni li tikkorrispondi għal 90 % tal-massa netta stimata u r-rifużjoni li tikkorrispondi mal-massa attwalment mgħobbija. B'dana kollu, meta l-esportazzjoni ssir bil-baħar jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni, jekk l-esportatur ikun jista’ jipprovdi evidenza attestata mill-persuna responsabbli għall-mezzi tat-trasport li limiti partikolari għal dan it-tip tat-trasport jew alternattivament li tgħabbiha aktar milli jmiss min-naħa ta’ l-esportaturi l-oħra jkunu impedixxew it-tagħbija ta’ l-oġġetti kollha tiegħu, ir-rifużjoni għandha titħallas għall-massa netta attwalment mgħobbija. Dan is-subparagrafu għandu japplika jekk l-esportatur ikun uża l-proċedura tar-rilaxx lokali prevista fl-Artikolu 283 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, sakemm l-awtoritajiet doganali ma jkunux awtorizzaw il-korrezzjoni tar-registri li fihom kienu mdaħħla l-prodotti esportati."

2) It-test preżenti fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(6) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"Dawn li ġejjin għandhom jitqisu bħala unitajiet mhux standard: annimali ħajjin, (nofs) karkassi, il-kwarti, il-partijiet ta’ quddiem, ir-riġlejn, l-ispallel, iż-żaqq u l-flett."

3) L-Artikolu 5(7) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"7. Il-persuni kollha li jesportaw prodotti li għalihom jitolbu rifużjoni għandhom jiġu mitluba li:

(a) jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni lill-uffiċċju kompetenti tad-dwana fil-post fejn il-prodotti għandhom jitgħabbew għat-trasport ta’ l-esportazzjoni;

(b) javżaw lill-uffiċċju tad-dwana ta’ l-anqas 24 siegħa qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tat-tagħbija u jindikaw it-tul antiċipat tat-tagħbija. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistipulaw limitu ta’ żmien ieħor apparti minn dak ta’ 24 siegħa.

Dan li ġej jista’ jitqies bħala l-post tat-tagħbija għat-trasport ta’ prodotti destinati għall-esportazzjoni:

- fil-każ ta’ prodotti esportati f’containers, il-post fejn jitgħabbew fil-containers,

- fil-każ ta’ prodotti esportati fil-massa, fi xkejjer, f’kaxxi tal-kartun, il-kaxxi, il-fliexken, eċċ. u mhux mgħobbija f’containers, il-post ta' fejn il-mezzi tat-trasport, li minnu għandhom iħallu t-territorju doganali tal-Komunità, jitgħabba.

L-uffiċċju kompetenti doganali jista’ jawtorizza l-operazzjonijiet tat-tagħbija wara li jkun aċċetta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b).

L-uffiċċju kompetenti doganali għandu jkun jista’ jagħmel il-verifiki fiżiċi u jidentifika l-oġġetti għat-trasport lejn l-uffiċċju tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

Jekk l-ewwel subparagrafu ma jkunx jista’ jiġi applikat minħabba raġunijiet amministrattivi jew raġunijiet oħra debitament iġġustifikati, id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tista’ tkun iddepożitata biss ma’ l-uffiċċju kompetenti tad-dwana fl-Istat Membru kkonċernat u, meta titwettaq verifika fiżika skond r-Regolament (KEE) Nru 386/90, xi oġġetti ppreżentati għandhom jinħattu kollha kemm huma. B'dana kollu, l-oġġetti m’hemmx għalfejn jinħattu kollha kemm huma jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu verifika fiżika intesiva."

4) L-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 25(3) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"Din id-dispożizzjoni għandha tgħodd biss meta tintuża s-sistema ta’ l-oġġetti rritornati fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li tkopri l-esportazzjoni oriġinali kienet aċċettata jew fl-Istat Membru ta’ l-oriġini skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [5] li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Fuq it-talba ta’ l-esportatur, l-Artikolu 1(1) għandu jgħodd għal dawk il-fajls tal-każi tar-rifużjonijiet li ma jkunux ingħalqu saż-żmien li fih dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 ta’ Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.07.92, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.07.00, p. 1.

[3] ĠU L 102, tas-17.04.99, p. 11.

[4] ĠU L 179, tat-18.07.00, p. 6.

[5] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

--------------------------------------------------

Top