EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0090

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/90/KE tas-26 ta' Ottubru 2001 li tadatta għall-progress tekniku għas-seba’ darba l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (creosote) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 283, 27.10.2001, p. 41–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/90/oj

32001L0090



Official Journal L 283 , 27/10/2001 P. 0041 - 0043


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/90/KE

tas-26 ta' Ottubru 2001

li tadatta għall-progress tekniku għas-seba’ darba l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (creosote)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari, l-Artikolu 2a tagħha, introdott bid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 94/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 li temenda għall-erbatax il-darba id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [4] tqiegħed ċerti restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu tal-creosote.

(2) Studju riċenti [5] kkonkluda li l-creosote għandu potenzjal akbar li jikkawża l-kanċer milli kien maħsub.

(3) L-istudju ġie riferut lill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE) għal reviżjoni fost il-pari [6] u l-CSTEE kkonkluda li l-istudju kien maħsub sew u li hemm evidenza xjentifika sabiex issostni l-opinjoni u li hemm riskju ta' kanċer għal konsumaturi mill-creosote b’ kontenut ta'benzo-a-pyrene (BaP) ta' inqas minn 0,005 % skond il-massa u/jew minn injam li jikkontjeni dan il-creosote, u li d-daqs tar-riskju jagħti raġunijiet ċari għal tħassib.

(4) Analiżi tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' aktar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu tal-creosote [7] ikkonkludiet fost affarijiet oħra, li l-maġġoranza ta' l-użu industrijali tal-creosote fil-Komunità diġà jinkludi inqas minn 0,005 % BaP skond il-massa u indikat illi r-riskji għas-saħħa minn dan il-creosote u/jew injam li fih dan il-creosote x’ aktarx ikunu baxxi f'applikazzjonijiet industrijali.

(5) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti bioċidi [8] ser tarmonizza l-awtorizzazzjoni tal-bioċidiċi f'livell Ewropew u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 dwar l-ewwel fażi tal-programm imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti bioċidiċi [9] teħtieġ li preservattivi ta' l-injam jiġu valutati bħala prijorità fil-programm ta' reviżjoni stabbilit taħt id-Direttiva 98/8/KE. Sakemm issir l-armonizzazzjoni tar-regoli taħt id-Direttiva 98/8/KE ir-restrizzjonijiet dwar il-creosote jeħtieġ li jiġu adattati għall-progress tekniku.

(6) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni tal-miżuri għall-inkoraġġiment ta' titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [10], li tistabbilxxi l-ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema u d-Direttivi individwali tagħha fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) ta' dik id-Direttiva, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol [11] u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol [12].

(7) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-direttivi dwar it-tneħħija ta' ostakolil tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk adattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness m’ hawnhekk.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referneza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, fis-26 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni.

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni.

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 24.

[2] ĠU L 194, tat-18.07.01, p. 36.

[3] ĠU L 398, tat-30.12.89, p. 24.

[4] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 1.

[5] Studju tal-karċinoġeniċità tal-ġilda ta' żewġ prodotti tal-qatran tal-faħam b'applikazzjoni epikutatewka kronika fuq ġrieden maskili CD-1 (78 ġimgħa), u r-rapport finali magħmul mill-Istitut Fraunhofer tar-Riċerka tat-Tossiċità u Aerosol (Hanover, il-Ġermanja).

[6] L-Opinjoni dwar ir-riskju tal-kanċer għall-konsumaturi mill-creosote li jikkontjeni inqas minn 50ppm benzo-ġaħ-pyrene u/jew minn injam trattat b'dan il-creosote u stima tad-daqs rispettiv, espressa fit-tmien laqgħa plenarja tas-CSTEE. Brussel, l-4 ta' Marzu 1999. Internet: http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/sct/out29-en.html

[7] Analiżi tal-vantaġġi u l-iżvantaggi ta' restrizzjonijiet fuq it-tqegġid fis-suq u l-użu tal-creosote, "Risk and Policy Analysis Limited", (Norfolk, L-Ingilterra).

[8] ĠU L 123, ta' l-24.04.98, p. 1.

[9] ĠU L 228, tat-8.09.00, p. 6.

[10] ĠU L 183, tad-29.06.89, p. 1.

[11] ĠU L 196, tas-26.07.90, p. 1.

[12] ĠU L 131, tal-5.05.98, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE, il-punt 32 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"32.Sustanzi u preparazzjonijiet li fihom sustanza waħda jew iktar milli ġejjin:(a)creosoteEINECS Nru 232-287-5SAK Nru 8001-58-9(b)żejt tal-creosoteEINECS Nru 263-047-8SAK Nru 61789-28-4(ċ)distillati (qatran tal-faħam)żjut tan-naftalinaEINECS Nru 283-484-8SAK Nru 84650-04-4(d)żejt tal-creosote, frazzjon ta' l-acenafteneEINECS Nru 292-605-3SAK Nru 90640-84-9(e)distillati (qatran tal-faħam)ta' fuqEINECS Nru 266-026-1SAK No 65996-91-0(f)żejt ta' l-antraċeneEINECS Nru 292-602-7SAK Nru 90640-80-5(g)aċidi tal-qatran, faħam, mhux ipproċessatiEINECS Nru 266-019-3SAK Nru 65996-85-2(h)creosote, injamEINECS Nru 232-419-1SAK Nru 8021-39-4(i)żejt tal-qatran, alkalinta' temperature baxxa EINECS Nru 310-191-5SAK Nru 122384-78-5 | 1.Ma jistgħux jintużaw fit-trattament ta' l-injam. Barra minn hekk, injam trattat b’ dan il-mod ma jistax jitqiegħed fis-suq2.Madankollu, b'deroga,(i)li għandha x'taqsam mas-sustanzi u l-preparazzjonijiet: dawn jistgħu jintużaw għal trattament ta' l-injam f'installazzjonijiet industrijali jew minn professjonisti koperti bil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema għal trattament mill-ġdid in situ, biss jekk dawn ikun fihom:(a)benzo-a-pyrene b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 0,005 % skond il-massa(b)u fenoli estrattabbli bl-ilma b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 3 % skond il-massa.Dawn is-sustanzi u l-preparazzjonijiet għall-użu fit-trattament ta' l-injam f'installazzjonijiet industrijali jew minn professjonisti:jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f'imballaġġ ta' kapaċità ugwali għal jew iktar minn 20 litru,ma jistgħux jinbigħu lil konsumaturiMingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta' dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet għandu jiġi mmarkat b'mod leġibbli u indelibbli "Għal użu f'installazzjonijiet industrijali jew għal trattament professjonali biss".(ii)Fir-rigward ta' injam trattat f'installazzjonijiet industrijali jew minn professjonisti skond (i) li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba jew jiġi trattat mill-ġdid in situ: dan huwa permess biss għal użu industrijali u professjonali, per eżempju, fuq binarji, f'trasmissjoni ta' enerġija elettrika u telekomunikazzjonijiet, għall-"fencing", għal skopijiet agrikoli (per eżempju, bsaten għall-appoġġ tas-siġar), u f'portijiet u kanali.(iii)Fir-rigward ta' injam li ġie ttrattat b'sustanzi elenkati fil-punt 32 (a) għal (i) qabel ma’ tapplika din id-Direttiva; il-projbizzjoni fil-punt 1 dwar it-tqegħid fis-suq m’ għandhiex tapplika meta dan jitqiegħed fis-suq second hand għal użu mill-ġdid3.Madankollu, l-injam ittrattat imsemmi taħt il-punt 20(ii) u (iii) ma jistax jintuża:f'bini, ikun liema jkun l-użu tiegħuf'ġugarellifi playgroundsf'ġonna pubbliċi, ġonna u faċilitajiet fuq barra ta' rikrejazzjoni u mistrieħ fejn hemm riskju ta' kuntatt frekwenti mal-ġilda,fil-fabbrikazzjoni ta' għamara għall-ġnien, bħal per eżempju, imwejjed għall-picnicsgħall-fabbrikazzjoni u l-użu u kwalunkwe trattament mill-ġdid ta':kontenituri maħsuba għal skopijiet ta' tkabbirimballaġġ li jista’ jiġi f’ kuntatt ma’ materja prima, intermedja jew prodotti lesti ddestinati għall-konsum uman u/jew mil-annimalimaterjali oħrajn li jistgħu jikkontaminaw il-prodotti imsemmija hawn fuq." |

--------------------------------------------------

Top