Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0043

    Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom

    ĠU L 211, 4.8.2001, p. 25–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2017; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/43/oj

    32001L0043

    Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom

    Official Journal L 211 , 04/08/2001 P. 0025 - 0046
    CS.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    ET.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    HU.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    LT.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    LV.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    MT.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    PL.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    SK.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408
    SL.ES Chapter 13 Volume 26 P. 387 - 408


    Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tas-27 ta' Ġunju 2001

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt li kien approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tal-21 ta' Marzu 2001,

    Billi:

    (1) Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern.

    (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom [4] hija waħda mid-direttivi separati skond il-proċedura ta' approvazzjoni tal-Komunità, introdotti bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5]; għalhekk id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE li jinvolvu sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal vetturi bil-mutur japplikaw ukoll għal din id-Direttiva.

    (3) Għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni b'mod partikolari ta' l-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE, kull Direttiva separata għandu jkollha, fl-Anness għaliha, dokument ta' informazzjoni u dokument ta' approvazzjoni imfasslin skond l-Anness VI tad-Direttiva 70/156/KEE bl-iskop li l-approvazzjoni tiġi kompjuterizzata; id-dokument ta' approvazzjoni stabbilit fid-Direttiva 92/23/KEE għandu għalhekk jiġi emendat.

    (4) l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE ta' l-10 ta' Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE li tirrigwardja l-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta' l-exhaust tal-vetturi bil-mutur [6], jgħid li kull azzjoni sussegwenti maħsuba, b'mod partikolari, biex tirrikonċilja l-ħtiġiet tas-sigurta mal-bżonn li jiġu limitati l-ħsejjes ikkawżati mill-kuntatt bejn it-tyres u l-wiċċ tat-triq, tiġi adottata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni li tqis l-istudji u r-riċerka li għandhom jsiru fir-rigward tas-sors tal-ħoss.

    (5) Metodu realistiku u u li jista' jkun riprodott li jippermetti l-kejl tal-ħoss li jiġi mill-kuntatt bejn it-tyres u l-wiċċ tat-triq ġie żviluppat; fuq il-bażi ta' dan il-metodu ġdid ta' tikjil, sar studju biex jipproduċi valur numeriku għall-livell ta' ħoss li jirrappreżenta l-ħoss tat-tyre fuq it-triq iġġenerat minn tipi differenti ta' tyres imwaħħlin ma' tipi differenti ta' vetturi bil-mutur.

    (6) Irid jiġi rikonoxxut, meta jiġu stabbiliti l-ħtiġiet għall-ħsejjes tat-tidwir tat-tyres, illi t-tyres huma ddisinjata b'għal parametri relatati mas-sigurta u l-ambjent, u li jekk parametru wieħed jiġi kostrett, -parametri l-oħra jistgħu jiġu affettwati; għandu jkun rikonoxxut ukoll meta jiġu stabbiliti l-ħtiġiet għall-ħsejjes tat-tidwir tat-tyres, li qed isir żvilupp kontinwu ta' standards internazzjonali relatati mal-kwalità ta' l-uċuh tat-toroq mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), u mal-ħtiġiet tar-reżistenza u s-sigurtà tat-tyres mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (7) Id-Direttiva 92/23/KEE għandha tiġi emendata għal hekk.

    (8) Il-miżuri neċessarji għall-implimentzzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7],

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 92/23/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

    1. "Approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KEE", "approvazzjoni tat-tip tal-KEE" u "approvazzjoni tal-KEE" għandhom jinbidlu f'kull każ bit-terminu "approvazzjoni tat-tip tal-KE";

    2. fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż għandu jinqara hekk:

    "— "tyre" ifisser kull tyre pnewmatiku ġdid, inklużi tyres għax-xitwa li jkollhom toqob għall-grampuni, bħala tagħmir orġinali jew ta' tibdil, intenzjonat biex jitwaħħal fuq vetturi li għalihom tapplika d-Direttiva 70/156/KEE. Din id-definizzjoni ma tkoprix tyres tax-xitwa bil-grampuni;"

    3. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

    "Artikolu 1a

    1. Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V għandhom japplikaw għal tyres intenzjonati għat-twaħħil fuq vetturi użati għall-ewwel darba fl-1 ta' Ottubru 1980 jew wara.

    2. Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V ma għandhomx japplikaw għal:

    (a) tyres li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta' anqas minn 80 km fis-siegħa;

    (b) tyres li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm (jew kodiċi 10) jew ikun 635 mm jew aktar (kodiċi 25);

    (ċ) tyres spare tat-tip T għal użu temporanju definiti f'2.3.6 ta' l-Anness II;

    (d) tyres ddisinjati biss biex jitwaħħlu fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1980.";

    4. L-Artikolu 2 jitbiddel b'dan li ġej:

    "Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, bil-kondizzjoniet stabbiliti fl-Anness I, għat-tipi kollha ta' tyres li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II, u għandhom jallokaw għal dawn numru ta' approvazzjoni kif speċifikat fl-Anness I.

    2. L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, bil-kondizzjoniet stabbiliti fl-Anness I, għat-tipi kollha ta' tyres li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness V, u għandhom jallokaw għal dawn numru ta' approvazzjoni kif speċifikat fl-Anness I.

    3. L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi kollha fir-rigward tat-tyres tagħhom bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, meta dawn it-tyres (inklużi tyres spare, fejn japplika) jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II u l-ħtiġiet li jikkonċernaw vetturi stabbiliti fl-Anness IV, u għandhom jallokaw għal kull vettura bħal din numru ta' approvazzjoni kif speċifikat fl-Anness III"

    5. il-Lista ta' l-Annessi u l-Annessi għandhom jiġu emendati b'konformità ma' l-Anness ta' din id-Direttiva;

    6. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

    "Artikolu 10a

    1. Mill-4 ta' Frar 2003, l-Istati Membri ma jistgħux:

    (a) jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni nazzjonali għal tip ta' vettura jew tip ta' tyre, jew

    (b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, u l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz jew użu ta' tyres,

    għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tyres u t-twaħħil tagħhom fuq vetturi ġodda, jekk dawn il-vetturi jew tyres jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2001/43/KE [8]

    2. Mill-4 ta' Awissu 2003, l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal dawk it-tipi ta' tyres fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2001/43/KE.

    3. Mill-4 ta' Frar 2004, l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni nazzjonali għal tip ta' vettura, għal raġunijiet li jikkonċernaw it-tyres tagħha jew inkella t-twaħħil tagħhom, jekk ma jkunux sodisfatti l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2001/43/KE.

    4. Mill-4 ta' Frar 2005, l-Istati Membri għandhom:

    (a) jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE, bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva msemmija, jekk ma jkunux sodisfatti l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2001/43/KE, u

    (b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2001/43/KE.

    5. Mill-1 ta' Ottubru 2009, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2001/43/KE, għandhom japplikaw, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KE, għat-tyres kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' tyres tal-klassijiet C1d u C1e, li għalihom għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2010 u mill-1 ta' Ottubru 2011 rispettivament."

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-4 ta' Awwisu 2002. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-4 ta' Frar 2003.

    2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjoniet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1. Sa mhux aktar tard mill-4 ta' Awwisu 2003, għandha tiġi adottata emenda għad-Direttiva 92/23/KEE skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) sabiex jiġu introdotti testijiet tal-qabda ma' l-art tat-tyres.

    2. Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba mill-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu għall-ħsejjes tat-tyres, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk u safejn il-progress tekniku jippermetti, mingħajr ma jikkomprometti s-sigurta, l-introduzzjoni tal-valuri ta' limitu indikati fl-Anness V, sezzjoni 4.2.1. kolonni B u C, tad-Direttiva 92/23/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha fi żmien 12-il xahar tipproponi emenda għad-Direttiva 92/23/KEE, bl-għan li tintroduċi disposizzjonijiet dwar aspetti ta' sigurtà, ambjent u resistenza għat-tidwir.

    Artikolu 4

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit b'L-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE, min hawn "l quddiem imsejjaħ" il-Kumitat.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jiġu osservati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Rosengren

    [1] ĠU C tat-30, tat-28.1.1998, p. 8.

    [2] ĠU C 235, tas-27.7.1998, p. 24.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Frar 1998 (ĠU C 80, tas-16.3.1998, p. 90), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-13 ta' April 2000 (ĠU C 195, tal-11.7.2000, p. 16) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2000 (ĠU C 135, tas-7.5.2001, p. 254). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Mejju 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001.

    [4] ĠU L 129, ta' l-24.5.1992, p. 95. Id-Direttiva emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

    [5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 9).

    [6] ĠU L 371, tad-19.12.1992, p. 1.

    [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [8] Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (ĠU L 211, ta' l-4.8.2001, p. 25).

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    1. Il-lista ta' l-Annessi taqra kif ġej:

    "ANNESS I | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tyres |

    Appendiċi 1 | Dokument ta' informazzjoni rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip partikolari ta' tyre |

    Appendiċi 2 | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE (tyres) |

    Appendiċi 3 | Dokument ta' informazzjoni rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' tyre rigward l-emissjoni ta' ħsejjes ikkawżati mill-kuntatt tat-tyre mal-wiċċ tat-triq |

    Appendiċi 4 | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE (emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq) |

    ANNESS II [1] | Il-ħtiġiet għat-tyres |

    Appendiċi 1 | Figura ta' spjega |

    Appendiċi 2 | Lista ta' simboli ta' l-indiċi tal-kapaċità ta' tagħbija u l-massa massima korrispondenti li għandha tinġarr |

    Appendiċi 3 | Arranġament għall-immarkar tat-tyres |

    Appendiċi 4 | Relazzjoni bejn l-indiċi tal-pressjoni u l-unitajiet ta' pressjoni |

    Appendiċi 5 | Il-kejl tar-rimm, id-dijametru ta' barra u l-wisa' tas-sezzjoni ta' tyres ta' ċerti qisien |

    Appendiċi 6 | Metodu ta' kif jitkejjlu l-qisien tat-tyres |

    Appendiċi 7 | Proċedura tat-test tagħbija/veloċità |

    Appendiċi 8 | Il-varjazzjoni ta' l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija mal-veloċità; tyres radjali u djagonali ta' vetturi kummerċjali |

    ANNESS III | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi fir-rigward tat-twaħħil tat-tyres tagħhom |

    Appendiċi 1 | Dokument ta' informazzjoni għal vettura |

    Appendiċi 2 | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura |

    ANNESS IV | Ħtiġiet għal vetturi fir-rigward tat-twaħħil tat-tyres tagħhom |

    ANNESS V | Emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq |

    Appendiċi 1 | Metodu ta' ittestjar għall-livelli ta' ħoss tyre/triq, il-metodu ta' sewqan bil-magna mitfija |

    Appendiċi 2 | Ir-rapport tat-test |

    ANNESS VI | Speċifikazzjonijiet dwar is-sit tat-test |

    2. L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

    "

    ANNESS I

    DISPOSIZZJONIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TYRES

    1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA' TYRE

    1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' tyre skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tkun sottomessa mill-manifattur tat-tyres.

    1.1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Anness II għandha tkun akkumpanjata fi tliet kopji, b'deskrizzjoni tat-tip ta' tyre, kif deskritt fid-dokument ta' informazzjoni fl-Appendiċi 1.

    1.1.1.1. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata (kollha fi tliet kopji) bi skeċċ, jew ritratt rappreżentattiv, li jidentifika id-disinn tal-parti tat-tyre li tirfes l-art (tread) u skeċċ tal-qoxra ta' barra tat-tyre minfuħ immuntat fuq ir-rota tat-tikjil bid-dimensjonijiet rilevanti (ara s-sezzjonijiet 6.1.1. u 6.1.2. ta' l-Anness II) tat-tip sottomess għall-approvazzjoni.

    1.1.1.2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bir-rapport tat-test maħruġ mis-servizz tekniku appuntat, jew b' numru ta' kampjuni stabbilit mill-awtorità li tapprova.

    1.1.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Anness V għandha tkun akkumpanjata, fi tliet kopji, b'deskrizzjoni tat-tip ta' tyre kif deskritt fid-dokument ta' informazzjoni fl-Appendiċi 3.

    1.1.2.1. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata (kollha fi tliet kopji) bi skeċċijiet, tpinġijiet jew ritratti tad-disinn/disinnji tat-tread rappreżentattiv/i tat-tip ta' tyres.

    1.1.2.2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll jew bir-rapport tat-test maħruġ mis-servizz tekniku appuntat, jew b' numru ta' kampjuni stabbilit mill-awtorità li tapprova.

    1.2. Il-manifattur jista' japplika għal estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

    1.2.1. Biex tinkludi tipi modifikati ta' tyres għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Anness II u/jew

    1.2.2. Biex tinkludi denominazzjonijiet ta' qisien ta' tyres addizzjonali u/jew ismijiet tal-prodott jew deskrizzjoniet kummerċjali tal-manifattur emendati u/jew disinnji tat-tread għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Anness V.

    1.3. Sa' l-31 ta' Diċembru 2005 l-awtorità li tapprova tista' taċċetta l-laboratorji tal-manifattur tat-tyres bħala laboratorji ta' ittestjar approvati skond l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 70/156/KEE.

    2. ISKRIZZJONIJIET

    2.1. Kampjuni ta' tip ta' tyre sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandhom ikollhom it-trade mark jew l-isem kummerċjali ta' l-applikant, li jkunu jidhru ċar u ma jitħassrux, u għandhom iħallu spazju biżżejjed għall-iskrizzjoni tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE kif meħtieġ fis-sezzjoni 4 ta' dan l-Anness.

    3. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

    3.1. Approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhatingħata u numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jinħareġ għal kull tip ta' tyre sottomess skond 1.1.1. hawn fuq li jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness II.

    3.1.1. Avviż ta' approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni li waqfet definittivament dwar tip ta' tyre skond l-Anness II għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri f'konformità ma' l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE.

    3.1.2. Approvazzjoni tat-tip tal-KE skond id-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata, u numru ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jinħareġ għal kull tip ta' tyre sottomess skond 1.1.2. hawn fuq, li jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness V.

    3.2.1. Avviż ta' approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni li waqfet definittivament għal tip ta' tyre skond l-Anness V għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri f'konformità ma' l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE.

    3.3. Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta' tyre li jkun ġie approvat. L-istess Stat Membru ma jistgħax jassenja l-istess numru lil tip ta' tyre ieħor. B'mod partikolari, in-numri ta' approvazzjoni assenjati skond l-Anness II u n-numri ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE assenjati skond l-Anness V għandhom ikunu differenti.

    4. IL-MARKI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

    4.1. Kull tyre li jikkonforma ma' tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE skond din id-Direttiva, għandu jkollu l-marka relevanti ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

    4.2. Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tkun tikkonsisti minn rettangolu li jdawwar l-ittra "e" minuskula segwita min-numru distintiv ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE. In-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jkun jikkonsisti min-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE muri fuq iċ-ċertifikat ikkompletat għat-tip, preċedut minn żewġ ċifri: "00" għat-tyres ta' vetturi kummerċjali, "02" għat-tyres ta' karrozzi tal-passiġġieri.

    4.2.1. Ir-rettangolu li jifforma l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jkollu tul minimu ta' 12 mm u għoli minimu ta' 8 mm. L-ittra (ittri) jew numru (numri) għandhom ikunu għoljin minn ta' l-anqas 4 mm.

    4.3. Il-marki u n-numri ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u kull marka addizzjonali meħtieġa fl-Anness II, sezzjoni 3., ta' l-aħħar għall-approvazzjoni tat-tip skond il-ħtiġiet ta' l-Anness II, għandhom jitwaħħlu kif stabbilit f'dik is-sezzjoni.

    4.4. In-numri ta' l-approvazzjoni assenjati skond l-Anness V għandhom ikunu segwiti bis-suffiss "s", fejn "s" hija taqsira tal-kelma Ingliża "sound".

    4.5. Eżempju tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mogħti hawn taħt:

    +++++ TIFF +++++

    It-tyre li għandu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE murija hawn fuq huwa tyre ta' vettura kummerċjali (00) li jissodisfa l-ħtiġiet tal-KE (e), li għalih il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ngħatat fl-Irlanda (24) bin-numru 479 skond l-Anness II, u fl-Italja (3), bin-numru 687-s skond l-Anness V.

    Nota:

    In-numri "479" u "687" (in-numri tal-marki ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE) u n-numru "24" u n-numru "3" (l-ittri u n-numru ta' l-Istati Membri li ħarġu l-approvazzjoni tal-KE) iservu biss bħala gwida.

    In-numri ta' approvazzjoni għandhom jitpoġġew qrib ir-rettangolu u jistgħu jkunu fuq, taħt, fuq ix-xellug jew fuq il-lemin. Il-karattri tan-numru ta' l-approvazzjoni għandhom ikunu kollha fuq l-istess naħa ta' l-ittra "e" u jkunu jħarsu fl-istess direzzjoni.

    5. MODIFIKAZZJONI TA' TIP TA' TYRE

    5.1. Jekk tyre li ngħata l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness II jew skond l-Anness V jkun ġie modifikat, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

    5.2. Jekk id-disinn tat-tread ta' tyre ikun ġie modifikat fil-każ ta' approvazzjonijiet tat-tip skond l-Anness II, ebda ripetizzjoni tat-testijiet stabbiliti fl-Anness II ma tkun meqjusa neċessarja.

    5.3. Fil-każ fejn jiżdiedu denominazzjonijiet ta' qisien ta' tyres jew trade marks mal-gamma ta' tyres approvati skond l-Anness V, kull ħtieġa ta' ttestjar mill-ġdid għandha tiġi determinata mill-awtorità li tapprova t-tip.

    5.4. Fil-każ fejn jiġi modifikat id-disinn tat-tread ta' gamma ta' tyres approvati skond l-Anness V, sett rappreżentattiv ta' kampjuni għandu jerġa' jiġi ttestjat għajr jekk l-awtorità li tapprova t-tip tkun sodisfatta li l-modifikazzjoni ma taffettwax l-emissjonijiet ta' ħsejjes tyre/triq.

    6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    6.1. Ir-regoli ġenerali li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu adottati skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    6.2. B'mod partikolari, meta jsir l-iċċekkjar skond l-Appendiċi I ta' l-Anness V biex tiġi ċċekkjata l-konformità tal-produzzjoni, jekk il-livell tal-ħoss tat-tyre ittestjat ma jeċċedix il-valuri ta' limitu stabbiliti fis-sezzjoni 4.2. ta' l-Anness V b'aktar minn 1 dB(A), il-produzzjoni għandha titiqies li tikkonforma mal-ħtiġiet tas-sezzjoni 4 ta' l-Anness V msemmi hawn fuq.

    "

    3. It-titlu ta’ l-Appendiċi 1 għall-Anness 1 jaqra kif ġej:

    "Appendiċi 1

    DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI Nru… RIGWARD L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA' TYRE

    (Anness II għad-Direttiva 92/23/KEE)"

    4. It-titlu ta' l-Appendiċi 2 għandu jaqra kif ġej:

    "Appendiċi 2

    ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

    (tyres)

    MUDELL

    (format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))"

    5. Fl-Appendiċi 2 ta' l-Anness I fil-punt

    "Komunikazzjoni li"

    tikkonċerna il-' jiżdiedu l-inċiżi li ġejjien:

    "— irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip (1);

    — waqfien tal-produzzjoni (1)"

    6. L-Appendiċi li ġejjin jiżdiedu ma' l-Anness I: "

    Appendiċi 3

    DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI NRU .… RIGWARD L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA' TYRE RIGWARD L-EMISSJONI TA' ĦSEJJES TYRE/TRIQ

    (Anness V għad-Direttiva 92/23/KEE)

    L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun tapplika, għandha tkun sottomessa fl-oriġinal u żewġ kopji u għandha tinkludi lista tal-kontenut. Tpinġijiet, jekk ikun hemm, iridu jkunu ta' skala adattata, dettaljati u fuq karta ta' qies A4 jew mitwija sa dak il-qies. Fil-każ ta' funzjonijiet li jsiru b'mikroproċessur, għandha tingħata l-informazzjoni rileventi għall-funzjoni tagħhom.

    1. ĠENERALI

    1.1. Isem il-manifattur:

    1.2. Isem u indirizz ta' l-applikant:

    1.3. Indirizz(i) ta' l-impjant(i) tal-produzzjoni:

    1.4. Isem(ismijiet) tal-prodott, Deskrizzjoni(jiet) kummerċjali jew Trade Marks li se jintużaw fit-talba għall-approvazzjoni tat-tip għat-tyre partikolari

    2. TYRES

    2.1 Klassifikazzjoni tat-tyre: (Klassi C1, Klassi C2 jew Klassi C3)

    2.2 Kategorija ta' użu: (normali, tas-silġ jew speċjali)

    2.3 Dettalji tal-karatteristiċi prinċipali fir-rigward ta' l-effetti fuq l-emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq tad-disinn(i) tat-treads li se jintużaw għall-iskala ta' qisien ta' tyres magħżula. Dawn jistgħu jingħataw permezz ta' tpinġija, ritratt jew deskrizzjoni, iżda għandhom ikunu suffiċjenti biex l-awtorità li tapprova t-tip jew is-servizz tekniku jistgħu jistabbilixxu jekk tibdil sussegwenti fil-karatteristiċi prinċipali jaffettwax ħażin l-emissjoni tal-ħsejjes tyre/triq.

    Nota:

    L-effett ta' tibdil żgħir fid-disinn tat-tread u l-binja tat-tyre fuq l-emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq, jiġi stabbilit matul il-verifiki tal-konformità tal-produzzjoni.

    2.4 L-istruttura tat-tyre

    2.5 Lista ta' għażliet ta' disinni tat-treads:

    (għal kull trade mark jew isem tal-prodott u għal kull deskrizzjoni kummerċjali speċifika l-lista ta' denominazzjonijiet tat-tyres, skond sezzjoni 2.17. ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/23/KEE u żid, fil-każ ta' tyres ta' Klassi C1, il-marka "Rinforzat" jew "Extra Load", jekk ikun applikabbli).

    Appendiċi 4

    +++++ TIFF +++++

    "

    7. Fl-Anness IV, sezzjoni 3.1.1. tinqara kif ġej:

    "3.1.1. Bla ħsara għad-disposizzjoniet f'sezzjoni 3.7.4., kull tyre imwaħħal fuq vettura inkluż, fejn applikabbli, kull spare, għandu jkollu l-marka (jew marki) ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif speċifikat fis-sezzjoni 4 ta' l-Anness I, jew il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip li turi l-konformità mar-regoli Nri 30 jew 54 tal-UN/ECE. Il-marki ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-UN/ECE huma kkunsidrati bħala ekwivalenti biss għall-marki ta'l-approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija skond l-Anness II."

    8. L-Anness u l-Appendiċi li ġejjin jiġu inseriti: "

    L-ANNESS V

    EMISSJONI TA' ĦSEJJES TYRE/TRIQ

    1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan l-Anness japplika għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tyres, bħala komponenti, fir-rigward ta' emissjonijiet ta' ħsejjes tyre/triq.

    2. DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, id-definizzjonijiet ta' l-Anness II għandhom japplikaw, barra d-definizzjoni li tidher fis-sezzjoni 2.1, li għandha tinqara kif ġej:

    2.1. "Tip ta' tyre"

    tfisser, fir-rigward ta' l-approvazzjoni tat-tip skond dan l-Anness (emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq), gamma ta' tyres li jikkonsisti f'lista ta' denominazzjonijiet ta' qisien ta' tyres (ara sezzjoni 2.17 ta' l-Anness II), ismijiet tal-prodott, trade marks u deskrizzjonijiet kummerċjali li ma jvarjawx f'karatteristiċi essenzali bħal:

    - isem il-manifattur

    - il-klassifikazzjoni tat-tyre (ara sezzjoni 2.4 ta' dan l-Anness)

    - l-istruttura tat-tyre (ara sezzjoni 2.1.4 ta' dan l-Anness)

    - il-kategorija ta' l-użu (ara sezzjoni 2.1.3 ta' l-Anness II)

    - għal tyres tal-klassi C1. Rinforzat jew Extra Load

    - id-disinn tat-tread (ara 2.3 tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-Anness I, Appendiċi 3).

    Nota:

    L-effett ta' bidliet ta' dettalji żgħar fit-tread u l-kostruzzjoni tat-tyre fuq l-emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq jiġu stabbiliti waqt l-iċċekkjar għall-konformità tal-produzzjoni.

    Barra minn hekk, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ukoll japplikaw:

    2.2. "

    L-isem tal-prodott jew deskrizzjoni kummerċjali

    "

    tfisser l-identifikazzjoni tat-tyre ipprovduta mill-manifattur tat-tyre. L-isem tal-prodott jista' jkun l-istess bħal tal-manifattur u d-deskrizzjoni kummerċjali tista' tikkoinċidi mat-trade mark.

    2.3. "

    Emissjoni ta' ħsejjes

    tyre

    /triq

    "

    tfisser il-ħoss li jiġi mill-kuntatt bejn it-tyres waqt li jkunu qed iduru u l-wiċċ tat-triq.

    2.4. Għall-iskop ta' dan l-Anness, il-klassifika li ġejja għandha tapplika:

    tyres tal-Klassi C1 | tyres għal karozzi tal-passiġġieri (ara sezzjoni 2.32. ta' l-Anness II); |

    tyres tal-Klassi C2 | tyres għal vetturi kummerċjali (ara sezzjoni 2.33 ta' l-Anness II) li f'formazzjoni singola jkollhom indiċi ta' kapaċità ta' tagħbija ≤ 121 u simbolu tal-kategorija tal-veloċità ≥ "N" (ara sezzjoni 2.29.3. ta' l-Anness II); |

    tyres tal-Klassi C3 | tyres għal vetturi kummerċjali (ara sezzjoni 2.33 ta' l-Anness II) li f'formazzjoni singola jkollhom indiċi ta' kapaċita ta' tagħbija ≤ 121 u simbolu tal-kategorija tal-veloċità ≥ "M" (ara sezzjoni 2.29.3. ta' l-Anness II) jew tyres ta' vetturi kummerċjali (ara sezzjoni 2.33 ta' l-Anness II) li f'formazzjoni waħda jkollhom indiċi ta' kapaċità ta' tagħbija ≥ 122. |

    3. ĦTIĠIET TA' IMMARKAR

    3.1. Barra l-ħtiġiet l-oħra ta' immarkar deskritti fis-sezzjoni 4 ta' l-Anness I u fis-sezzjoni 3 ta' l-Anness II, it-tyre għandu jkollu dawn il-marki li ġejjin:

    3.1.1. l-isem tal-manifattur jew it-trade mark; l-isem tal-prodott, id-deskrizzjoni kummerċjali jew it-trade mark.

    4. ĦTIĠIET GĦALL-EMISSJONI TA' ĦSEJJES TYRE/TRIQ

    4.1. Ħtiġiet ġenerali

    Sett ta' erba' tyres bl-istess denominazzjoni ta' qisien u bl-istess disinn tat-tread li jkun rappreżentattiv tal-gamma ta' tyres, għandu jiġi sottomess għal test tal-livell ta' emissjoni ta' ħsejjes tyre/triq li għandu jitwettaq kif speċifikat fl-Appendiċi 1.

    4.2. Il-livelli tal-ħoss stabbiliti skond is-sezzjoni 4.5 ta' l-Appendiċi 1 ma għandhomx jeċċedu l-limiti li ġejjin:

    4.2.1. Tyres

    tal-Klassi C1, b'referenza għall-wisa' tas-sezzjoni nominali (ara l-Anness II, sezzjoni 2.17.1.1.) tat-

    tyre

    li jkun ġie ttestjat:

    Klassi ta' TyreWisa' tas-sezzjoni nominali (mm) | Valuri ta' limitu f'termini dB(A) |

    A | B [4] | C [4] [5] |

    C1a | ≤ 145 | 72 [1] | 71 [1] | 70 |

    C1b | > 145 ≤ 165 | 73 [1] | 72 [1] | 71 |

    C1c | > 165 ≤ 185 | 74 [1] | 73 [1] | 72 |

    C1d | > 185 ≤ 215 | 75 [2] | 74 [2] | 74 |

    C1e | > 215 | 76 [3] | 75 [3] | 75 |

    4.2.1.1. Għal tyres rinforzati (jew Extra Load) (ara l-Anness II, sezzjoni 3.1.8.), il-valuri ta' limitu f'sezzjoni 4.2.1. għandhom jiżdiedu b'1 dB(A)

    4.2.1.2. Għal tyres ikklassifikati fil-kategorija ta' użu "Speċjali", (ara l-Anness II, sezzjoni 2.1.3.), il-valuri ta' limitu f'sezzjoni 4.2.1. għandhom jiżdiedu b'2 dB(A)

    4.2.2. Tyres

    tal-Klassi C2, b'referenza għall-kategorija tal-użu (ara l-Anness II, sezzjoni 2.1.3.) tal-gamma ta'

    tyres

    :

    Kategorija ta' użu | Valur ta' limitu espress f'dB(A) |

    Normali | 75 |

    Tas-Silġ | 77 |

    Speċjali | 78 |

    4.2.3. Tyres

    tal-Klassi C3, b'referenza għall-kategorija ta' l-użu (ara l-Anness II, sezzjoni 2.1.3.) tal-gamma ta'

    tyres

    :

    Kategorija ta' użu | Valur ta' limitu espress f'dB(A) |

    Normali | 76 |

    Tas-Silġ | 78 |

    Speċjali | 79 |

    Appendiċi 1

    METODU TA' ITTESTJAR GĦALL-LIVELLI TA' ĦOSS TYRE/TRIQ, IL-METODU TA' SEWQAN BIL-MAGNA MITFIJA

    0. Introduzzjoni

    Il-metodu ppreżentat jinkludi speċifikazzjoniet dwar l-istrumenti tal-kejl, il-kondizzjoniet tal-kejl u l-metodu tal-kejl biex jiġi stabbilit il-livell tal-ħoss ta' sett ta' tyres immuntati fuq vettura ta' l-ittestjar għaddejja b'veloċità għolja fuq wiċċ tat-triq speċifikat. Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jiġi reġistrat, meta l-vettura tat-test tkun għaddejja bil-magna mitfija, permezz ta' mikrofoni mqegħdin fil-bogħod; ir-riżultat finali tal-veloċità ta' referenza jinkiseb minn analiżi ta' rigressjoni lineari. Dawn ir-riżultati tat-test ma jistgħux jiġu relatati mal-ħoss ta' tyre imkejjel waqt aċċelerazzjoni bil-magna mqabbda jew waqt id-deċelerazzjoni waqt l-ibbrejkjar.

    1. Strumenti tal-kejl

    1.1. Kejl akustiku

    Il-meter li jkejjel il-livell tal-ħoss, jew is-sistema ta' kejl ekwivalenti, inkluż l-iqugħ kontra r-riħ rakkomandat mill-manifattur, għandhom jissodisfaw għal ta' l-anqas il-ħtiġiet għall-istrumenti tat-Tip 1, f'konformità ma' l-IEC 60651, it-tieni edizzjoni.

    It-tikjil għandu jsir bl-użu ta' l-ippeżar għall-frekwenza A u għall-ħin F.

    Meta tintuża sistema li tinkludi l-monitorjar perjodiku tal-livell tal-ħoss ippeżat għall-A, għandu jittieħed qari f'intervall ta' ħin li ma jeċċedix it-30 ms.

    1.1.1. Kalibrazzjoni

    Fil-bidu u fit-tmiem ta' kull sessjoni ta' tikjil, is-sistema kollha tal-kejl għandha tiġi ċċekkjata permezz ta' kalibratur akustiku li jissodisfa l-ħtiġiet għal kalibraturi akustiċi li huma minn ta' lanqas tal-Klassi C1 ta' preċiżjoni skond IEC 942:1988..Mingħajr ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ verifiki konsekuttivi għandha ikunu inqas jew ugwali għall-IEC 942:1988. Mingħajr ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ verifiki konsekuttivi għandha tkun inqas jew ugwali għal 0,5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż ir-riżultati tat-tikjil li jkunu nkisbu wara l-aħħar verifika sodisfaċenti għandhom jiġu skartati.

    1.1.2. Konformità mal-ħtiġiet

    Il-konformità ta' l-apparat li jikkalibra l-ħoss mal-ħtiġiet ta' IEC 60942:1988 għandha tkun ivverifikata darba fis-sena, waqt li l-konformità tas-sistema ta' strumenti mal-ħtiġiet ta' IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni, għandha tkun ivverifikata minn ta' lanqas darba kull sentejn minn laboratorju li jkun awtorizzat li jagħmel kalibrazzjonijiet skond l-istandards adatti.

    1.1.3. Il-posizzjoni tal-mikrofonu

    Il-mikrofonu (jew mikrofoni) għandhoma jitqiegħdu 7,5 m ± 0,05 m mill-linja ta' referenza tal-korsa CCI (figura 1) u 1,2 m ± 0,02 m 'il-fuq mill-art. L-assi ta' sensittività massima għandha tkun orizzontali u perpendikulari għall-mogħdija tal-vettura (linja CCI).

    1.2. Tikjil tal-veloċità

    Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bi strumenti li jkollhom akkuratezza ta' +- 1 km fis-siegħa jew aħjar, meta l-parti ta' quddiem tal-vettura tkun laħqet il-linja PP' (figura 1).

    1.3. Tikjil tat-temperatura

    Il-tikjil tat-temperatura ta' l-arja u tal-wiċċ tal-post fejn isir it-test huma obbligatorji. L-istrumenti li jkejjlu t-temperatura għandhom ikollhom akkuratezza sa ± 1 °C.

    1.3.1. It-temperatura ta' l-arja

    Is-sensor tat-temperatura għandu jitqieghed f'post fejn ma jkunx hemm ingombru, qrib il-mikrofonu, b'mod li jkun espost għaċ-ċirkolazzjoni ta' l-arja u protett mir-radjazzjoni diretta tax-xemx. Din il-protezzjoni tista' tingħata b'kull paraventu li jitfa d-dell jew apparat simili. Is-sensor għandu jitqieghed f'għoli ta' 1,2 m ± 0,1 m 'il-fuq mill-livell tal-wiċċ tal-post tat-test biex jimminimizza l-influwenza ta' radjazzjoni ta' sħana mill-wiċċ tat-test meta ma tantx ikun hemm ċirkolazzjoni ta' arja.

    1.3.2. It-temperatura tal-wiċċ tal-post fejn isir it-test

    Is-sensor tat-temperatura għandu jitqiegħed f'post fejn it-temperatura mkejjla tirrappreżenta t-temperatura fil-mogħdija tar-roti, mingħajr ma tfixkel it-tikjil tal-ħoss.

    Jekk jintuża strument li jkollu sensor tat-temperatura li jaħdem bil-kuntatt, għandu jiġi applikat pejst li jittrasmetti s-sħana bil-konduttività bejn il-wiċċ u s-sensor biex jiżgura kuntatt termali adegwat.

    Jekk jintuża termometru tar-radjazzjoni (pirometru), l-għoli għandu jintgħażel biex jiġi żgurat li tkun koperta roqgħa ta' tikjil b'dijametru ta' >= 0,1 m.

    1.4. Tikjil tar-riħ

    L-apparat għandu jkun kapaċi jkejjel il-veloċità tar-riħ b'tolleranza ta' ±1 m/s. Ir-riħ għandu jitkejjel fl-għoli tal-mikrofonu. Id-direzzjoni tar-riħ b'referenza għad-direzzjoni tas-sewqan għandha tiġi reġistrata.

    2. Kondizzjonijiet tat-tikjil

    2.1. Is-sit tat-test

    Is-sit tat-test għandu jikkonsisti minn sezzjoni ċentrali mdawwra b'erja tat-testjar sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tat-tikjil għandha tkun invell; il-wiċċ tal-post tat-test għandu jkun xott u nadif għat-tikjil kollu. Il-wiċċ tat-test ma għandux ikun imkessaħ b'mod artifiċjali waqt jew qabel ma jsir it-test.

    Il-korsa tat-test għandha tkun hekk li l-kondizzjonijiet ta' kamp akustiku liberu bejn is-sors tal-ħoss u l-mikrofonu jistgħu jiġu sodisfatti sa 1 dB(A). Dawn il-kondizzjonijiet jitqiesu li jkunu sodisfatti kemm-il darba ma jkunx hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss, bħal ilqugħ, blat, pontijiet jew bini sa 50 m l-bogħod miċ-ċentru tas-sezzjoni tat-tikjil. Il-wiċċ tal-korsa tat-test u l-qisien tas-sit tat-test għandhom ikunu konformi ma' l-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

    Parti ċentrali li jkollha raġġ ta' minn ta' lanqas 10 m għandha tkun ħielsa minn silġ qisu tajjar, ħaxix għoli, trab tal-ħamrija, rmied jew oġġetti simili. M'għandu jkun hemm ebda ostaklu li jista' jaffettwa l-ħoss fil-viċinanzi tal-mikrofonu u ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-operatur li ikun qed ikejjel u dawk li jkunu qegħdin josservaw dan it-tikjil għandhom jieħdu posizzjoni li ma taffettwax il-qari ta' l-istrumenti tal-kejl.

    2.2. Il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi

    It-tikjil ma għandux isir taħt kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jkun żgurat li r-riżultati ma jiġux affettwati minn buffuri ta' riħ. It-testijiet ma għandhomx isiru jekk fl-għoli tal-mikrofonu l-veloċità tar-riħ tkun aktar minn 5 m/s.

    It-tikjil ma għandux isir jekk it-temperatura ta' l-arja tkun inqas minn 5 °C jekk aktar minn 40 °C, jew jekk it-temperatura tal-wiċċ tat-test tkun inqas minn 5 °C jew aktar minn 50 °C.

    2.3. Il-ħoss fid-dwarijiet

    Il-livell tal-ħoss fl-isfond (inkluż dak tar-riħ) għandu jkun minn ta' lanqas 10 dB(A) inqas mill-emissjoni ta' ħsejjes iġġenerati mill-kuntatt tat-tyre ma' l-wiċċ ta' l-art li tkun ġiet mkejjla. Mal-mikrofonu jista' jitwaħħal lqugħ adatt kontra r-riħ, basta jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.

    Kull kejl affettwat minn intensità qawwija ta' ħoss li tkun tidher li ma għandhiex x'taqsam mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħoss tat-tyres għandu jiġi injorat.

    2.4. Ħtiġiet għall-vettura tat-test

    2.4.1. Ġenerali

    Il-vettura tat-test għandha tkun vettura bil-magna u tkun mgħammra b'erba' tyres singoli li jkunu mwaħħla fuq żewġ fusijiet biss.

    2.4.2. It-tagħbija tal-vettura

    Il-vettura għandha tkun mgħobbija b'mod li jkun konformi mat-tagħbija tyres tat-test, kif speċifikat fis-sezzjoni 2.5.2. hawn taħt.

    2.4.3. Id-distanza bejn il-fus ta' quddiem u dak ta' wara

    Id-distanza bejn iż-żewġ fusijiet bit-tyres tat-test imwaħħla għandha tkun inqas minn 3,50 m għal-tyres tal-Klassi C1, u inqas minn 5 m għal-tyres tal-klassijiet C2 u C3.

    2.4.4. Miżuri li jimminimizzaw l-influwenza tal-vettura fuq it-tikjil tal-livell tal-ħoss

    Biex jiġi żgurat li l-ħoss tat-tyres ma' jkunx affettwat b'mod sinifikanti mid-disinn tal-vettura tat-test, qed jingħataw il-ħtiġiet u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

    Ħtiġiet:

    (a) Faldi kontra r-raxx jew mezz extra ieħor kontra r-raxx m'għandhomx jitwaħħlu.

    (b) Iż-żjieda jew it-tneħħija ta' elementi qrib ħafna tar-rimmijiet tar-roti u t-tyres, li jistgħu jtellfu mill-ħoss li jagħmlu t-tyres, ma humiex permessi.

    (ċ) L-allinjament tar-roti (toe in, camber u castor) għandu jkun konformi kompletament mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.

    (d) Materjal addizzjonali li jassorbi l-ħoss ma jistax jitwaħħal fil-partijiet fejn jitwaħħlu r-roti jew taħt il-karozzerija tal-vettura.

    (e) Is-sospensjoni għandha tkun tajba hekk li ma tirriżultax fi tnaqqis mhux normali fid-distanza minima bejn il-vettura u l-art meta l-vettura tkun mgħobbija skond il-ħtiġiet tat-test. Jekk disponibbli is-sistemi li jirregolaw il-livell tal-karozzerija għandhom jiġu aġġustati biex jagħtu distanza minima bejn il-vettura u l-art waqt l-ittestjar li tkun normali meta l-vettura ma tkunx mgħobbija.

    Rakkomandazzjonijiet biex jiġu evitati ħsejjes parasitiċi:

    (a) It-tneħħija jew modifika ta' komponenti fuq il-vettura li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħsejjes ta' l-isfond tal-vettura huma rakkomandati. Kull tneħħija jew modifika għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test.

    (b) Waqt it-test għandu jiġi żgurat li l-brejkijiet ma jintelqux ħażin b'mod li jikkawżaw ħsejjes.

    (ċ) Għandu jiġi żgurat li fannijiet li jaħdmu bl-elettriku ma jkunux qed jaħdmu.

    (d) Waqt it-test it-twieqi u s-soqfa li jinfetħu għandhom jingħalqu.

    2.5. It-tyres

    2.5.1. Ġenerali

    Erba' tyres identiċi ta' l-istess tip u gamma għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura tat-test. Fil-każ ta' tyres li jkollhom indiċi ta' kapaċità ta' tagħbija aktar minn 121 u li ma jkollhomx indikazzjoni li għandhom jitwaħħlu bħala par, tnejn minn dawn it-tyres ta' l-istess tip u gamma għandhom jitwaħħlu fuq il-fus ta' wara tal-vettura tat-test; fuq il-fus ta' quddiem għandhom jitwaħħlu tyres ta' qies adatt għat-toqol tal-fus u mniżżlin għall-inqas għoli possibbli biex tiġi minimizzata l-influwenza tal-kuntatt tyre/triq filwaqt li jinżamm livell suffiċjenti ta' sigurta. Tyres tax-xitwa li f'ċerti Stati Membri jistgħu jkunu mgħammra b'tappini apposta li jżidu l-frizzjoni, għandhom jiġu ttestjati mingħajr dan l-apparat. Tyres li jkollhom ħtiġiet ta' twaħħil speċjali għandhom ikunu ttestjati skond dawn il-ħtiġiet (per eżempju, id-direzzjoni tar-rotazzjoni). It-tyres għandu jkollhom il-fond tat-tread sħiħ qabel isirilhom ir-running-in.

    It-tyres għandhom jiġu ttestjati fuq rimmijiet awtorizzati mill-manifattur tat-tyres.

    2.5.2. It-tagħbija tat-tyres

    It-tagħbija tat-test Qt għal kull tyre imwaħħal fuq il-vettura tat-test għandha tkun bejn il-50 % u d-90 % tat-tagħbija ta-referenza Qr, iżda t-tagħbija tat-test medja Qt, avr għat-tyres kollha għandha tkun bejn 75 % ± 5 % tat-tagħbija ta' referenza Qr.

    Għat-tyres kollha, it-tagħbija ta' referenza Qr għandha tikkorrispondi għall-massa massima assoċjata ma' l-indiċi ta' kapaċità ta' tagħbija tat-tyre. Fil-każ fejn l-indiċi ta' kapaċità ta' tagħbija jkun magħmul minn żewġ numri maqsumin permezz tas-sinjal '/', għandha ssir referenza għall-ewwel numru.

    2.5.3. Il-pressjoni tat-tyres

    Kull tyre imwaħħal fuq il-vettura tat-test għandu jkollu pressjoni tat-test Pt li ma tkunx ogħla mill-pressjoni ta' referenza Pr u fil-limiti ta' l-intervall:

    +++++ TIFF +++++

    fejn Pr hija l-pressjoni li tikkorrispondi għall-indiċi tal-pressjoni mmarkata fuq il-ġenb tat-tyre.

    Għall-Klassi C1 il-pressjoni ta' referenza hija Pr = 250 kPa għal tyres"standard" u 290 kPa għal tyres"rinforzati". Il-pressjoni minima tat-test għandha tkun Pt = 150 kPa.

    2.5.4. Preparazzjonijiet qabel it-test

    It-tyres għandhom jingħataw "run-in" qabel ma jsir it-test biex jitneħħew għoqiedi żgħar u karatteristiċi oħra tad-disinn tat-tyre li jirriżultaw mill-proċess tal-fabbrikar. Dan normalment jinvolvi l-ekwivalenti ta' madwar 100 km ta' użu normali fis-sewqan.

    It-tyres li jitwaħħlu fuq il-vettura tat-test għandhom iduru fl-istess direzzjoni li kellhom meta ngħataw ir-running-in.

    Qabel it-test, it-tyres għandhom jissaħħnu billi jitħallew jiġru taħt il-kondizzjonijiet tat-test.

    3. Il-Metodu tat-test

    3.1. Kondizzjonijiet ġenerali

    Għat-tikjil kollu, il-vettura għandha tinsaq f'linja dritta matul is-sezzjoni tat-tikjil (AA' għal BB'), b'mod li l-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura jkun l-aktar qrib possibbli lejn il-linja CC'.

    Meta l-parti ta' quddiem tal-vettura tat-test tkun laħqet il-linja AA', is-sewwieq tal-vettura għandu ikun għamel il-gear f'posizzjoni newtrali u tefa l-magna. Jekk ħsejjes mhux normali (per eżempju, ta' xi ventilatur, tqabbid tal-magna awtomatiku) jiġu ġġenerati mill-vettura tat-test waqt it-tikjil, it-test għandu jerġa' jsir.

    3.2. In-natura u l-kwantità tat-tikjil

    Il-livell massimu tal-ħoss espress f'decibels ippeżati għal A, (dB(A)) għandu jitkejjel sa l-ewwel figura deċimali waqt li l-vettura tkun għaddejja bil-magna mitfija bejn il-linji AA' u BB' (figura 1 - il-parti ta' quddiem tal-vettura fuq il-linja AA', u l-parti ta' wara tal-vettura fuq il-linja BB'). Dan il-valur jikkostitwixxi r-riżultat tat-tikjil.

    Għandu jsir tikjil minn ta' l-anqas erba' darbiet fuq kull naħa tal-vettura tat-test b'veloċitajiet inqas mill-veloċità ta' referenza speċifikata fil-paragrafu 4.1. u minn ta' lanqas erba' qisien b'veloċitajiet ogħla mill-veloċità ta' referenza. Il-veloċitajiet għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor spazjati b'mod ugwali matul l-iskala ta' veloċità speċifikata fil-paragrafu 3.3.

    3.3. Il-veloċitajiet tat-test

    Il-veloċitajiet tal-vettura tat-test għandhom ikunu bejn dawn il-limiti:

    (i) minn 70 km fis-siegħa sa 90 km siegħa għal tyres ta' Klassi C1 u Klassi C2;

    (ii) minn 60 km siegħa sa 80 km siegħa għal tyres ta' Klassi C3.

    4. Interpretazzjoni tar-riżultati

    Il-kejl ikun invalidu jekk tkun irreġistrata diskrepanza mhux normali bejn il-valur massimu u l-valuri l-oħra.

    4.1. Kif jiġi stabbilit ir-riżultat tat-test

    Il-veloċità ta' referenza Vref użata biex jiġi kkalkolat ir-riżultat finali għandha tkun:

    (i) 80 km siegħa għal tyres ta' Klassi C1 u Klassi C2;

    (ii) 70 km siegħagħal tyres ta' Klassi C3.

    4.2. Analiżi ta' rigressjoni tal-kejl tal-ħoss

    Il-livell tal-ħoss tyre/triq LR (mingħajr korrezzjoni għat-temperatura) f'dB(A), jiġi kkalkolat b'analiżi ta' rigressjoni skond:

    +++++ TIFF +++++

    fejn:

    L

    huwa l-valur medju tal-livelli tal-ħoss Li, imkejjla f'dB(A):

    +++++ TIFF +++++

    n huwa n-numru tal-kejl (n ≥ 16).

    v

    huwa l-valur medju tal-logaritmi tal-veloċitajiet vi:

    +++++ TIFF +++++

    Ma'

    +++++ TIFF +++++

    a hija l-inklinazzjoni tal-linja ta' rigressjoni f'dB(A):

    +++++ TIFF +++++

    4.3. Il-Korrezzjoni tat-temperatura

    Għal tyres ta' Klassi C2, ir-riżultat finali għandu jkun normalizzat għal temperatura ta' referenza tal-wiċċ tat-test href billi tiġi applikata korrezzjoni fit-temperatura skond kif ġej:

    +++++ TIFF +++++

    fejn θ hija t-temperatura mkejjla tal-wiċċ tat-test,

    θ

    = 20 °C,

    Għal tyres ta' Klassi C1, il-ko-effiċjent K huwa -0,03 dB(A)/°C, meta θ > θref u K huwa -0,06 dB(A)//°C meta θ < θref

    Għal tyres ta' Klassi C2, il-fattur K huwa -0,02 dB(A)/°C

    Jekk it-temperatura tal-wiċċ tat-test li tkun tkejjlet ma tinbidilx b'aktar minn 5 °C fil-kejl kollu neċessarju biex jiġi kkalkolat il-livell tal-ħoss ta' sett wieħed ta' tyres, il-korrezzjoni fit-temperatura tista' ssir biss fuq l-aħħar livell ta' ħoss tyre/triq li jkun ġie rreġistrat, kif indikat hawn fuq, billi jintuża l-valur medju aritmetiku tat-temperaturi mkejjla. Inkella kull livell ta' ħoss imkejjel Li għandu jiġi kkoreġut billi tintuża t-temperatura fil-ħin tar-reġistrazzjoni tal-ħoss.

    Ma għandu jkun hemm ebda korrezzjoni tat-temperatura għal tyres ta' Klassi C3.

    4.4. Sabiex jitqies kull nuqqas ta' preċiżjoni fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultati skond sezzjoni 4.3. għandhom jiġu mnaqqsa b'1 dB(A).

    4.5 Ir-riżultat finali, bil-livell ta' ħoss tat-tyre/triq korreġut għal temperatura LR(θref) dB(A), għandu jiġi rotondat 'l isfel sal-valur sħiħ aktar baxx.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1:Il-posizzjonijiet tal-mikrofonu fit-tikjil

    Appendiċi 2

    IR-RAPPORT TAT-TEST

    Ir-rapport tat-test għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a) il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi, inkluża t-temperatura ta' l-arja u tal-wiċċ tat-test għal kull ġirja tat-test,

    (b) id-data u l-metodu ta' verifika tal-konformità tal-wiċċ tat-test ma' ISO 10844:1994,

    (ċ) il-wisa' tar-rimm tat-test,

    (d) informazzjoni fuq it-tyre: il-manifattur, l-isem tal-prodott, l-isem kummerċjali, il-qies, l-indiċi tat-tagħbija, il-pressjoni ta' referenza,

    (e) deskrizzjoni tal-vettura tat-test u d-distanza bejn il-fusijiet,

    (f) it-tagħbija tat-test tat-tip Qt f'N u f'perċentwal tat-tagħbija ta'referenza Qr għal kull tyre tat-test, it-tagħbija tat-test medja Qtavr f'N u f'perċentwal tat-tagħbija ta' referenza Qr,

    (g) il-pressjoni tat-tyres minfuħin waqt li jkunu kesħin f'kPa għal kull tyre tat-test,

    (h) il-veloċitajiet tat-test meta l-vettura tkun qabżet il-linja PP',

    (i) il-livelli tal-ħoss massimi ippeżati għal A għal kull ġirja tat-test u għal kull mikrofonu,

    (j) ir-riżultat LR tat-test: il-livell tal-ħoss ippeżat għal A f'decibels meta jilħaq il-veloċità ta' referenza, b'korrezzjoni tat-temperatura (jekk applikabbli), u mnaqqas għall-valur sħiħ l-aktar qribu.

    (i) l-inklinazjoni tal-linja ta' rigressjoni.″

    "

    9. L-Anness li ġej għandu jiżdied:

    "

    ANNESS VI

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAS SIT TAT-TEST

    1. Introduzzjoni

    Dan l-anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u l-konfigurazzjoni tal-korsa tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma bbażati fuq standard speċjali [1] li jiddeskrivi l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa u l-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

    2. Karatteristiċi meħtieġa għall-wiċċ tal-korsa

    Wiċċ jitqies li jikkonforma ma' dan l-istandard jekk l-istruttura u l-ispazji jew il-ko-efficient ta' l-assorbiment tal-ħoss ikunu tkejjlu u nstabu li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha ta' sezzjonijiet 2.1. sa 2.4. hawn taħt, u jekk ikunu ntlaħqu wkoll il-ħtiġiet tad-disinn (ara sezzjoni 3.2.).

    2.1. Il-kontenut ta' spazji residwi

    Il-kontenut ta' spazji residwi (VC) fit-taħlita tal-kisi tal-korsa tat-test m'għandux ikun aktar minn 8 %. Għall-proċedura tat-tikjil, ara sezzjoni 4.1.

    2.2. Il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss

    Jekk il-wiċċ ma jikkonformax mal-ħtieġa tal-kontenut ta' spazji residwi jkun aċċettabbli biss jekk il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss tiegħu jkun α≤0,10. Għall-proċedura tat-tikjil, ara sezzjoni 4.2. Il-ħtiġiet ta' sezzjonijiet 2.1. u 2.2. jintlaħqu wkoll jekk l-assorbiment tal-ħoss biss ikun ġie mkejjel u nstab li jkun α≤0,10

    Nota:

    L-aktar karatteristika relevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut ta' l-ispazji residwi huwa aktar familjari mal-kostrutturi tat-toroq. Iżda l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk il-wiċċ ma jikkonformax mal-ħtieġa ta' l-ispazji. Dan huwa ġustifikat għaliex il-kontenut ta' l-ispazji residwi għandu inċertezzi relattivament kbar f'termini kemm ta' kejl kemm ta' rilevanza, u għalhekk ċerti wċuħ jistgħu bi żball ma jiġux aċċettati fuq il-bażi ta' tikjil ta' l-ispazji biss.

    2.3. Il-fond ta' l-istruttura

    Il-fond ta' l-istruttura (TD) imkejjel skond il-metodu volumetriku (ara sezzjoni 4.3. hawn taħt) għandu jkun:

    TD ≥ 0,4 mm

    2.4. L-omoġeneita tal-wiċċ

    Għandu jsir kull sforz prattiku li jiżgura li fl-erja tat-test il-wiċċ ikun omeġenju kemm jista' jkun. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut ta' spazji, imma għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta' tidwir jirriżulta f'tidwir aktar effettiv f'ċertu postijiet milli f'oħra, l-istruttura tista' tkun differenti u jista' jkun hemm ukoll ħotob ikkawżati minn nuqqas ta' livellar tajjeb.

    2.5. Il-perijodu ta' l-ittestjar

    Biex jiġi verifikat jekk il-wiċċ jibqax konformi mal-ħtiġiet għall-istruttura u l-kontenut ta' spazji jew għall-assorbiment tal-ħoss stipulati f'dan l-Anness, għandhom isiru testijiet perjodiċi fuq il-wiċċ f'dawn l-intervalli li ġejjin:

    (a) Għall-kontenut ta' spazji residwi (VC) jew l-assorbiment tal-ħoss:

    meta l-wiċċ ikun ġdid;

    jekk il-wiċċ jissodisfa dawn il-ħtiġiet meta jkun għadu ġdid, ma jkunux meħtieġa aktar testijiet perjodiċi. Jekk ma jissodisfax dawn il-ħtiġiet meta jkun għadu ġdid, jista' jissodisfahom aktar tard peress li l-uċuħ għandhom it-tendenza li biż-żmien isiru mqabbda sew u kompatti.

    (b) Għall-fond ta' l-istruttura (TD):

    meta l-wiċċ ikun ġdid;

    meta jibda t-test tal-ħoss (NB: mhux qabel erba' ġimgħat wara t-tqegħid);

    imbagħad kull tnax-il xahar.

    3. Id-disinn tal-wiċċ tat-test

    3.1. Il-wiċċ

    Fid-disinn tal-wiċċ tat-test huwa importanti li jiġi żgurat li, bħala kriterju minimu, iż-żona li minnha jgħaddu l-vetturi tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat u li jkollha marġni adegwati għal sewqan sigur u prattiku. Dan jeħtieġ li l-korsa tkun minn ta' lanqas 3 m wiesgħa, waqt li t-tul ikun jestendi lilhinn mill-linji AA u BB b'minn ta' lanqas 10 m kull naħa. Figura 1 turi l-pjan ta' sit tat-test adattat u tindika l-erja minima li għandha tkun magħmula u ppakkjata tajjeb mekkanikament bil-materjal speċifikat għall-wiċċ tat-test. Skond l-Anness 5, Appendiċi 1, sezzjoni 3.2., għandhom jittieħdu qisien fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista' jsir b'tikjil b'żewġ mikrofoni (wieħed fuq kull naħa tal-korsa) filwaqt li l-vettura tiġi misjuqa f'direzzjoni waħda, jew b'tikjil b'mikrofonu wieħed fuq naħa waħda biss tal-korsa, iżda bil-vettura misjuqa fiż-żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-aħħar metodu, ma jkun hemm ebda kriterju għall-wiċċ f'dik in-naħa tal-korsa fejn ma jkunx hemm mikrofonu.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1.Ħtiġiet minimi għall-wiċċ tat-testIl-parti oskura tissejjaħ "L-Erja tat-Test"

    3.2. Id-disinn u l-preparazzjoni tal-wiċċ

    3.2.1. Ħtiġiet bażiċi għad-disinn

    Il-wiċċ tat-test għandu jissodisfa erba' ħtiġiet għad-disinn:

    3.2.1.1. Għandu jkun magħmul minn konkrit dens li jkun fih l-asfalt.

    3.2.1.2. Il-qies massimu taż-żrar għandu jkun ta' 8 mm (b'tolleranza ta' bejn 6,3 mm u 10 mm).

    3.2.1.3. Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun = 30 mm.

    3.2.1.4. Il-materjal li jgħaqqad għandu jkun bitum mhux modifikat ta' penetrazzjoni diretta.

    3.2.2. Linji-gwida għad-disinn

    Bħala gwida għall-kostruttur tal-wiċċ, fil-Figura 2 tidher kurva għall-gradazzjoni tal-materjali tal-konkrit li tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, Tabella 1 tagħti linji-gwida għall-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni tikkorrispondi għal-din il-formula:

    P

    = 100.

    1/2

    fejn

    d = qies tax- xibka ta' l-għarbiel b'toqob kwadri, f' mm

    dmax =

    8 mm għall-kurva medja

    = 10 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' isfel

    = 6,3 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' fuq

    +++++ TIFF +++++

    Figura 2.Kurva iggradata tal-medja fit-taħlita ta' l-asfalt bit-tolleranzi

    Barra minn hekk, qed jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < qies tax- xibka ta' l-għarbiel b'toqob kwadri < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 % ramel naturali u minn ta' l-inqas 45 % ramel fin.

    (b) il-bażi u s-sotto-bażi għandhom jiżguraw stabbilità u uniformità tajbin, skond l-aħjar prattika tal-bini tat-toroq.

    (ċ) Iż-żrar għandu jiġi mfarrak (100 % ta' l-uċuh imfarrka) u jkun jikkonsisti minn materjal li jkollu resistenza għolja għat-tifrik.

    (d) Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jkun maħsul.

    (e) Ma għandux jiżdied żrar fil-wiċċ.

    (f) L-ebusija tal-materjal li jgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40-60, 60-80 jew anke 80-100, skond il-kondizzjonijiet tal-klima tal-pajjiż partikolari. Ir-regola hija li għandu jintuża materjal li jgħaqqad li jkun iebes kemm jista' jkun, basta dan ikun konsistenti mal-prattika komuni.

    (g) It-temperatura tat-taħlita qabel jgħaddi r-romblu għandha tintgħażel biex jinkiseb il-kontenut ta' spazji meħtieġ b'passati tar-romblu sussegwenti. Biex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet ta' sezzjonijiet 2.1. u 2.4. hawn fuq, il-kumpattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta' għażla adatta tat-temperatura tat-taħlita, iżda wkoll pemezz ta' numru adegwat ta' passati u l-għażla tal-vettura li trassas it-taħlita.

    Tabella 1

    Linji-gwida għad-disinn

    | Valuri li għandhom jintlaħqu | Tolleranzi |

    | Bil-massa totali tat-taħlita | Bil-massa tat-taħlita tal-konkrit |

    Il-massa tal-ġebel, b'qies tax-xibka ta' l-għarbiel b'toqob kwadri (SM) > 2 mm | 47,6 % | 50,5 % | ± 5 |

    Il-massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm | 38,0 % | 40,2 % | ± 5 |

    Il-massa tal-filler SM < 0,063 mm | 8,8 % | 9,3 % | ± 2 |

    Il-massa tal-materjal li jgħaqqad (bitum) | 5,8 % | M.A. | ± 0,5 |

    Il-qies massimu taż-żrar | 8 mm | | 6,3 - 10 |

    L-ebusija tal-materjal li jgħaqqad | (ara paragrafu 3.2.2. (f)) | |

    Il-valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV) | > 50 | | |

    Kumpattezza, relattiva għall-kumpattezza Marshall | 98 % | | |

    4. Il-metodu tat-test

    4.1. It-tikjil tal-kontenut ta' spazji residwi

    Għall-iskopijiet ta' dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni mill-korsa f'minn ta' l-inqas erba' postijiet differenti li jkunu mqassma b'mod ugwali fl-erja tat-test bejn il-linji AA u BB (ara figura 1). Biex jiġi evitat in-nuqqas ta' omoġeneità u ta' regolarità fil-mogħdiji tar-roti, ma għandhomx jittieħdu kampjuni fil-mogħdiji tar-roti stess, imma qribhom. Żewġ kampjuni (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdija tar-roti, u ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed kemm jista' jkun fin-nofs bejn il-mogħdija tar-roti u l-posizzjoni ta' kull mikrofonu.

    Jekk ikun hemm xi suspett li l-ħtieġa ta' l-omoġeneità ma tkunx se tintlaħaq (ara sezzjoni 2.4.), għandhom jittieħdu kampjuni minn partijiet oħra addizzjonali ta' l-erja tat-test.

    Il-kontenut ta' spazji residwi għandu jiġi stabbilit għal kull kampjun, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni kollha għandu jkun ikkalkulat u kkumparat mal-ħtieġa fis-sezzjoni 2.1. Barra minn hekk, ebda kampjun ma għandu jkollu valur ta' spazji ogħla minn 10 %.

    Il-kostruttur tal-wiċċ għandu jżomm quddiem għajnejh il-problema li tista' tinqala' meta l-erja tat-test tkun imsaħħna b' pajpijiet jew wajers ta' l-elettriku, u għandhom jittieħdu kampjuni minn din l-erja. Stallazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu ppjanati sew fir-rigward ta' estrazzjoni ta' kampjuni aktar il-quddiem. Huwa rakkomandat li jitħallew xi ftit siti li jkunu ta' bejn 200 mm x 300 mm fejn ma jkunx hemm wajers/pajpijiet jew fejn dawn ikunu fil-fond biżżejjed biex ma tiġrilhomx ħsara minn kampjuni meħuda mis-saff tal-wiċċ.

    4.2. Il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss

    Il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu ta' l-impedenza skond il-proċedura speċifikata f'ISO 10534-1: "Akustika - Determinazzjoni tal-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss u l-impedenza bil-metodu tat-tubu" [2].

    Rigward kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess ħtiġiet applikati għall-kontenut ta' spazji (ara sezzjoni 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fl-iskala ta' bejn 400 Hz u 800 Hz u fl-iskala ta' bejn 800 Hz u 1600 Hz (għal ta' l-inqas fil-frekwenzi tan-nofs ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ skali ta' frekwenzi. Imbagħad għal dawn il-valuri, għall-kampjuni tat-test kollha, għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi stabbilit ir-riżultat finali.

    4.3. It-tikjil volumetriku tal-makrostruttura

    Għall-iskopijiet ta' dan l-istandard, il-kejl tal-fond ta' l-istruttura għandu jsir fuq minn ta' lanqas 10 posizzjonijiet imqassmin b'mod ugwali tul il-mogħdija tar-roti tal-korsa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi kkomparat mal-fond minimu speċifikat ta' l-istruttura. Ara Standard ISO 10844:1994 għal deskrizzjoni ta' din il-proċedura.

    5. Stabbilità biż-żmien u manutenzjoni

    5.1. L-influwenza taż-żmien

    Bħal f'kull wiċċ ieħor, huwa mistenni li l-livell tal-ħoss tyre/triq imkejjel fuq il-wiċċ tat-test jista' jiżdied ftit matul l-ewwel 6 sa 12-il xahar mill-bini tal-wiċċ.

    Il-wiċċ jikseb il-karatteristiċi meħtieġa mhux aktar qabel minn erba' ġimgħat wara l-bini tiegħu. L-influwenza taż-żmien fuq il-ħsejjes ikkaġunati minn trakkijiet ġeneralment huwa inqas minn dawk ikkaġunati mill-karozzi.

    L-istabbilità matul iż-żmien hija determinata prinċipalment bl-ippolixxjar u l-kumpattezza ikkawżati mill-vetturi għaddejjin fuq il-wiċċ. Din għandha tiġi ċċekkjata minn żmien għal żmien kif stabbilit fis-sezzjoni 2.5.

    5.2. Il-manutenzjoni tal-wiċċ

    Fdalijiet u trabijiet li jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti il-fond effettiv ta' l-istruttura għandhom ajitneħħew minn fuq il-wiċċ. F'pajjiżi bi klimi xitwin xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll is-silġ. Il-melħ jista' jimmodifika l-wiċċ b'mod temporanju jew inkella anki b'mod permanenti u b'hekk jiżdied il-ħoss; għalhekk, il-melħ m'huwiex rakkomandat.

    5.3. Il-kisi mill-ġdid ta' l-erja tat-test

    Jekk ikun hemm il-bżonn li l-korsa tat-test tinkesa mill-ġdid, normalment ma jkunx neċessarju li tinkesa aktar mill-istrixxa (ta' 3 m wisa' fil-figura 1) fejn jgħaddu l-vetturi, basta l-erja tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat il-ħtieġa tal-kontenut ta' spazji residwi jew ta' l-assorbiment tal-ħoss waqt it-tikjil.

    6. Id-dokumentazzjoni fuq il-wiċċ tat-test u fuq it-testijiet li jsiru fuqu

    6.1. Id-dokumentazzjoni tal-wiċċ tat-test

    L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata f'dokument li jiddeskrivi l-wiċċ tat-test:

    6.1.1. Is-sit tal-korsa tat-test

    6.1.2. It-tip ta' materjal li jgħaqqad, l-ebusija ta' dan il-materjal, it-tip ta' materjali għall-konkrit, id-densità teoretika massima tal-konkrit (GRD), il-ħxuna tal-kisi tal-wiċċ u l-kurva ta' gradazzjoni stabbilita minn kampjuni meħuda mill-korsa tat-test.

    6.1.3. Il-metodu ta' kumpattjar (per eżempju, it-tip ta' romblu użat, il-massa tar-romblu, u n-numru ta' passati),

    6.1.4. It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura ta' l-arja tad-dwarijiet u l-veloċità tar-riħ matul it-tqegħid tal-wiċċ.

    6.1.5. Id-data meta l-wiċċ ikun ġie mqiegħed u l-kuntrattur.

    6.1.6. Ir-riżultati kollha tat-testijiet, jew għall-inqas ta' l-aktar reċenti fosthom, inklużi:

    6.1.6.1. il-kontenut ta' spazji residwi ta' kull kampjun;

    6.1.6.2. is-siti fl-erja tat-test minn fejn ittieħdu l-kampjuni għal kejl ta' l-ispazji;

    6.1.6.3. il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss ta' kull kampjun (jekk ikun tkejjel). Speċifika r-riżultati kemm għal kull kampjun kemm għal kull skala ta' frekwenza u l-medja globali;

    6.1.6.4. Il-postijiet fl-erja tat-test minn fejn il-kampjuni għat-tikjil ta' l-assorbiment tal-ħoss ikunu ttieħdu;

    6.1.6.5. il-fond ta' l-istruttura, inkluż in-numru ta' testijiet u d-devjazzjoni standard;

    6.1.6.6. l-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skond sezzjonijiet 6.1.6.1. u 6.1.6.2. u t-tip ta' tagħmir użat;

    6.1.6.7. Id-data tat-test(ijiet) u d-data ta' meta l-kampjuni ttieħdu mill-korsa tat-test.

    6.2. Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-ħoss tal-vetturi li jkunu saru fuq il-wiċċ

    Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-ħoss tal-vetturi, għandu jkun dikjarat jekk il-ħtiġiet kollha ta' dan l-istandard ikunux ġew sodisfatti jew le. Skond sezzjoni 6.1. għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.

    "

    [1] "Il-ħtiġiet tekniċi għat-"tyres" huma simili għal dawk tar-Regolamenti Nri 30 u 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE)"

    [1] Il-valuri ta' limitu fil-kolonna A japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2007;Il-valuri ta' limitu fil-kolonna B jibdew japplikaw mill-1 ta' Lulju 2007.

    [2] Il-valuri ta' limitu fil-kolonna A japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2008;Il-valuri ta' limitu fil-kolonna B jibdew japplikaw mill-1 ta' Lulju 2008.

    [3] Il-valuri ta' limitu fil-kolonna A japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2009;Il-valuri ta' limitu fil-kolonna B jibdew japplikaw mill-1 ta' Lulju 2009.

    [4] Ċifri indikattivi biss. Ċifri definittivi jiddependu fuq l-emenda tad-Direttiva wara r-rapport meħtieġ fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/43/KE.

    [5] Il-valuri ta' limitu fil-kolonna C jirriżultaw mill-emenda tad-Direttiva wara r-rapport meħtieġ fl- l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/43/KE.

    [1] ISO 10844:1994 Jekk fil-futur ISO tagħti definizzjoni differenti tal-wiċċ tat-test, l-istandard ta' referenza jiġi għalhekk emendat.

    [2] Trid tiġi ppubblikata

    --------------------------------------------------

    Top