This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0898
2001/898/EC: Commission Decision of 12 December 2001 setting out the arrangements for Community comparative trials and tests on propagating material of ornamental plants under Council Directive 98/56/EC (notified under document number C(2001) 4224)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi tal-Komunità dwar il-materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (notifikata taħt dokument numru Ċ(2001) 4224)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi tal-Komunità dwar il-materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (notifikata taħt dokument numru Ċ(2001) 4224)
ĠU L 331, 15.12.2001, p. 101–102
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
Official Journal L 331 , 15/12/2001 P. 0101 - 0102
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi tal-Komunità dwar il-materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (notifikata taħt dokument numru Ċ(2001) 4224) (2001/898/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE dwar il-marketing ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali [1], b’mod partikolari Artikolu 14(4) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva msemmija hawn fuq tipprovdi għall-arranġament li għandu jsir għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità ta’ materjal ta’ tnissil li għandhom jitwettqu. (2) Rappresentazzjoni adegwata tal-kampjuni inklużi fil-provi u t-testijiet għandha tkun żgurata, għall-inqas għal ċerti pjanti magħżula. (3) L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fil-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità, sal-limitu li ż-żerriegħa tal-pjanti msemmija hawn fuq tkun normalment riprodotta jew marketed fit-territorji tagħhom, biex wieħed jasal għall- konklużjoni xierqa minnhom. (4) Il-Kommissjoni hija responsabbli li tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità. (5) L-arranġamenti tekniċi għat-twettieq tal-provi u t-testijiet ikunu saru fil-Kumitat Permanenti għall-Materjal ta’ Tnissil ta’ Pjanti Ornamentali. (6) Provi u testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru mis-sena 2002 sa l-2004 fuq materjal ta’ tnissil maħsud fl-2001 u d-dettalji għal dawn il-provi u t-testijiet għandhom ikunu wkoll stipulati. (7) Għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità li jdumu aktar minn sena, il-partijiet tal-provi u t-testijiet li jsiru wara l-ewwel sena għandhom, bil-kondizzjoni li jkun hemm l-approprjazzjonijiet meħtieġa, jkunu awtorizzati mill-Kommissjoni mingħajr ma ssir aktar referenza għall-Kumitat Permanenti għall-Materjalita’ Tnissil ta’ Pjanti Ornamentali. (8) Il-Kumitat Permanenti għall-Materjal ta’ tnissil ta’ Pjanti Ornamentali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Il-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu mis-sena 2002 sa l-2004 fuq il-materjal ta’ tnissil tal-pjanti elenkati fl-Anness. 2. L-ispiża massima għall-provi u t-testijiet għall-2002 għandu jkun kif stipulat fl-Anness. 3. L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu sehem fil-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità sal-limitu li ż-żerriegħa u l-materjal ta’ tnissil tal-pjanti elenkati fl-Anness ikunu ġeneralment riprodotti jew marketed fit-territorji taghħom. 4. Id-dettalji tal-provi u t-testijiet huma stipulati fl-Anness. Artikolu 2 Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tkompli l-provi u t-testijiet stipulati fl-Anness fl-2003 u l-2004. L-spiża massima għal prova jew test li jitkomplew fuq din il-bażi m’għandhiex teċċedi l-ammont speċifikat fl-Anness. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16. -------------------------------------------------- ANNESS Provi li għandhom isiru fl-2002 Speċi | Grupp Responsabbli | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu eżaminati | Numru ta' kampjuni | Infiq (f'euros) | Pjanti Ornamentali mnissla miż-żerriegħa Petunia Lobelia Lathirus | NAKT Roelofarendsveen (NL) | Identità ta' varjetà u purità (għalqa) Kwalità' taż-żerriegħa esterna (laboratorju) | 80 | 37000 | Basal tal-fjuri (Narċiż) | BKD Lisse (NL) | Identità ta' varjetà u purità' (għalqa) Saħħa tal-Pjanta (laboratorju) | 80 | 42800 | Pjanti Ornamentali | NAKT Roelofarendsveen (NL) | Identità ta' varjetà u purita' Saħħa tal-Pjanta (għalqa) Saħħa tal-Pjanta (laboratorju) | | 12400 | Chamaecyparis | 40 | Ligustrum vulgare | 40 | Euphorbia fulgens | 20 | Spiża totali | 92200 | Speċi | Grupp Responsabbli | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu eżaminati | Numru ta' kampjuni | Infiq (f'euros) | Pjanti Ornamentali | NAKT Roelofarendsveen (NL) | Identità ta' varjetà u purità Saħħa tal-Pjanta (għalqa) Saħħa tal-Pjanta (laboratorju) | | 3700 | Chamaecyparis | 40 | Ligustrum vulgare | 40 | Euphorbia fulgens | 20 | Spiża totali | 3700 | Speċi | Grupp Responsabbli | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu eżaminati | Numru ta' kampjuni | Infiq (f'euros) | Pjanti Ornamentali | NAKT Roelofarendsveen(NL) | Identità ta' varjetà u purità Saħħatal-Pjanta (għalqa) Saħħa tal-Pjanta (laboratorju) | | 33600 | Chamaecyparis | 40 | Ligustrum vulgare | 40 | Euphorbia fulgens | 20 | Spiża totali | 33600 | --------------------------------------------------