Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0632

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awissu, 2001 Li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut li joriġinaw fin-Nikaragwa (notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2523)Test b’rilevanza ŻonaEE

ĠU L 221, 17.8.2001, p. 40–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/632/oj

32001D0632



Official Journal L 221 , 17/08/2001 P. 0040 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Awissu, 2001

Li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut li joriġinaw fin-Nikaragwa

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2523)

(Test b’rilevanza ŻonaEE)

(2001/632/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 91/493/KEE tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju, 1991, li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ħut [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1) Espert tal-Kummissjoni għamel visita ta’ spezzjoni fin-Nikaragwa sabiex jivverifika l-kondizzjonijiet tal-produzzjoni, ħażna u rilaxx ta’ prodotti tal-ħut li jintbagħtu lill-Komunità.

(2) Id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tan-Nikaragwa dwar spezzjoni sanitarja u sorveljanza ta’ prodotti tal-ħut jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti bid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) Partikolarment illi d- "Dirección General de Protección y Sanidad Agropecuaria (DGPSA)" tal- "Ministerio Agropecuario y Forestal" hija kompetenti li tagħmel verifika b’mod effettiv dwar il-ħarsien tal-liġijiet eżistenti.

(4) Il-modalijitajiet biex jinkiseb iċ-ċertifikat sanitarju msemmi f’Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jinkludi t-tifsira ta’ mudell ta’ ċertifikat, il-ħtiġijiet minimi li għandhom x’jaqsmu mal-lingwa li biha għandu jinkiteb u l-l-kapaċità tal-persuna li tiffirmah.

(5) Skond Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka mal-pakketti ta’ prodotti tal-ħut li turi l-isem tal-pajjiż mhux membru u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, tal-bastiment tal-fabbrika, mħażen tal-friża jew bastiment tal-friża li minnhom ikunu ġejjin, ħlief għal ċerti prodotti tal-friża.

(6) Skond Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkun hemm lista ta’ stabbilimenti, bastimenti tal-fabbrika, jew imħażen tal-friża rikonoxxuti, u għandu jkun hemm lista ta’ bastimenti tal-friża mgħammra skond il-paragrafi minn 1 sa 7 t’Anness II tad-Direttiva 92/48/KEE tal-Kunsill [3]. Dawn il-listi għandhom ikunu magħmula skond il-komunikazzjoni tad-DGPSA lill-Kummissjoni. Għalhekk id-DGPSA għandha tassigura li jitħarsu d-dispożizzjonijiet stabbiliti għal dak il-fini ta’ Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE.

(7) Id-DGPSA taw assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-ħarsien tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V t’Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u sabiex jitwettqu l-ħtiġijiet iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(8) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id- "Dirección General de Protección y Sanidad Agropecuaria (DGPSA)" tal- "Ministerio Agropecuario y Forestal" għandha tkun l-awtorità kompetenti fin-Nikaragwa biex tagħmel il-verifika u biex tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tal-ħut u akkwakultura skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tal-ħut u ta’ l-akkwakultura li joriġinaw fin-Nikaragwa għandhom ikunu skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull konsenja għandha jkollha ċertifikat sanitarju oriġinali, debitament mimli, b’numru fuqu, iffirmat u datat, u magħmul minn karta waħda skond l-mudell muri f’Anness A tad-Direttiva;

2. il-prodotti għandhom joriġinaw minn stabbilimenti, bastimenti tal-fabbriki jew imħażen tal-friża rikonoxxuti jew minn bastimenti tal-friża reġistrati msemmija f’Anness B tagħha;

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tal-friża tal-ħut bil-kwantità u maħsuba għall-produzzjoni ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom fuqhom, b’ittri li ma jitħassrux, il-kelma "NIKARAGWA", u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment tal-fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikat kif hemm imsemmi f’Artikolu 2, paragrafu 1, għandu jinkiteb għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn isir il-kontroll.

2. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant tad-DGPSA u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn kitba oħra fiċ-ċertifikat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sittin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-16 ta’ Awissu, 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, pġ 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, pġ 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

PP:

Pjanta ta' proċessar.

ZV:

Bastiment tal-friża.

Nru ta' Approvazzjoni | Isem | Belt/Reġjun | Kategorija |

505-3 | Pescafresca | ANDEN BLUEFIELDS REGION DEL ATLANTICO SUR | PP |

505-4 | Promarnic | PUERTO CABEZAS REGION DEL ATLANTICO NORTE | PP |

505-8 | Central American Fisheries | CORN ISLAND REGION DEL ATLANTICO SUR | PP |

505-10 | Camanica | KM.130 CARRETERA LEON CHINANDEGA | PP |

505-13 | San Gabriel | CASARES CARAZO | PP |

505-15 | Sahlman Seafoods of Nic. | CIUDAD EL VIEJO CHINANDEGA | PP |

505-18 | Promasa | CORINTO CHINANDEGA | PP |

505-19 | Pasenic | CORN ISLAND REGION DEL ATLANTICO SUR | PP |

505-20 | Mariscos Cuatro Estaciones | MANAGUA | PP |

505-24 | Carodi Seafoods de Nic. | PUERTO CABEZAS REGION DEL ATLANTICO NORTE | PP |

505-27 | Pamela Ann (Pesquera Jorge de Nicaragua, SA) | CORINTO CHINANDEGA | ZV |

505-29 | Procesadora de Mariscos Lat, SA | MANAGUA | PP |

--------------------------------------------------

Top