Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2039

Ir-Regolament (KE) Nru 2039/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, rigward is-sena bażika għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-hydrochlorofluorocarbons

ĠU L 244, 29.9.2000, p. 26–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2039/oj

32000R2039



Official Journal L 244 , 29/09/2000 P. 0026 - 0026


Ir-Regolament (KE) Nru 2039/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-28 ta' Settembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, rigward is-sena bażika għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-hydrochlorofluorocarbons

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [1],

Wara li kkunsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu [3], jieħu s-sena 1996 bħala s-sena bażi sabiex jiġu allokati l-kwoti tal-hydrochlorofluorocarbons (HCFCijiet). Mis-sena 1996 is-suq tal-HCFC inbidel konsiderevolment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importaturi, u ż-żamma tas-sena 1996 tirriżulta li numru kbir ta' importaturi jiġu mċaħħda mill-kwota tagħhom ta' l-importazzjoni. Bħala regola ġenerali, il-kwoti għandhom ikunu bbażati fuq iċ-ċifri rappreżentattivi disponibbli l-aktar riċentement, f'dan il-każ dawk tas-sena 1999, u għahekk iż-żamma tas-sena 1996 tista tiġi meqjusa bħala arbitrarja u tista' wkoll toħloq ksur tal-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u ta' l-ispettazzjonijiet leġittimi.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 4(3)(i)(h) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 il-kliem "il-perċentwali tiegħu fis-sehem tas-suq tiegħu fl-1996" għandu jinbidel bi "is-sehem tal-perċentwali assenjat lilu fl-1999".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

P. Moscovici

[1] L-opinjoni mogħtija fil-20 ta' Settembru 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Settembru 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000.

[3] Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2038/2000 (ara l-paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top