Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1543

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta'Ġunju 2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettieq tal-politika komuni tas-sajd

    ĠU L 176, 15.7.2000, p. 1–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R0199

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1543/oj

    32000R1543



    Official Journal L 176 , 15/07/2000 P. 0001 - 0016


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000

    tad-29 ta'Ġunju 2000

    li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettieq tal-politika komuni tas-sajd

    IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    billi:

    (1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 ta'l-20 ta'Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għas-sajd u akwakultura [3] jipprovdi għal studji regolari mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (minn hawn 'l quddiem KXTES) tas-sitwazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, u l-implikazzjonijiet ekonomiċi tagħha.

    (2) Il-Kodiċi ta'Kondotta għas-Sajd Responsabbli w l-Ftehim dwar il-Konservazzjoni w l-Ġestjoni ta'Ħażniet tal-Ħut ta'l-Organizzazzjoni ta'l-Ikel u ta'l-Agrikoltura tal-Ġnus Maqgħuda t-tnejn li huma jenfasizzaw il-bżonn għall-iżvilupp tar-riċerka w il-ġbir ta' tagħrif bl-iskop li jittejjeb l-għerf xjentifiku.

    (3) Il-Komunità trid tieħu sehem fl-isforzi fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-ħażniet tal-ħut, speċjalment b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet adottati mill-organizazzjonijiet reġjunali tas-sajd.

    (4) Sabiex jitwettqu l-istimi xjentifiċi meħtieġa għall-politika komuni tas-sajd (minn hawn 'l quddiem PKS), hemm bżonn li jinġabar it-tagħrif kollu tal-bioloġija tal-ħażniet tal-ħut, tal-flotti w l-attivitajiet tagħhom u tal-kwistjonijiet ekonomiċi w soċjali.

    (5) Il-ġbir ta' din l-informazzjoni speċifika trid tiġi kkordinata ma'tagħrif ta'l-istatistika.

    (6) Għandhom jiġu stabbiliti l-prijoritajiet fuq livell Komunitarju, kif ukoll il-proċeduri għall-ġbir u pproċessar tat-tagħrif fil-Komunità, sabiex jiġi żgurat li s-sistema kollha hi konstistenti w biex tieħu l-aktar benefiċċji mill-infieq bit-twaqqif ta'struttura multiannwali stabbli.

    (7) Analiżi xjentifiċi jeħtieġu qabel kollox data aggregata miġbura miksuba mill-igruppament u mill-ipproċessar tat-tagħrif dettaljat f'livell xieraq, minflok data bażika dettaljata.

    (8) Ir-Regolamenti li hemm f'dan il-qasam, b'mod partikolari Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 [4], (KEE) Nru 2847/93 [5], u (KE) Nru 685/95 [6], (KE) Nru 779/97 [7], (KE) Nru 104/2000 [8] u Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2090/98 [9], (KE) Nru 2091/98 [10] u (KE) Nru 2092/98 [11] jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-ġbir u l-ġestjoni ta' data dwar bastimenti tas-sajd, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid u fuq il-munituraġġ tal-prezzijiet, li kollha għandhom jitqiesu għat-twaqqif ta'sistema komprensiva.

    (9) Ir-Regolamenti li hemm ma jkoprux l-attivitajiet kollha għal liema għandu jinġabar data għall-analiżi xjentifiku sħiħ u serju. Ir-Regolamenti għalissa huma dwar data fuq livell individwali jew globali iżda mhux dwar data aggregata fuq il-livell xieraq għal stima xjentifika. Għalhekk għandhom jiġu ntrodotti dispożizzjonijiet ġodda għall-produzzjoni ta'sett mulitannwali ta' data aggregata li l-utenti awtorizzati xierqa jkollhom aċċess.

    (10) L-evalwazzjoni tar-riżorsi u tas-sitwazzjoni eknomika tas-settur teħtieġ il-ġbir ta' data bioloġika għal kull qabda, inkluż l-iskart, evalwazzjonijiet tal-ħażniet tal-ħut indipendenti mis-sajd kummerċjali għal sett ta' riżorsi, il-ġbir ta' informazzjoni fuq il-kapaċitajiet ta' qbid u l-isforzi wżati fis-sajd, u data li tispjega l-istabbiliment ta' prezzijiet u li jagħmel mod kif is-sitwazzjoni ekonomika ta' intrapriżi tas-sajd u l-industrija ta' l-ipproċessar jiġu estimati, kif ukoll ix-xejriet tax-xogħol f'dawn is-setturi.

    (11) Filwaqt li priorita' għandha tingħata lid-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet xjentifiċi, għandu jitħeġġeġ ukoll programm estiż għat-titjieb ta' dawn l-evalwazzjonijiet.

    (12) Il-Komunità xjentifika, dawk li jaħdmu fl-industrija tas-sajd u l-gruppi l-oħra involuti jridu jiġu inklużi fil-kitba tar-regoli fuq il-ġbir u l-ġestjoni tad-data. Il-korpi xierqa għall-ġbir ta' l-opinjonijiet meħtieġa huma l-KXTES, stabbilit fl-Artikolu 16 ta'Regolament (KEE) Nru 3760/92 u l-Kumitat ta' Konsulenza fuq is-Sajd (minn hawn 'il quddiem l-KKS), imwaqqaf minn Deċiżjoni tal-Kommissjoni (KEE) Nru 128/71 [12].

    (13) Il-programmi Komunitarji għall-ġbir u ġestjoni ta' data fuq is-sajd iridu jiġu mplementati taħt ir-responsabbiltà diretta ta'l-Istati Membri. Iridu għalhekk iħejju l-programmi nazzjonali tagħhom skond il-programmi Komunitarji.

    (14) L-implementazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-ġbir u ġestjoni tad-data tas-sajd se jeħtieġ spiża kbira. Il-benefiċċju ta' dawn il-programmi jidher biss kollu kemm hu fuq livell Komunitarju. Għalhekk għandu jkun hemm kontribut Komunitarju għall-ispejjeż ta' l-Istati Membri. Dan il-kontribut hu rregolat mid-Deċiżjoni 2000/439/KE [13].

    (15) Id-data aggregata imsemmija f'dan ir-Regolament trid tiddaħħal f'databases kompjuterizzati sabiex din tkun aċċessibbli mill-utenti awtorizzati u jkun jista' jiġi skambjat. It-trażmissjoni ta' data xjentifika speċifika hija provduta minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar u organizzazzjonijiet reġjunali tas-sajd.

    (16) Għall-faċilitazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, irid ikun hemm proċedura għal kooperazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'kumitat ta' ġestjoni.

    (17) Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament iridu jiġu adottati skond Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta'Ġunju 1999 li tistipola l-proċeduri kif il-Kummissjoni għandha teżerċita l-poteri ta' implementazzjoni mogħtija lilha [14].

    (18) It-twettieq tal-programmi ta' ġbir u ta' ġestjoni jridu jiġu evalwati ta' spiss. Il-possibbilita' ta' l-estensjoni ta' l-attivitajiet koperti trid tiġi eżaminata fiż-żmien medju,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament stabbilixxa struttura Komunitarja għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fir-riżorsi tas-sajd u fl-industrija tas-sajd.

    l-Istati Membri huma responsabbli għall-ġbir tad-data.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta'dan ir-Regolament:

    (a) "datasets multiannwali" tfisser data li jkejjel it-tibdil f'parametru fuq numru ta' snin;

    (b) "id-data aggregata" tfisser il-prodott ta' l-ipproċessar tad-data minn grupp ta' bastimenti għal żmien speċifiku u, fejn xieraq, għal settur ġeografiku speċifiku, bl-iskop li jinkiseb stima li hi rappreżentattiva tat-totalità;

    (ċ) "time-space grid" tfisser it-tagħqid ta' wesgħa ġeografika mqassma f'setturi deskritti u intervall ta' ħin deskritt.

    TITOLU I

    Prinċipji ġenerali tal-ġbir u tal-ġestjoni tad-data

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri jridu jistabbilixxu datasets aggregati u fuq bażi xjentifika li jinkorporaw informazzjoni bioloġika u ekonomika. Il-metodi li jridu jintużaw iridu jkunu stabbli fil-ħin u standardizzati fil-Komunità u jridu jħarsu id-dispożizzjonijiet internazzjonali rilevanti.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-obligazzjonijiet tagħhom ta' ġbir kurrenti ta' data taħt il-liġi Komunitarja, u b'mod partikolari r-Regolamenti msemmija f'punti 1 u 3 ta' l-Artikolu 4, l-Istati Membri jridu:

    (a) jistabbilixxu, fuq bażi ta' kampjuni fejn hu neċessarju, programmi ta' ġbir ta' informazzjoni li huma supplementarji lil dawn l-obbligazzjonijiet, jew għal xi setturi ta' attività li mhumiex koperti minn dawn l-obbligazzjonijiet;

    (b) jispeċifikaw il-proċeduri li ser jipproduċu d-data aggregata;

    (ċ) jiżguraw li d-data użata fil-produzzjoni tad-data aggregata jibqa disponibbli għal xi kalkulazzjonijiet oħra, kull meta jkun hemm il-bżonn.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri jridu jiġbru d-data:

    1 meħtieġ għall-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet tal-flotot tas-sajd varji u tat-tibdil fis-setgħa tas-sajd. Għal dan il-għan, iridu jitlestu ġabriet bid-data miġbura taħt Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 779/97 u Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2090/98, (KE) Nru 2091/98 u (KE) Nru 2092/98, u trid tinġabar aktar informazzjoni mill-Istati Membri, kif meħtieġ;

    2 sabiex l-istima tal-volum kollu ta' qabdiet għal kull ħażna jkun possibbli, inkluż l-iskart fejn xieraq u, fejn hu neċessarju, għall-klassifikazzjoni ta' dawn il-qabdiet skond il-grupp ta' bastimenti, il-wesgħa ġeografika u ż-żmien. Il-qabdiet iridu jkunu soġġetti għat-teħid ta' kampjuni bioloġiċi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu jwettqu tiċerki xjentifiċi fil-baħar għall-evalwazzjoni ta' l-abbondanza u d-distribuzzjoni tal-ħażniet independentement mit-tagħrif provvdut mis-sajd kummerċjali fil-każ ta' ħażniet li għalihom dawn l-evalwazzjonijiet huma possibbli u ta' użu;

    3 li l-prezzijiet assoċjati mal-postijiet tal-ħatt varji, u l-formazzjoni tagħhom, iridu jkunu jistgħu jiġu mmuniturati. It-tagħrif miġbur taħt Regolament (KEE) Nru 3759/92 irid jiġi ggruppat u miġbur fil-qasir. Iktar tagħrif irid jinġabar sabiex juri kull ħatt f'portijiet ġo u barra mill-Komunità, kif ukoll l-imports;

    4 meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-kondizzjoni ekonomika tas-suq fuq il-bażi ta' studji u kampjuni kbar biżżejjed li jiżguraw li wieħed jista' joqgħod fuq l-istima, u dan data hu:

    (a) dwar il-flotot tas-sajd:

    - dħul minn bejgħ u dħul ieħor (per eżempju, sussidji, imgħax li daħal),

    - spejjeż tal-produzzjoni;

    - data li bih wieħed ikun jista' jgħodd u jikklassifika x-xogħolijiet fuq il-baħar;

    (b) dwar l-industrija ta' l-ipproċessar tal-ħut:

    - produzzjoni espressa f'termini ta' volum u ta' valur għal kategoriji ta' prodotti li jridu jiġu stabbiliti,

    - in-numru ta' intrapriżi, u n-numru ta' xogħolijiet,

    - tibdil fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u l-komposizzjoni tagħhom.

    TITOLU II

    Il-proċedura għat-tistabilixxi tal-kontenut tal-programmi Komunitarji u nazzjonali

    Artikolu 5

    1. B'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni trid tiddeskrivi, skond l-istruttura deskritta f'L-Anness I, programm Komunitarju minimu li jkopri l-informazzjoni li verament hemm bżonn għall-evalwazzjonijiet xjentifiċi, u programm Komunitarju estiż li jrid jinkludi, flimkien ma' l-informazzjoni li jinsab fil-programm minimu, informazzjoni li x'aktarx itejjeb b'mod sostanzjali l-evalwazzjonijiet xjentifiċi. Il-programmi jridu jitwaqqfu għall-żminijiet ta' sitt snin. Iżda l-ewwel programmi Komunitarji jridu jkopru eċċezzjonalment is-snin 2002 sa 2006 inklużi.

    2. Sabiex tgħin fil-ġbir u fl-immanniġjar ta' tagħrif fl-2001, il-Kummissjoni tird toħroġ avviżi għall-proposti u tenders b'mod konformi mar-regoli u mal-prattiki stabbiliti.

    Artikolu 6

    1. Kull Stat Membru jrid iwaqqaf għal żminijiet ta' sitt snin kull wieħed programm nazzjonali ta' ġbir u ta' ġestjoni ta' data. L-ewwel żmien ta' programmar irid ikopri s-snin 2002 sa 2006 inklużi. Il-programm irid jiddeskrivi l-ġbir tad-data dettaljata u l-ipproċessar meħtieġ għall-produzzjoni tad-data aggregata b'mod konformi mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 3. Irid jispeċifika r-rabtiet bejnu u l-programmi Komunitarji mwaqqfa taħt l-Artikolu 5.

    2. Kull Stat Membru hu responsabbli għall-verifiċità u għall-istabbilità tal-ġbir tad-data u tal-proċeduri ta' l-ipproċessar. Irid jagħti 'l-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-miżuri wżati u ta' l-effettività tal-proċeduri. Fejn jeżistu, sistemi ta' deskrizzjoni u ta' kalssifikazzjoni internazzjonali jew Ewropej xierqa jridu jintużaw għall-ġbir u għall-analiżi tad-data.

    3. Kull Stat Membru jrid, sa fejn hu possibbli, jinkludi fil-programm nazzjonali tiegħu l-elementi li japplikaw lilu taħt il-programm minimu Komunitarju deskritt fl-Artikolu 5.

    4. L-Istati Membru jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għal dawk il-biċċiet tal-programmi nazzjonali tagħhom li jikkorrispondu mal-komponenti tal-programm minimu Komunitarju li għandu x'jaqsam magħhom. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja tista' tintalab ukoll għal elementi żejda tal-programm nazzjonali li jikkorrispondu mal-programm estiż Komunitarju, sakemm id-dispożizzjonijiet dwar il-programm minimu ntlaħqu kollha.

    Iżda l-obbligazzjoni li jintlaħqu dispożizzjonijiet kollha dwar il-programm minimu ma tapplikax sa' l-1 ta' Jannar 2004 għad-data annwali għal segment ta' flotta u sa' l-1 ta' Jannar 2006 għat-tagħrif annwali skond it-tip ta' industrija ta' l-ipproċessar speċifikat f'L-Anness IV.

    Id-deċiżjoni fuq l-għajnuna finanzjarja Komunitarja tittieħed b'mod konformi mar-regoli dettaljati stipulati f'Deċiżjoni 2000/439/KE.

    Artikolu 7

    1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li d-data aggregata dwar il-programmi Komunitarji jiddaħħlu fid-databases kompjuterizzati.

    2. Id-data koperta minn dan ir-Regolament jista' jintbagħat mill-Istati Membri 'l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, b'mod konformi mar-regoli u mar-regolamenti speċifiċi tagħhom.

    Il-Kummissjoni trid tiġi avżata dwar kull trażmissjoni ta' data u trid tirċievi kopja elettronika tad-data, jekk din titlobha.

    3. Il-Kummissjoni tird ikollha aċċess għad-data aggregata kollha dwar il-programmi Komunitarji u tista' tagħmel mod kif din id-data tkun disponibbli lill-KXTES.

    4. Data trażmessa jew miġbura f'kull forma taħt dan ir-Regolament irid ikun kopert mis-segretezza professjonali u jrid jikkwalifika għall-istess protezzjoni bħal dik mogħtija lil tagħrif simili mill-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri li jirċevuh, u mid-dispożizzjonijiet korrisspondenti li japplikaw 'l-istituzzjonijiet Komunitarji.

    5. Għandhom jiġu addottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), dawn, b'mod partikolari:

    - ir-regoli dwar it-trażmissjoni tat-tagħrif, inkluż it-trażmissjoni ta' tagħrif xjentifiku l organizzazzjonijiet internazzjonali,

    - il-kriterji għall-interrogazzjoni tad-databases u l-istandards minimi meħtieġa sabiex l-aċċess għall-utenti awtorizzati lit-tagħrif jiġi żgurat,

    - id-data li, fejn xieraq, se jiġi ggruppat taħt ir-responsabbilità diretta tal-Kummissjoni.

    TITOLU III

    Dispożizzjonijiet Finali

    Artikolu 8

    1. Il-miżuri meċessarji għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament dwar, b'mod partikolari, xi affarjiet imsemmija f'L-Artikoli 5 u 7 jridu jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2).

    2. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, il-programmi msemmija fl-Artikolu 5 jridu jiġu addottati wara konsultazzjoni mal-KXTES u mal-KKS.

    Artikolu 9

    1. Il-Kummissjoni tird tiġi mejgħuna mill-Kumitat għas-Sajd u għall-Akwakultura stabbilit minn l-Artikolu 17 ta' Regolament (KEE) Nru 3760/92, minn hawn "l quddiem" il-Kumitat.

    2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 4 u 7 ta' Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu stipolat fl-Artikolu 4(3) ta'Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.

    3. Il-Kumitat jirregola l-proċeduri tiegħu.

    Artikolu 10

    1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-KXTES u mal-KKS, trid teżamna kull sena il-progress tal-programmi nazzjonali fil-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u ta' l-Akwakultura.

    2. Skond l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, u wara konsultazzjoni mal-KXTES, il-Kummissjoni trid tippreżenta 'l-Parlament Ewropew u 'l-Kunsill, kull tlett snin u għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2003, rapport li jevalwa l-miżuri meħuda minn kull Stat Membru, kemm huma xierqa l-metodi wżati u r-riżultati miksuba dwar il-ġbir u l-ġestjoni tat-tagħrif imsemmi f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport irid ukoll jevalwa l-użu mill-Komunità tad-data miġbura.

    3. Sal-31 ta' Diċembru 2003 il-Kummissjoni trid tagħmel reviżjoni dwar jekk l-estensjoni tal-medda ta' data miġbur taħt dan ir-Regolament hu xieraq. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jwettqu studji u proġetti esplorattivi f'setturi li huma importatni għall-PKS li għad mhumiex koperti minn l-Artikolu 4, b'mod partikolari l-akwakultura, ir-relazzjoni tas-sajd u ta' l-akwakultura ma' l-ambjent u mal-kapaċità ta' l-industriji tas-sajd u ta' l-akwakultura li joffru x-xogħol. Dawn l-istudji u proġetti jistgħu jirċievu għajnuna finanazjarja Komunitarja b'mod konformi mar-regoli dettaljati stipulati f'Deċiżjoni 2000/439/KE

    4. Fuq il-bażi tar-rapport u ta' l-analiżi previsti f'paragrafi 2 u 3, u wara li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet li jitbiddlu tal-KXTES, il-Kummissjoni trid teżamin, sa' l-1 ta' Diċembru 2003, jekk hemm il-bżonn ta' emenda lil dan ir-Regolament u tippreżenta, kif xieraq, proposta lill-Kunsill.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ is-seba' jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot kollu kemm hu l-Istati Membri kollha u huwa applikabbli direttament f'dawn.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' Ġunju 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Arcanjo

    [1] ĠU C 375E, tat-28.12.1999, p. 54.

    [2] L-opinjoni ingħata t-2 ta' Marzu 2000 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 1181/98 (ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1).

    [4] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 3318/94 (ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15).

    [5] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Regolament l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nu 2346/98 (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5).

    [6] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5.

    [7] ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 1.

    [8] ĠU L 17, tal-21.11.2000, p. 22.

    [9] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 27.

    [10] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 36.

    [11] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 47.

    [12] ĠU L 68, tat-22.3.1971, p. 18. Regolament l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nu 478/99 (ĠU L 187, ta' l-20.7.1999, p. 70).

    [13] Ara paġna 42 ta'dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [14] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Programmi minimi u estiżi

    Deskrizzjoni tal-programm minimu

    (a) Il-programm minimu jrid jinkludi:

    - - il-munituraġġ ta' l-isforzi tas-sajd bil-ġbir ta' data fuq il-parametri li ġejjin:

    - in-numru ta' bastimenti

    - tunnellaġġ gross (TG)

    - saħħa tal-makna (kW)

    - kemm għandu żmien il-bastiment

    - il-gear li ntuża

    - iż-żmien kollu mgħoddi fuq il-baħar matul is-sena

    - - il-munituraġġ ta' sajd kummerċjali bil-ġbir ta' tagħrif dwar il-ħatt u l-iskart, il-kampjuni bioloġiċi u l-istħarriġ, fi ġej:

    - il-ħatt u l-iskart għal ħażniet elenkati f'L-Anness II

    - il-kampjuni bioloġiċi għall-istima tal-komposizzjoni tal-qabda u tal-parametri bioloġiċi bħalma huma l-iżvilupp, is-sess, il-maturità u l-fekondità tal-ħażniet elenkati f'L-Anness II

    - l-istħarriġ fil-wesgħat ġeografiċi elenkati f'L-Anness III u l-għanijiet ta' dawn li jiġu deskritti b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2),

    - il-munituraġġ tal-prezzijiet għall-ewwel bejgħ ta' speċji elenkata f'L-Anness II għall-wesgħat ġeografiċi msemmija f'L-Anness III,

    - il-munituraġġ ekonomiku ta' intrapriżi tas-sajd u l-industrija ta' l-ipproċessar b'mod konformi ma' l-intestaturi rilevanti ta' l-accounting jew ma' gruppi ta' intestaturi elenkati f'L-Anness IV;

    (b) il-livell ta' aggregazzjoni ta' l-informazzjoni miġbura fil-programm minimu jrid jiġi deskritt b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2).

    Il-livell ta' aggregazzjoni jrid jiġi deskritt fuq il-bażi ta'

    - time-space grids, li jiddeskrivu d-daqs tas-settur referenzali u l-intervalli ta' ħin li jridu jintużaw, li, għall-isforz tas-sajd, jridu jkunu kostistenti mar-Regolamenti eżistenti,

    - identifikazzjoni ta' gruppi rilevanti ta' bastimenti u/jew portijiet, kif ukoll setturi rilevanti ta' l-industrija ta' l-ipproċessar tal-ħut; dwar l-isforz u t-tagħrif ekonomiku, il-gruppi ta' bastimenti jridu jikkorrispondu mas-segmenti jew, fejn hu xieraq, mas-subsegmenti tar-raba' programmi ta' gwida multiannwali (PGMA) (1997 sa' 2001) u jkunu kostistenti ma' l-intestaturi;

    (ċ) fejn hu xieraq, l-għanijiet kwantifikati fit-termini tal-preċiżjoni ta' l-evalwazzjoni jew ta' l-intensità tal-programmi għat-teħid ta' kampjuni jridu jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2).

    Deskrizzjoni tal-programm estiż

    (d) Il-programm estiż irid jinkludi (flimkien mal-programm minimu):

    - il-munituraġġ ta' l-isforz tas-sajd bil-ġbir ta' data fuq l-istess parametri deskritti għall-programm minimu, iżda b'aġġustament għas-sajd speċifiċi wara li wieħed jikkunsidra l-ispeċji fil-mira, il-gear li ntuża u apparat ieħor. Il-parametri żejda jridu jiġu deskritti b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2),

    - il-munituraġġ ta' sajd kummerċjali bil-ġbir ta' data dwar il-ħatt u l-iskart, il-kampjuni bioloġiċi u l-istħarriġ, kif ġej:

    - il-ħatt u l-iskart għal ħażniet elenkati f'L-Anness II, b'livell iktar baxx ta' aggregazzjoni u b'densità ta' kampjuni ogħla li jridu jiġu deskritti b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2)

    - it-teħid ta' kampjuni bioloġiċi għall-ħażniet elenkati f'L-Anness II, iżda b'inqas aggregazzjoni u b'densità ta' kampjuni ogħla li jridu jiġu deskritti b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2)

    - stħarriġ fis-setturi elenkati f'L-Anness III, iżda b'lista estiża ta' stħarriġ u/jew densità ta' kampjuna miżjuda u li l-għanijiet tagħhom iridu jiġu deskritti b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2);

    - il-munituraġġ tal-prezzijiet fl-ewwel bejgħ tal-prodotti ta' l-ispeċji, minn kategoriji kummerċjali li jikkorrispondi ma' regolamenti eżistenti, elenkati fl-Anness II għall-wesgħat ġeografiċi msemmija f'L-Anness III,

    - il-munituraġġ ekonomiku ta' intrapriżi tas-sajd u ta' l-industrija ta' l-ipproċessar b'mod konformi ma' l-intestaturi rilevanti ta' l-accounting jew ma' gruppi ta' intestaturi elenkati f'L-Anness IV, b'aktar informazzjoni fuq il-kategoriji varji ta' l-ispejjeż, tip ta' investiment, elementi li jiddeskrivu l-pożizzjoni finanzjarja u l-impieg. Id-dettalji ta' l-informazzjoni żejda jridu jiġu deskritti b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2);

    (e) il-livelli ta' aggregazzjoni jridu jkunu inqas minn dak tal-programm minimu.. L-aggregati tal-programm estiż jridu jkunu kompatibbli ma' dawk użati fil-programm minimu;

    (f) fejn hu xieraq, l-għanijiet kwantifikati fit-termini ta' aktar preċiżjoni ta' l-evalwazzjoni jew ta' iktar intensità tal-programmi għat-teħid ta' kampjuni jridu jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Speċji u wesgħat tas-sajd referenzali jridu jkunu koperti fil-programmi minimi u estiżi.

    Jista' jkun hemm id-deċiżjoni, b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2):

    - li ħażniet li għalihom il-qabdiet minn bastimenti minn Stat Membru niżlu taħt livell tat-threshold li jrid jiġi deskritt fir-regolament implentattiv m'għandhomx għalfejn jiddaħħlu fil-programm minimu,

    - għat-tibdil fil-lista ta' speċji u setturi msemmija f'dan l-Anness,

    - li fil-programm minimu, tagħrif dwar setturi mifrud b'virgoli jista' jiġi aggregat, filwaqt li data dwar setturi mifrud minn linja djagonali ma jistgħax.

    Speċi | Isem Xjentifiku | Żona |

    Baħar Baltiku (ICES III. esklużi l-Skagerrak u l-Kattegat)

    Merluzz | Gadus morhua | III b-d |

    Barbun | Limanda limanda | III b-d |

    Barbun ta' l-għajn | Platichtys flesus | III b-d |

    Aringa | Clupea harengus | III b-c/III d |

    Barbun tat-tbajja | Pleuronectes platessa | III b-d |

    Salamun | Salmo salar | III b-d |

    Trota tal-baħar | Salmo trutta | III b-d |

    Sardina | Sprattus sprattus | III b-d |

    Barbun imperjali | Psetta maxima | III b-d |

    Salura | Anguilla anguilla | III b-d |

    Dott xabbat | Perca fluviatilis | III d |

    Lizz | Esox lucius | III d |

    Lizz dott | Stizostedion lucioperca | III d |

    Trota bajda | Coregonus spp. | III d |

    Skagerrak u Kattegat (ICES Żona III.)

    Merlanga | Micromesistius potassou | III a N |

    Merluzz | Gadus morhua | III a N/III a S |

    Melanogrammus aeglefinus | Melanogrammus aeglefinus | III a N/III a S |

    Marlozz | Merluccius merluccius | III a N/III a S |

    Aringa | Clupea harengus | III a N/III a S |

    Kavall | Scomber scombrus | III a N |

    Awwista tan-Norveġja | Nephrops norvegicus | III a N/III a S |

    Gambli tan-Norveġja | Trisopterus esmarki | III a N |

    Pandalus tan-Norveġja | Pandalus borealis | III a N |

    Barbun tad-tbajja | Pleuronectes platessa | III a N/III a S |

    Pollachius virens | Pollachius virens | III a N/III a S |

    Ammodytidae | Ammodytidae | III a N/III a S |

    Lingwata | Solea solea | III a N/III a S |

    Sardina | Sprattus sprattus | III a N/III a S |

    Barbun | Limanda limanda | III a N |

    Merlanga | Merlangius merlangus | III a N/III a S |

    ICES Żona II.

    Aringa | Clupea harengus | II a, V |

    Merluzz | Gadus morhua | I, II Sub żoni |

    Merluzz iswed | Pollachius virens | I, II Sub żoni |

    Pandalus tan-Norveġja (Gamblu) | Pandalus borealis | I, II Sub żoni |

    Ħalibatt | Reinhartius hippoglossoides | I, II Sub żoni |

    Melanogrammus aeglefinus | Melanogrammus aeglefinus | I, II Sub żoni |

    Sebaste | Sebastes fajok | I, II Sub żoni |

    Baħar tan-Nord u kanal tal-Lvant (ICES Żoni IV, VIId)

    Trota kaħla | Micromesistius potassou | IV, VII d |

    Rombu lix | Scophtalmus rhombus | IV, VII d |

    Merluzz | Gadus morhua | IV, VII d |

    Melanogrammus aeglefinus | Melanogrammus aeglefinus | IV, VII d |

    Aringa | Clupea harengus | IV, VII d |

    Kavall | Scomber scombrus | IV, VII d |

    Awwista tan-Norveġja | Nephrops norvegicus | IV |

    Gambli tan-Norveġja | Trisopterus esmarki | IV |

    Pandalus tan-Nord | Pandalus borealis | IV |

    Barbun tat-tbajja | Pleuronectes platessa | IV, VII d |

    Merluzz iswed | Pollachius virens | IV, VII d |

    Ammodytidae | Ammodytidae | IV |

    Lingwata | Solea solea | IV, VII d |

    Sardina | Sprattus sprattus | IV, VII d |

    Barbun Imperjali | Psetta maxima | IV, VII d |

    Merlanga | Merlangius merlangus | IV, VII d |

    Petriċa kbira | Lophiidae | IV, VII d |

    Argentina | Argentinidae | IV |

    Molva kaħla | Molva dypterigia | IV |

    Scirfna tal-qiegħ | Helicolenus dactylopterus | IV |

    Pásztás farkashal | Anarhichas lupus | IV |

    Barbun | Limanda limanda | IV, VII d |

    Kelb il-baħar tal-qiegħ | | IV |

    Musdeja | Phycis fajok | IV |

    Ħallibatt ta' Greenland | Reinhartius hippoglossoides | IV |

    Marlozz | Merluccius merluccius | IV, VII d |

    Kavall | Trachurus fajok | IV, VII d |

    Lingwata limanda | Microstomus kitt | IV, VII d |

    Molva | Molva macrophtalma | IV |

    Rombu isfar | Lepidorhombus fajok | IV, VII d |

    Rajja | Rajidae | IV, VII d |

    Grenatjer | Macrourus berglax | IV |

    Salamun | Salmo salar | IV |

    Spnotta | Dicentrarchus fajok | IV, VII d |

    Sebastjes | Sebastes fajok | IV |

    Kelb il-baħar żgħir | | IV, VII d |

    Mazzola tax-xewka | Squalus acanthias | IV, VII d |

    Brosmju | Brosmius brosme | IV |

    Glyptocephalus cynoglosus | Glyptocephalus cynoglosus | IV |

    Atlantiku tal-Grigall u l-Kanal tal-Punent (ICES II, V, VI, VII (Barra minn d), VIII, IX, XII, minbarra XIV)

    Inċova | Engraulis encrasicolus | VIII/IX a |

    Pixxi sajjieda | Lophiidae | V b, VI, XII, XIV/VII, VII abde/VII c, IX, X |

    Merlanga | Micromesistius potassou | I-IX, XII, XIV |

    Merluzz | Gadus morhua | VI a, VI b, VII a, VII bc, VII efg, VII hjk, VIII, IX, X, XII, XIV |

    Melanogrammus aeglefinus | Melanogrammus aeglefinus | V b, VI, XII, XIV/VI a, VI b, VII a, VII, VIII, IX, X |

    Marlozz | Merluccius merluccius | III a, IV, VI, VII, VIII ab/VIIIc, IX a |

    Aringa | Clupea harengus | VI a, VII abcj |

    Sugarelli | Trachurus spp. | II a, IV a, V, VI, VII, VIII, IX |

    Kavall | Scomber scombrus | II, III a, IV, V, VI, VII, VIII, IX |

    Rombu | Lepidorhombus fajok | V b, VI, XII, XIV, VII, VIII abcde, IX, X |

    Awwista tan-Norveġja | Nephrops norvegicus | V b, VI, VII a, (pas 33E2-E5), VII bcdejk, VIII abde/VIII c, IX, X |

    Barbun tat-tbajja | Pleuronectes platessa | VII a/VII e/VII fg/VII bc, VIIhjk, VIII, IX, X |

    Ħuta mill-gens tal-bakkaljaw | Pollachius pollachius | Żoni kollha |

    Rajja | Rajidae | Żoni kollha |

    Sebaste | Sebastes fajok | V a, XII, XIV |

    Merluzz iswed | Pollachius virens | V b, VI, XII, XIV/VII, VIII, IX, X |

    Sardina | Sardina pilchardus | VIII, IX |

    Lingwata | Solea solea | VII a/VII e/VII fg/VII ab/VII bc, VII hjk, IX a |

    Merlanga | Merlangius merlangus | V b, VI, XII, XIV, VII a, VII b-k, VIII/IX |

    Glyptocephalus cynoglosus | Glyptocephalus cynoglosus | VI, VII |

    Alfonsino | Beryx fajok | Żoni kollha |

    Argentina | Argentina sphyraena | Żoni kollha |

    Molva | Molva dypterigia | Żoni kollha |

    Skorfna tal-qiegħ | Helicolenus dactylopterus | Żoni kollha |

    Kapelin | Mallotus villotus | XIV |

    Gringu | Conger conger | Żoni kollha |

    Granċ | Cancer pagurus | Żoni kollha |

    Rajja Kukku | Leucoraja naevus | Żoni kollha |

    Siċċa | Sepia officinalis | Żoni kollha |

    Musdeja | Phycis | Żoni kollha |

    Halibatt ta' Greenland | Reinhartius hippoglossoides | V a, XII, XIV |

    Kavall (spp) | Trachurus fajok | VIII, IX |

    Lingwata Limanda | Microstomus kitt | Żoni kollha |

    Molva Kaħla | Molva dypterigia | Żoni kollha |

    Awwista | Homarus gammarus | Żoni kollha |

    Ombrina | Argyrosoma regium | Żoni kollha |

    Kavall tal-Mediterran | Trachurus mediterraneus | VIII, IX |

    Qarnit | Octopus vulgaris | Żoni kollha |

    Mera ta' l-Atlantiku | Hoplostethus atlanticus | Żoni kollha |

    Speċi oħra tal-fond | | Żoni kollha |

    Trisopterus esmarkii | Trisopterus esmarkii | Żoni kollha |

    Lingwata | Solea fajok | Żoni kollha |

    Mulett | Mullus barbatus | Żoni kollha |

    Grenatjer | Coryphaenoides rupestris | Żoni kollha |

    Salamun | Salmo salar | Żoni kollha |

    Fjamma | Lepidopus caudatus | Żoni kollha |

    Arzella | Pecten fajok | Żoni kollha |

    Spnotta | Dicentrarchus labrax | Żoni kollha |

    Awrati | Sparidae | Żoni kollha |

    Pandalus tan-Norveġja, (Gamblu) | Pandalus borealis, Penaeus fajok | Żoni kollha |

    Kavall Għajnejh Kbar | Scomber japonicus | VIII, IX |

    Mazzola tax-Xewka | Squalus fajok | Żoni kollha |

    Klamar | Loligo vulgaris | Żoni kollha |

    Lingwati | Microchirus variegatus | Żoni kollha |

    Busycon fajok | Busycon fajok | Żoni kollha |

    Polyprion americanus | Polyprion americanus | X |

    Mediterran

    Inċova | Engraulis encrasicolus | 1.1, 1.2, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Petriċa kbira | Lophius piscatorius, L. budegasa | 1.1., 1.3, 2.2, 3.1 |

    Marlozz | Merluccius merluccius | 1.1, 1.2, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Awwista tan-Norveġja | Nephrops norvegicus | 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Trilja tal-faxxi | Mullus surmuletus, M. barbatus | 1.1, 1.2, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Gamblu aħmar | Aristeus antennatus, Aristeomorpha folicea | 1.1, 1.3, 2.2, 3.1 |

    Sardin | Sardina pilchardus | 1.1, 1.2, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Gamblu abjad | Penaeus fajok | 1.1., 1.3, 2.2, 3.1 |

    Vopa | Boops boops | 3, 1 |

    Gandoffli | Veneridae (Callista fajok, Ruditapes fajok) | 2.1, 2.2 |

    Siċċ | Sepia officinalis | 1.3, 2.1, 3.1 |

    Sawrell | Trachurus trachurus | 1.1, 1.3, 3.1 |

    Kavall | Scomber scombrus | 1.3, 2.2, 3.1 |

    Qarnita tal-Misk | E. cirrhosa, E. moschata | 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Qarnita | Octopus vulgaris | 1.1, 1.3, 2.2, 3.1 |

    Paġell | Pagellus sp. | 1.1, 1.2, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Raja | Rajidae | 1.3, 2.1, 2.2, 3.1 |

    Klamar | Loligo vulgaris | 1.3, 2.2, 3.1 |

    Merlanga | Micromesistius potassou | 1.1, 3.1 |

    Awrata | Sparus aurata | 1.2, 3.1 |

    Lingwata | Solea solea | 1.2, 2.1, 3.1 |

    Spnotta | Dicentrarchus labrax | 1, 2 |

    Mugilidae | Mugilidae | 1.3, 2, 3.1 |

    Arżnell | Spicara spp. | 1.3, 2.2, 3.1 |

    Sparlu spp. | Diplodus spp. | 1.3, 2.2, 3.1 |

    Gamblu Imperjali | Penaeus kerathurus | 1.3, 2, 3.1 |

    Żumbrell | Trigla spp. | 1.3, 2.2, 3.1 |

    Żoni NAFO

    Merluzz | Gadus morhua | 2J2KL/3M/3NO/3Ps/ |

    Halibatt tal-Groenlandja | Reinharditius hippoglosus | 3KLMNO/ID |

    Sebastes spp | Sebastes spp. | 3M/3LNO/Sa 1 |

    Gambli | Pandalus spp. | 3M/3LN |

    Hippoglossoides platessoides | Hippoglossoides platessoides | 3LNO/3M |

    Grenatier | Macrouridae | SA 2 + 3 |

    Speċje Rajja | Rája fajok | SA 3 |

    Glyptocephalus cynoglosus | Glyptocephalus cynoglosus | 3NO |

    Barbun | Limanda ferruginea | 3LNO |

    Erősen vándorló fajok

    Pixxispad | Xiphias gladius | Alantiku, Oċean Paċifiku/Mediterran |

    Tonn (Katsuwonus pelamis; T. obesus; T. alalunga; T. thynnus) | Thunnus albaceres; Katsuwonus pelamis; T. obesus; T. alalunga; T. thynnus | Alantiku, Oċean Paċifiku/Mediterran |

    Ħut tal-munqar | | Alantiku, Oċean Paċifiku/Mediterran |

    Plamtu | Euthynnus, Sarda, Auxix | Alantiku, Oċean Paċifiku/Mediterran |

    Kelb il-baħar | | Alantiku, Oċean Paċifiku/Mediterran |

    CECAF FAO 34

    Merluzz | Merluccius spp | ATL.EC |

    Qarnit | Octopus vulgaris | Marokk-Senegal |

    Gamblu tal-qiegħ | Parapenaeus longirostris | Marokk-Senegal |

    Gamblu Panaeus | Penaeus notialis | Mawritanja |

    Sardina | Sardina pilchardus | Mawritanja, Atl EC |

    Aphanopus carbo | Aphanopus carbo | Madeira |

    Inċova | Engraulis encrasicolus | Marokk |

    Lepidopus caudatus | Lepidopus caudatus | Mawritanja |

    Klamar | Loligo vulgaris | ATL.EC |

    Plamtu | Sarda sarda | Mawritanja |

    Sardina tonda | Sardinella aurita | Mawritanja, Atl EC |

    Sardina qasira | Sardinella maderensis | Mawritanja, Atl EC |

    Kavall b'għanjejn kbar | Scomber japonicus | Madeira, Marokk, Mawritanja |

    Siċċa | Sepia hierreda | ATL. EC |

    Awrati | Sparidae, Serranidae, Haemulidae | ATL. EC |

    Sawrell | Trachurus picturatus | Madeira |

    Trachurus trachurus | Mawritanja, Marokk |

    Trachurus trecae | Mawritanja, Marokk |

    Trichiuridae | Trichiuridae | Marokk |

    WECAF

    Lutianus purpureus | Lutianus purpureus | Dipartiment Gijana Franċiża – EEZ |

    Gamblu | Penaeus subtilis | Dipartiment Gijana Franċiża – EEZ |

    CCAMLR FAO 58

    Champsoccephalus gunnari | Champsoccephalus gunnari | FAO 58.5.2 Antartika |

    Dissostichus eleginoides | Dissostichus eleginoides | FAO 58.5.2 Antartika |

    Macrouridae | Macrouridae | FAO 58.5.2 Antartika |

    Notothenia squamifrons | Notothenia squamifrons | FAO 58.5.2 Antartika |

    Raja | Raja fajok | FAO 58.5.2 Antartika |

    Atlantiku ta' Lbiċ

    Dissostichus e. | Dissostichus e. | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Genypterus blacodes | Genypterus blacodes | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Klamar ta' l-Arġentina | Illex argentinus | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Klamar tal-Patagonja | Loligo gahi | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Grenatier | Macrourus sp. | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Grenatier tal-Patogojna | Macruronus m. | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Merluzz ta' l-Atlantiku t'Isfel | Merluccius australis | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Merluzz ta' l-Arġentina | Merluccius hubbsi | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Merlanga ta' l-Atlantiku t'Isfel | Micromesistius a. | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Merluzz tal-blat | Notothenia | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Merluzz tal-blat tal-Patogojna | Salilota a. | Arġentina, Falkland-FAO 41 |

    Angola

    Gamblu | Aristeus varidens | Angola FAO 47 |

    Parapenaeus l. | Angola FAO 47 |

    Penaeus spp. | Angola FAO 47 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Il-wesgħat ġeografiċi msemmija fl-Anness I

    - Il-Baħar Baltiku, minbarra il-Kattegat

    - il-Kattegat u l-Iskagerrak

    - Il-Baħar tat-Tramuntana, inkluż l-Kanal tal-Lvant u Wesgħa II, mingħajr l-Iskagerrak

    - Il-wesgħa tal-Atlantiku tal-Grigal u l-Kanal tal-

    - il-wesgħa regolatorja tan-NAFO

    - Wesgħat oħra ta' l-Atlantiku

    - Il-Baħar Mediterran

    - L-Oċejan Indjan

    - Il-Paċifiku

    - L-Oċejan Antartiku

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Data għall-monituraġġ ekonomiku ta' intrapriżi tas-sajd u l-industrija ta' l-ipproċessar (programm minimu)

    Data annwali għal kull segment tal-flotta

    Intestatura fil-kontijiet (tip ta' informazzjoni) | Speċifikazzjonijiet |

    Dħul (turn-over) | Totali u għal kull speċje |

    Kost tal-produzzjoni: ekwipaġġkarburanttiswija u manutezjonikosti oħra operattivi | Kost totali u għal kull kategorija |

    Kosti fissi | Kost medju, ikkolkolat fuq l-investiment |

    Pożizzjoni finanzjarja | Sehem mill-kapital proprju jew misluf |

    Investiment | għall-akkwistgħall-bdilassigurazzjoni |

    Prezzijiet, speċi | Valur, kull tunellata metrika |

    Impieg | full-time, part-time (bl-ekwivalenti full-time) |

    Intestatura fil-kontijiet (tip ta' informazzjoni) | Speċifikazzjonijiet |

    Materja prima | Totali u għal kull speċje (f'tunellati metriċi) |

    Dħul (turn over) | Totali u għal kull prodott |

    Kost tal-produzzjoni: xogħolenerġijamaterja prima (valur)imballaġkostijiet oħra korrenti | Totali u għal kull kategorija |

    Kost fiss | Kost medju kalkolat fuq l-investiment |

    Pożizzjoni finanzjarja | Sehem mill-kapital proprju jew misluf |

    Investiment | għall-akkwistgħall-bdilassigurazzjoni |

    Prezzijiet, prodott | Valur, kull tunellata metrika |

    Impieg | Numri (bl-ekwivalenti full-time) |

    Rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità | Medju annwali |

    --------------------------------------------------

    Top