Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0398

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 398/2000 tat-22 ta’ Frar 2000 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 659/97 u (KE) Nru 921/1999 fir-rigward tal-kalkolazzjoni tal-kwantità immarketjata ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-prezzijiet tal-produzzjoni u tal-lista tas-swieq rappreżentattivi u l-arranġamenti għad-distribuzzjoni bla ħlas fis-settur tal-frott u ħxejjex u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1559/70

    ĠU L 50, 23.2.2000, p. 7–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/398/oj

    32000R0398



    Official Journal L 050 , 23/02/2000 P. 0007 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 398/2000

    tat-22 ta’ Frar 2000

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 659/97 u (KE) Nru 921/1999 fir-rigward tal-kalkolazzjoni tal-kwantità immarketjata ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-prezzijiet tal-produzzjoni u tal-lista tas-swieq rappreżentattivi u l-arranġamenti għad-distribuzzjoni bla ħlas fis-settur tal-frott u ħxejjex u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1559/70

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 u l-Artikolu 30(7) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/97 tas-16 ta’ April 1997 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 fir-rigward ta’ l-arranġamenti ta’ l-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 729/1999 [4], jista’ b’mod utli jiġi emendat fid-dawl ta’ studju li jivvaluta l-programmi ta’ l-għajnuna bl-ikel implimentati taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni.

    (2) Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 659/97 isir konformi mad-dispożizzjonijiet l-oħra fis-seħħ dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-komponenti tal-produzzjoni nnegozjata ta’ l-organizzazzjonijiet produtturi għandha tiġi emendata biex teskludi kwantitajiet għall-bejgħ dirett, billi dawn ma jinvolvu l-ebda xogħol minn naħa ta’ l-organizzazzjonijiet produtturi.

    (3) Minħabba n-numru kbir ta’ prodotti u swieq rappreżentattivi biex jiġu inklużi fin-notifiki ta’ kull ġimgħa tal-prezzijiet tal-produzzjoni, għandu jsir użu esklussiv mis-sistema IDES sabiex ikun assigurat l-ipproċessar tad-data b’ħeffa u b’effiċjenza.

    (4) Minħabba l-komplessità ta’ l-arranġamenti għad-distribuzzjoni bla ħlas kif deher mill-esperjenza miksuba fi snin riċenti u sabiex l-osservazzjoni mill-qrib issir aktar effettiva, id-dispożizzjonijiet regolatorji u l-informazzjoni mitluba mingħand l-Istati Membri għandhom jiġu ssimplifikati.

    (5) L-intervalli minimi li fihom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-listi ta’ l-organizzazzjonijiet tal-karità approvati għandhom jiġu ffissati.

    (6) Invista li jiġu eliminati l-kwantitajiet addizzjonali ta’ prodotti rtirati mis-suq permezz tad-distribuzzjoni mingħajr ħlas kif hemm referenza dwarha fl-ewwel u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 30(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti għall-ipproċessar tagħhom. B’żieda ma’ dan, fil-każ ta’ l-operazzjonijiet tad-distribuzzjoni bla ħlas li hemm referenza dwarhom fl-ewwel inċiż imsemmija hawn fuq, għandu jsir provvediment għal stedina biex issir offerta, bil-possibbiltà li l-ħlas isir lill-proċessuri b’għelejjel naturali sabiex tiġi evitata l-ispiża ta’ l-ipproċessar. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħżlu jekk iniedux stedina għall-offerti bħal dik jew le. Meta jkun xieraq, l-organizzazzjonijiet tal-karità għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri bil-ħtiġiet tagħhom tal-prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex friski. L-appaltatur li tintlaqa’ l-offerta tiegħu għandu jkun dak li japplika għall-iċken kwantità ta’ prodotti friski biex iforni kwantità stabbilita tal-prodott ipproċessat. Il-kwantità ta’ prodott frisk aktar mill-kwantità meħtieġa biex jiġi prodott il-prodott ipproċessat intiż għal distribuzzjoni bla ħlas għandha tikkostitwixxi l-ħlas b’għelejjel naturali lill-persuna li tkun għamlet l-offerta. Il-persuna li tagħmel l-offerta għandha tipproċessa din il-kwantità wkoll.

    (7) L-arranġamenti biex jitħallsu l-ispejjeż tat-trasport, l-għażla u l-imballaġġ għandhom jiġu ssimplifikati u l-ammonti miżjuda.

    (8) Sabiex jiġi indikat biċ-ċar li hija involuta miżura ta’ distribuzzjoni bla ħlas tal-Komunità, l-emblema Ewropea għandha tkun tidher fuq il-pakketti.

    (9) Il-lista tas-swieq rappreżentattivi għandha tkun aġġornata.

    (10) Instabu żbalji fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 659/97. Dawn għandhom ikunu kkoreġuti.

    (11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 921/1999 tat-30 ta’ April 1999 li jipprovdi għal miżuri speċjali biex jiġu distribwiti frott u ħxejjex irtirati mis-suq lill-persuni li joriġinaw mill-Kosovo [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2134/1999 [6], jirreferi għar-Regolament (KE) Nru 659/97. Dawk ir-referenzi għandhom jiġu aġġornati sabiex jittieħed akkont ta’ l-emendi fir-Regolament li ssir referenza għalih.

    (12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1559/70 tal-31 Lulju 1970 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-provvista lill-industrija ta’ l-għalf ta’ l-annimali ta’ frott u ħxejjex irtirati mis-suq [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 771/95 [8], m’għadux aktar jintuża u għandu jiġi mħassar.

    (13) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski ma wassalx opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 659/97 huwa emendat kif ġej:

    1) L-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

    (a) il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu huwa mħassar;

    (b) it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Il-kwantità mqiegħda fuq is-suq li ssir referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tinkludi l-produzzjoni tal-membri ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi mqiegħda fis-suq skond l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96."

    2) L-Artikolu 7(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "2. Għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta’ Brussel) ta’ l-Erbgħa ta’ kull Ġimgħa, l-informazzjoni li tikkonċerna, għal kull jum tas-suq, il-prezzijiet irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri.

    L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni bl-użu ta’ l-Interactive Data Entry System (IDES)."

    3) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a) is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 1:

    "Dawn il-prodotti jistgħu jiġu pproċessati permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14a jew 14b;"

    (b) it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Minn Marzu 2000 u f’intervalli ta’ tliet snin, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw listi ta’ organizzazzjonijiet tal-karità approvati kif hemm referenza dwarhom fil-punti (b) u (ċ) lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dawk il-listi lill-Istati Membri kollha."

    4) It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 huwa mħassar.

    5) Fl-Artikolu 14(3):

    (a) it-tielet inċiż huwa mibdula b’dan li ġej:

    "— l-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-karità involuti fl-operazzjonijiet u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom,;"

    (b) ir-raba’ inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

    "— is-sustanza tal-ftehim bejn l-organizzazzjoni li tipproduċi li tirtira l-prodotti mis-suq u l-organizzazzjoni tal-karità li tkun responsabbli li tirċevihom,;"

    (ċ) il-ħames inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

    "— fejn ikun xieraq, l-isem ta’ l-impriża responsabbli għall-ipproċessar tal-prodotti friski skond l-Artikolu 14a,."

    6) Is-segwenti l-Artikoli 14a u 14b għandhom jiġu mdaħħla:

    "Artikolu 14a

    L-organizzazzjoni tal-karità tista’ tipproċessa jew titlob li jiġu pproċessati għall-spejjeż tagħha l-prodotti rtirati mis-suq bil-għan li dawn jiġu mqassma b’xejn jew lill-persuni magħrufa bħal ma huma intitolati għal għajnuna pubblika taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom jew inkella lil persuni fil-bżonn f’pajjiżi terzi. Il-prodotti kollha li jirriżultaw għandhom jitqassmu mingħajr ħlas.

    Artikolu 14b

    1. Skond il-ħtiġiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-karità, indikati skond il-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jorganizzaw sejħa waħda jew aktar għal offerti għall-ipproċessar tal-prodotti rtirati mis-suq mill-persuna li l-offerta tagħha tiġi milqugħa.

    Il-persuna li l-offerta tagħha tiġi milqugħa għandha tipproċessa l-prodotti kollha rtirati mis-suq li jiġu offruti lilha. Il-kwantitajiet ta’ prodotti rtirati mis-suq li jeċċedu l-kwantitajiet meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti pproċessati biex jitqassmu b’xejn għandhom jikkostitwixxu l-ħlas b’għelejjel naturali biex tikkumpensaha għall-ispejjez tal-manifattura li trid tagħmel.

    Il-prodotti pproċessati għal distribuzzjoni mingħajr ħlas għandhom imbagħad jiġu mqassma mill-organizzazzjonijiet tal-karità lil dawk meqjusa bħala li huma intitolati għal assistenza pubblika taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru.

    2. L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jimplimentaw il-proċedura tas-sejħa għal offerti li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu l-pubbliċità xierqa u jinformaw lill-Kummissjoni dwar it-tip tal-frott jew l-ħxejjex involuti u l-perjodu kopert mill-proċedura. Dan il-perjodu m’għandux jeċċedi s-sena tas-suq għall-prodott f’dan il-każ.

    3. Mhux aktar tard mid-data ffissata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, l-organizzazzjonijiet tal-karità involuti għandhom jinnotifikawha dwar il-ħtiġiet tagħhom għall-prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex friski kif issir referenza għalihom fil-paragrafu 2 u għandhom jagħtu garanzija li joħduhom taħt il-kontroll tagħhom u jqassmuhom kollha, mingħajr ħlas. It-trasferiment tal-kontroll għandu jitlesta mhux aktar tard minn xahar wara l-perjodu ta’ l-ipproċessar kopert bil-proċedura li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 2.

    4. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun xieraq, jiġbru flimkien fi grupp il-ħtiġiet kif espressi fil-paragrafu 3 f’lottijiet ta’ prodotti pproċessati u jħejju abbozz ta’ stedina biex issir offerta.

    Din għandha jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni li ġejja għal kull lott:

    - il-prodott frisk involut u l-perjodu li matulu l-prodotti rtirati mis-suq x’aktarx li jkunu disponibbli,

    - iż-żoni ġeografiċi li fihom x’aktarx li jiġu maħżuna,

    - id-deskrizzjoni dettaljata tal-prodott ipproċessat mill-frott jew mill-ħxejjex li għandu jiġi fornut u l-ippakkjar tiegħu, it-terminu ta’ żmien għall-provvista tiegħu, flimkien mal-kwantità li l-persuna li titfa’ l-offerta trid tintrabat li tipproduċi, jekk il-prodotti li ġew irtirati mis-suq ikunu disponibbli.

    Il-garanzija għall-offerta għandha tkun EUR 20/tunnellata metrika piż nett tal-prodott finali pproċessat.

    5. L-abbozz ta’ l-istedina għall-offerta li ssir referenza għalih fil-paragrafu 4 għandu jintbagħat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Ladarba l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni favorevoli, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-istedina għall-offerta għandha tiġi mnedija. Mill-anqas żewġ offerti għal kull lott iridu jiġu ppreżentati bħala tweġiba għal kull stedina għall-offerti. Il-lott għandu jingħata lill-persuna li titfa’ l-offerta għall-iċken kwantità tal-prodott frisk għall-provvistà tal-prodott ipproċessat. Meta l-istess ammont jiġi mitlub minn aktar minn persuna waħda li tagħmel offerta, l-għażla għandha ssir bix-xorti. Meta l-offerti kollha mitfugħa jinvolvu kwantitajiet eċċessivament għoljin ta’ prodotti friski, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jagħmilx għażla ta’ l-offerta għall-lott f’dak il-każ.

    L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-eżitu ta’ l-istedina għall-offerti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Tista’ titlob dettalji ta’ l-offerti mingħand il-persuni li jkunu tefgħu l-offerti.

    6. L-Istat Membru għandu jinforma lill-persuna li l-offerta tagħha tkun intlaqgħet għal kull lott, malli jibda jsir l-irtirar, dwar l-organizzazzjonijiet produtturi minn fejn tkun tista’ tikseb provvisti tal-prodotti friski irtirati mis-suq bi priorita fuq benefiċjarji oħra kif issir referenza għalihom fl-Artikolu 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament.

    7. Malli jiġi ffabbrikat, il-prodott ipproċessat għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-karità mill-aktar fis possibbli, fi proporzjon għall-kwantità ta’ prodott frisk li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna li l-offerta tagħha tkun ġiet milqugħa.

    8. Sabiex ikun assigurat it-twettiq ta’ l-offerta, il-persuna li tiġi milqugħa l-offerta tagħha għandha tipprovdi garanzija. Din għandha tkun ibbażata fuq il-piż nett tal-prodott frisk mitlub għall-prodott ipproċessat. Għandha tkun ekwivalenti:

    - fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, għal ħames darbiet daqs il-kumpens għall-irtirar tal-Komunità li ssir referenza dwaru fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament,

    - fil-każ tal-prodotti l-oħra, ammont stipulat fl-avviż ta’ l-istedina għall-offerta.

    Il-garanzija għandha tinħeles hekk kif il-provvisti tal-prodott ipproċessat jiġu kkonsenjati u ladarba l-persuna li tkun ġiet milqugħa l-offerta tagħha tkun ipprovdiet prova li l-prodotti friski kollha li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha għall-konsenja tal-prodott ipproċessat ikunu ġew ipproċessati."

    7) Fl-Artikolu 15(1), il-kliem "il-punt 1 ta’ l-Anness V" huma mibdula bil-kliem "l-Anness V".

    8) L-Artikolu 15a huwa mħassar.

    9) L-Artikolu 16 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 16

    1. L-ispejjez ta’ l-ikklassifikar u l-ippakkjar tal-frott frisk u l-ħxejjex irtirati mis-suq għal distribuzzjoni mingħajr ħlas li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikunu merfugħa mit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), bl-ammont ta’ rata fissa ta’ EUR 132 kull tunnellata metrika piż nett, fil-każ tal-prodotti mqiegħda f’pakketti ta’ piż nett anqas minn 25 kilogramma. L-ispejjeż tal-prodotti friski intiżi għall-manifattura tal-prodotti pproċessati kif hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 14a u 14b m’għandux ikun merfuh b’dan il-mod.

    2. Pakketti ta’ prodotti għal distribuzzjoni mingħajr ħlas għandhom ikollhom fuqhom l-emblema Ewropea, flimkien ma’ waħda jew aktar mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

    - Producto destinado a su distribución gratuita (Reglamento (CE) no 659/97)

    - Produkt til gratis uddeling (forordning (EF) nr. 659/97)

    - Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Verordnung (EG) Nr. 659/97)

    - Προϊóν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή (κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 659/97)

    - Product for free distribution (Regulation (KE) No 659/97)

    - Produit destiné à la distribution gratuite (règlement (CE) no 659/97)

    - Prodotto destinato alla distribuzione gratuita (regolamento (CE) n. 659/97)

    - Voor gratis uitreiking bestemd product (Verordening (EG) nr. 659/97)

    - Produto destinado a distribuição gratuita (Regulamento (CE) n.o 659/97)

    - Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (asetus (EY) N:o 659/97)

    - Produkt för gratisutdelning (förordning (EG) nr 659/97).

    Meta d-distribuzzjoni għandha ssir ’il barra mill-Komunità, l-annotazzjoni għandha tiġi murija wkoll fil-lingwa(i) tal-pajjiżi terzi involuti.

    Meta jkun applikabbli, il-pakketti tal-prodotti friski li jkunu sejrin jintużaw fil-manifattura tal-prodotti pproċessati li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 14a u 14b m’għandhomx juru fuqhom dawn l-annotazzjonijiet.

    3. L-ispejjez ta’ l-ikklassifikar u l-imballaġġ għandhom jitħallsu lill-organizzazzjoni li tipproduċi li tkun wettqet l-ikklassifikar u l-ippakkjar.

    Il-ħlas għandu jsir bla ħsara għall-preżentazzjoni tad-dokumenti li jsostnu li jiċċertifikaw b’mod partikolari:

    - l-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet benefiċjarji,

    - il-kwantità tal-prodotti involuti,

    - l-aċċettazzjoni tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji."

    10) Fl-Anness II:

    (a) is-swieq rappreżentattivi fil-Ġermanja huma mibdula bis-swieq li ġejjin:

    - għall-pastard: Straelen, Maxdorf, Erzeugergroßmarkt Thüringen-Sachsen

    - għat-tuffieħ: Stade, Centralmarkt Rheinland, Bodenseemarkt

    - għal-lanġas: Stade, Bodenseemarkt

    - għat-tadam: Straelen, Heidelberg, Kitzingen, Reichenau;

    (b) is-suq rappreżentattiv għall-frawli fil-Belġju huwa s-suq ta’ Sint-Truiden;

    (ċ) is-swieq fil-Portugall rappreżentattivi li ġejjin huma mħassra:

    - għall-klementini: Alcácer do Sal

    - għall-larinġ ħelu: Santiago do Cacém

    - għall-ħawħ u nuċiprisk: Montargil

    - għall-lanġas: Cova da Beira;

    (d) is-swieq rappreżentattivi fil-Portugall li ġejjin huma mibdula:

    - għall-frawli: Oeste huwa mibdul bi Ribatejo/Oeste

    - għall-bettieħ u dulliegħ; Ribatejo huwa mibdul bi Ribatejo/Oeste;

    (e) is-swieq rappreżentattivi fil-Portugall li ġejjin huma miżjuda:

    - għall-bettieħ: Moura u Algarve

    - għal-larinġ ħelu: Vidigueira

    - għad-dulliegħ: Grandola.

    11) Fl-introduzzjoni għall-Anness III, "l-Artikolu 6(2)" huwa mibdul bi "l-Artikolu 7(2)".

    12) Fl-Anness IV, "l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 659/97" huwa mibdul bi "l-Artikolu 30 tar- Regolament (KE) Nru 2200/96".

    13) L-Anness V huwa mibdul bl-Anness t’hawn.

    14) L-Anness VI huwa mibdul bl-Anness II t’hawn.

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 921/1999, "u l-Artikolu 16(2)" hija mħassra.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1559/70 huwa mħassar.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Marzu 2000.

    B’dankollu:

    - L-Artikolu 1(1) m’għandux japplika qabel il-bidu tas-sena tas-suq segwenti għal kull prodott li tibda minn wara d-data tad-dħul fis-seħħ li hemm referenza dwarha fl-ewwel paragrafu,

    - L-Artikolu 1(2) m’għandux japplika qabel l-1 Ġunju 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-22 Frar 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

    [3] ĠU L 100, tas-17.4.1997, p. 22.

    [4] ĠU L 93, tat-8.4.1999, p. 11.

    [5] ĠU L 114, ta’ l-1.5.1999, p. 46.

    [6] ĠU L 262, tat-8.10.1999, p. 3.

    [7] ĠU L 169, ta’ l-1.8.1970, p. 55.

    [8] ĠU L 77, tas-6.4.1995, p. 9.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    "

    ANNESS V

    SPEJJEŻ TAT-TRASPORT PERMEZZ TA' L-ARRANĠAMENTI GĦAD-DISTRIBUZZJONI MINGĦAJR ĦLAS

    (li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15)

    Suppliment għal trasport bir-refriġerazzjoni: EUR 7,2/tunnellata

    Distanza bejn il-punt tat-tneħħija u l-post tal-konsenja | Spejjeż tat-trasport (EUR/tunnellati) |

    Anqas minn 25 km | 14,4 |

    25 km jew aktar, imma anqas minn 200 km | 30 |

    200 km jew aktar, imma anqas minn 350 km | 42 |

    350 km jew aktar, imma anqas minn 500 km | 60 |

    500 km jew aktar | 78 |

    "

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    "

    ANNESS VI

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top