EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0020

Id-Direttiva 2000/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali

ĠU L 163, 4.7.2000, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/20/oj

32000L0020



Official Journal L 163 , 04/07/2000 P. 0035 - 0036


Id-Direttiva 2000/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta’ Mejju 2000

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikoli 37 u 152(4)(b) tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1],

Wara konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl- Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) id-Direttiva 64/432/KEE [3] ġiet emendata u aġġornata bid-Direttiva 97/12/KE [4] u bid-Direttiva 98/46/KE [5].

(2) Problemi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 64/432/KEE kif emendata biż-żewġ Direttivi msemmija hawn fuq jeħtieġu miżuri transitorji sabiex jiġi evitat disturb fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovini u porċini.

(3) Barra minn hekk, id-Direttiva 64/432/KEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 82097 tal-21 ta’ April 1997 li tistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u fir-rigward ta’ l-ittikkettjar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga [6] jirreferu għall-kreazzjoni ta’ databases tal-kompjuter, interalia għal annimali bovini, sabiex tiġi maħżuna informazzjoni dwar annimali u l-movimenti tagħhom.

(4) Kien hemm problemi fl-applikazzjoni ta’ kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u b’mod partikolari fir-rigward tal-konnessjoni bejn l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali.

(5) Id-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi emendata sabiex tiġi assigurata konsistenza ta’ regoli Komunitarji u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri transitorji li jippermettu lill-Istati Membri jaddattaw għall-kondizzjonijiet ġodda tal-kummerċ.

(6) Bħala riżultat, huwa approprjat li jiġi ttardjat id-dħul fis-seħħ ta’ ċerti disposizzjonijiet fl-imsemmija Direttiva.

(7) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal- poteri ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [7].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. il-punt li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 6(2):

"(e) sal-31 ta’ Diċembru 2000, ma jkunx soġġett għall-ħtiġiet ta’ test stabbiliti f’ (a) jew (b) fil-każ ta’ annimali bovini ta’ inqas minn 30 xahar intiżi għall-produzzjoni tal-laħam li:

- jiġu minn ażjenda taċ-ċanga uffiċjalmet libera mit-tuberkolosi u uffiċjalmet libera mill-bruċellosi,

- huma akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali bil-paragrafu 7 fis-Sezzjoni A ta’ l-Anness F Mudell 1 kompletat kif dovut,

- jibqgħu taħt sorveljanza sal-qatla tagħhom,

- ma ġewx f’ kuntatt waqt it-trasport ma’ annimali bovini li ma jkunux ġejjin minn merħliet li huma uffiċjalment liberi minn dak il-mard,

u sakemm-:

- dawn l-arranġamenti huma restritti għall-kummerċ bejn Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri bl-istess status tas-saħħa fir-rigward tat-tuberkolosi jew il-bruċellosi,

- l-Istat Membru tad-destinazzjoni jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi evitata kull kontaminazzjoni ta’ merħliet indiġeni,

- l-Istati Membri jistabbilixxu sistema tajba ta’ teħid ta’ kampjuni saltwarji, spezzjonijiet u kontrolli maħsuba sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ dawn ir-regoli,

- il-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ ta’ l-operazzjoni tajba ta’ din id-Direttiva sabiex tassigura li l-Istati Membri jikkonformaw kompletament mar-regoli;";

2. fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3), "il-31 ta’ Diċembru 1999" għandu jiġi sostitwit bil-"31 ta’ Diċembru 2000".

3. il-paragrafu li ġej għandu jidied ma’ l-Artikolu 16:

"3. Meta neċessarju sabiex tiġi ffaċilitata l-bidla għall-arranġamenti ġodda previsti f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17a, tista’ tadotta miżuri transitorji applikabbli għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn.";

4. L-Artikolu 17 għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

"L-Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-"Kumitat";).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżoni 1999 468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.";

5. L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

"L-Artikolu 17a

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE (hawnhekk iżjed ‘il quddiema magħruf bħala l-"Kumitat";).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, b’rigward għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.";

6. Fl-Anness A, 1, 2, il-punt (ċ), it-tielet inċiż, il-kelma "jew" għandha tiġi inserita bejn il-punti (1) u (2).

7. Fl-Anness A, 1, 4 u fl- Anness A, 11, 7 il-punt (b) għandu jiġi ssostitwit b’ li ġej:

"(b) kull annimal bovin huwa identifikat skond il-leġislazzjoni Komunitarja, u";

8. il-paragrafu li ġej għandu jidied ma’ l-Anness F, il-Mudell 1, is-Sezzjoni A:

"7. (3) huwa annimal ta’ inqas minn 30 xahar intiż għall-produzzjoni tal-laħam li joriġina minn merħla li hija uffiċjalment libera minn tuberkolosi, bruċellosi u leukosi, u huwa mibgħut skond l-Artikolu 6(2)(e) tad-Direttiva 64/432/KEE taħt il-liċenzja Nru …".

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Diċemrbu 1999 għandhom imbagħad jinfurmaw lill-Kumissjoni bihom.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jikkontjenu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, is-16 ta’ Mejju 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Il-President

Għall-Kunsill

L. Capoulas Santos

[1] ĠU C 51, tat-3.2.2000, p. 31.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2000.

[3] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/99/KE (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 107).

[4] ĠU L 109, tal-25.4.1997, p. 1.

[5] ĠU L 198, tal-15.7.1998, p. 22.

[6] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

Top