This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D2850
Decision No 2850/2000/EC of the European Parliament and of the Council of 20 December 2000 setting up a Community framework for cooperation in the field of accidental or deliberate marine pollution
Id-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabilixxi qafas Kommunitarju għal koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġiż ta' l-ibħra, sewwa jekk aċċidentali, u sewwa jekk deliberatament
Id-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabilixxi qafas Kommunitarju għal koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġiż ta' l-ibħra, sewwa jekk aċċidentali, u sewwa jekk deliberatament
ĠU L 332, 28.12.2000, p. 1–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0001 - 0006
Id-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabilixxi qafas Kommunitarju għal koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġiż ta' l-ibħra, sewwa jekk aċċidentali, u sewwa jekk deliberatament IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Filwaqt li aġixxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fil-11 ta' Ottubru 2000, Billi: (1) L-azzjonijiet meħuda mill-Komunità fil-qasam tat-tniggiż aċċidentali ta' l-ibħra sa mill-1978 għamluha possibbli, b'mod progressiv, li tiġi żviluppata l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fi programm Komunitarju ta' azzjoni. Ir-reżoluzzjoni u d-deċizjonijiet adottati sa mill-1978 [4] jikkostitwixxu l-bażi ta' din il-koperazzjoni. (2) Numru ta' arranġamenti reġjonali dwar it-tniġġiz aċċidentali ta' l-ibħra, bħalma huwa l-ftehim ta' Koperazzjoni ta' Bonn, diġà jiffaċilitaw l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproċi f'dan il-qasam bejn l-Istati Membri. (3) Għandhom jiġu meqjusa l-konvenzjonijiet internazzjonali u l-arranġamenti li japplikaw għall-ibħra u ż-żoni marittimi Ewropej, bħalma huma l-Konvenzjoni OSPAR, il-Konvenzjoni ta' Barċellona, u l-Konvenzjoni ta' Helsinki. (4) Is-sistema Komunitarja tat-tagħrif qdiet il-funzjoni li tagħmel disponibbli lill-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-kontroll u tnaqqis tat-tniġġiż kawżat mit-tixrid fil-baħar ta' ammonti kbar ta' idro-karboni u ta' sustanzi oħra ta' ħsara. Is-sistema tat-tagħrif trid tiġi faċilitata bl-użu ta' sistema moderna u awtomatika tal-proċessar ta' l-informazzjoni. (5) Jeħtieġ li tiġi stabbilita sistema li tippermetti l-iskambju rapidu u effiċjenti tat-tagħrif. (6) It-task force Komunitarja, u azzjonijiet oħra fi ħdan il-programm Komunitarju ta' azzjoni pprovdew assistenza prattika lill-awtoritajiet waqt l-emerġenzi ta' tniġġiż marittimu, kif ukoll ippromwovew il-koperazzjoni u l-istat ta' preparazzjoni għar-rispons effiċjenti dwar l-inċidenti. (7) Il-programm Komunitarju tal-politika u l-azzjoni fejn għandu x'jaqsam l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli [5], ippreżentat mill-Kummissjoni, jipprovdi illi l-attivitajiet tal-Komunità jingħataw spinta, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-emerġenżi ambjentali li jinkludu t-tniġġiż tal-baħar b'mod aċċidentali jew deliberatament. (8) Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet ta' l-ilqugħ fil-portijiet ta' l-iskart iġġenerat mill-bastimenti u l-iskart ta' tagħbija [6] hija ta' importanza fundamentali fil-kuntest ta' din id-Deċizjoni. (9) Sustanzi ta' ħsara jfissru kull sustanza ta' riskju jew irritanti li x'aktarx joħolqu t-tħassib jekk jixterdu fl-ambjent marittimu. (10) Il-koperazzjoni Komunitarja fil-qasam tat-tniġġiż aċċidentali tal-baħar tgħin, billi tieħu azzjoni kontra r-riskji, sabiex tikseb il-miri tat-Trattat billi tippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u tikkontribwixxi, skond l-Artikolu 174 tat-Trattat, għall-preservazzjoni u l-protezzjoni ta' l-ambjent u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. (11) Il-fatt li ġie stabbilit qafas Komunitarju għall-koperazzjoni li jipprovdi miżuri ta' appoġġ, irid jgħin għalbiex tiġi żviluppata l-koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġiż aċċidentali ta' l-ibħra b'mod iktar effiċjenti. Dan il-qafas għall-koperazzjoni jrid ikun imsejjes, fil-biċċa l-kbira tiegħu, fuq l-esperjenza miksuba f'dan il-qasam sa mill-1978. (12) Qafas Komunitarju għall-koperazzjoni irid ukoll iżid it-trasparenza, kif ukoll jikkonsolida u jsaħħaħ l-azzjonijiet varji. (13) It-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar jinkludi t-tniġġiż mill-istallazzjonijiet 'il barra mill-kosta, kif ukoll it-tixrid illeċitu mill-bastimenti. (14) L-azzjoni għalbiex ikun ipprovdut it-tagħrif u jħejji lil dawk responsabbli mit-tniġġiż tal-baħar fl-Istati Membri jew involuti fih hija importanti, iżżid il-grad ta' l-istat tal-preparazzjoni għall-inċidenti u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tar-riskji. (15) Huwa importanti wkoll li tittieħed azzjoni Kommunitarja sabiex jiġu mtejba l-metodi tat-teknika u l-metodi tar-rispons u tar-riabilitazzjoni wara l-emerġenzi. (16) Il-provvediment ta' appoġġ operattiv lill-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li jiġi ffaċilitat it-tixrid ta' l-esperjenzi minn dawn is-sitwazzjonijiet fost l-Istati Membri, urew li għandhom valur sinifikanti. (17) L-azzjonijiet taħt dan il-qafas iridu jippromwovu wkoll il-prinċipju li min iniġġez irid iħallas, prinċipju li jrid jiġi applikat skond il-liġijiet ambjentali u marittimi nazzjonali u internazzjonali li japplikaw. (18) Għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [7]. (19) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu taż-żmien tal-qafas għall-koperazzjoni, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina li tirrigwarda l-estimi finanzjarji u t-titjib tal-proceduri ta' l-estimi finanzjarji [8], għall-awtorità ta' l-estimi finanzjarji matul il-procedura annwali ta' l-estimi finanzjari. (20) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jieħdu fuq spallejhom, b'mod partikolari, il-programm ta' azzjoni stabbilit permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 Ġunju 1978 u tas-sistema Komunitarja tat-tagħrif stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 86/85/KEE tas-6 ta' Marzu 1986 li tistabbilixxi sistema Komunitarja tat-tagħrif sabiex tikkontrolla u tnaqqas it-tniġġiż ikkawżat mit-tixrid ta' l-idrokarboni u s-sustanzi l-oħra ta' ħsara fil-baħar apert u fl-ibħra interni prinċipali [9]. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tidhol fis-seħħ, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Qiegħed hawnhekk jiġi stabbilit qafas għall-koperazzjoni Komunitarja fil-qasam tat-tniġġiż tal-baħar, sewwa jekk aċċidentali u sewwa jekk b'mod deliberat (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-qafas għall-koperazzjoni") għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2006. 2. Il-qafas għall-koperazzjoni huwa maħsub: (a) li jappoġġja u jissuplimenta l-isforzi ta' l-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali, u lokali, għall-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu, ix-xtut u s-saħħa tal-bniedem kontra r-riskji ta' tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar, bl-esklużjoni tan-nixxigħat kontinwi tat-tniġġiz li joħorġu minn sorsi fuq l-art; għar-riskji ta' tniġġiż aċċidentali tal-baħar inklużi r-rilaxxi ta' sustanzi ta' ħsara fl-ambjent marittimu, tkun xi tkun l-oriġini tagħhom, sewwa mill-bastimenti u sewwa mix-xtut jew l-estwarji, u jinkludu dawk li għandhom x'jaqsmu mal-preżenza ta' materjali mormija bil-massa, bħall-munizzjon, imma jeskludu l-iskarigi awtorizzati ta' l-iskart u tat-tnixxija kontinwa minn sorsi bbażati fuq l-art ta' materjal li jniġġeż; (b) li jikkontribwixxi fit-titjib tal-kapaċitajiet ta' l-Istati Membri għar-rispons f'każ ta' inċidenti li jkunu jinvolvu t-tixrid jew il-perikolu imminenti tat-tixrid ta' żjut jew sustanzi oħra ta' ħsara fil-baħar, kif ukoll sabiex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tar-riskji. Skond it-tqassim intern tal-kompetenzi fl-Istati Membri, dawn għandhom jiskambjaw it-tagħrif dwar il-munizzjon mormi bil-massa, bil-għan li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tar-riskju u l-miżuri ta' l-istat tal-preparazzjoni għalih; (ċ) li jissaħħu l-kundizzjonijiet u jiġu ffaċilitati l-assistenza u l-koperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam; u (d) li jippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri għalbiex jipprovdu kumpens għall-ħsara skond il-prinċipju li min iniġġeż irid iħallas. Artikolu 2 Mingħajr preġudizzju għat-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjonijiet taħt il-qafas għall-koperazzjoni, skond kif provdut f'Annessi I u II. (a) Fil-qafas għall-koperazjoni, hija stabbilita sistema Komunitarja tat-tagħrif bil-għan li tiġi skambjata l-informazzjoni dwar l-istat tal-preparazzjoni u r-rispons għat-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar. Is-sistema għandha tkun tikkonsisti f'mill-inqas il-komponenti ddikjarati f'Anness I. It-tipi ta' azzjonijiet taħt il-qafas għall-koperazzjoni u l-arranġamenti finanzjarji rigward il-kontribuzzjoni Komunitarja huma ddikjarati f'Anness II. (b) Għandu jiġi adottat pjan li jibqa’ għaddej għal tliet snin sabiex jimplimenta dan il-qafas għall-koperazzjoni, li jrid jiġi rivedut kull sena skond skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 4(2), u fuq, fost ħwejjeġ oħra, il-bażi tat-tagħrif fornit lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’, meta jkun meħtieġ, tirranġa għal azzjonijiet addizzjonali għal ma dawk dikjarati fl-Anness II. Dawn l-azzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu stmati fid-dawl tal-prijoritajiet iddikjarati u r-riżorsi finanzjarji disponibbli, u għandhom jiġu adottati skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 4(2). (ċ) Il-qafas finanzjarju sabiex tiġi implementata din id-Deċiżjoni għall-perjodu taż-żmien mis-sena 2000 sas-sena 2006 huwa hawnhekk stabbilit għal EUR 7 miljuni. Ir-riżorsi ta' l-estimi finanzjarji allokati għall-azzjonijiet ipprovvduti f'din id-Deċizjoni għandhom jiġu mdaħħla fl-approprjazzjonijiet annwali ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità ta' l-estimi finanzjarji, fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji. Artikolu 3 1. Il-pjan li jibqa’ għaddej sabiex jimplementat il-qafas għall-koperazzjoni għandu jinkludi l-azzjonijiet individwali li għandhom jittieħdu. 2. L-azzjonijiet individwali għandhom jiġu magħżula primarjament fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: (a) li jikkontribwixxu għall-provediment tat-tagħrif u t-tħejjija ta' dawk responsabbli minn, u involuti fit-trattament tat-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar, li jinkludu, meta rilevanti, l-awtoritajiet tal-portijiet fl-Istati Membri, bil-għan li jiżdied il-livell ta' l-istat ta' preparazzjoni u li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tar-riskji; (b) li jikkontribwixxu għat-titjib tal-metodi tat-teknika u l-metodi tar-rispons u tar-rijabilitazzjoni wara l-emerġenzi, u għat-titjib tal-metodi tat-teknika sabiex tiġi valutata l-ħsara fil-baħar u fix-xtut milquta; (ċ) li jikkontribwixxu għall-provediment ta' tagħrif pubbliku aħjar biex jgħin fil-kjarifika tar-riskji u li jgħaddi t-tagħrif dwar l-inċidenti; (d) li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-korpi lokali rilevanti u l-korpi tal-protezzjoni ta' l-ambjent rigward il-prevenzjoni tar-riskji u r-rispons għalihom; (e) li jikkontribwixxu li jiġi provdut appoġġ operattiv, billi jiġu organizzati u miġbura esperti li fil-biċċa l-kbira tagħhom jappartjienu għat-task force Komunitarja, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza għall-Istati Membri, u sabiex jiddiseminaw l-esperjenzi minn dawn is-sitwazzjonijiet fost l-Istati Membri. 3. Kull azzjoni individwali għandha tiġi implimentata f’koperazzjoni mill-qrib ma l-awtoritajiet kompetenti fuq bażi nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġi kunsidrat l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu taż-żmien dikjarat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tal-qafas għall-koperazzjoni fin-nofs ta' l-iskond operattiv tiegħu, u qabel ma jiġi fi tmiemu, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn 36 xahar wara li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni, u wara dan wara sitt snin minn meta din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ. Fir-rapport finali tagħha, l-Kummissjoni għandha, jekk approprjat, tagħmel proposti għal miżuri ġodda sabiex jissokta dan il-qafas. Artikolu 6 Id-Deċiżjoni 86/85/KEE għandha tiġi mħassra. Artikolu 7 Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2000. Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Għall-Kunsill J.-C. Gayssot [1] ĠU C 25, tat-30.1.1999, p. 20. [2] ĠU C 169, tas-16.6.1999, p. 16. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew,16 ta' Settembru 1999 (ĠU C 54, tal-25.2.2000, p. 82), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill, 17 ta' Diċembru 2000 (ĠU C 87, ta' l-24.3.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, 13 ta' Ġunju 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, 30 ta' Novembru 2000 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill, 5 ta' Diċembru 2000. [4] ĠU C 162, tat-8.7.1978, p. 1,ĠU L 355, ta' l-10.12.1981, p. 52,ĠU L 77, tat-22.3.1986, p. 33 uĠU L 158, tal-25.6.1988, p. 32. [5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 5. [6] Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [8] ĠU Ċ 172, tat- 18.6.1999, p. 1. [9] ĠU L 77, tat-22.3.1986, p. 33. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 88/346/KEE (ĠU L 158, tal-25.6.1988, p. 32). -------------------------------------------------- ANNESS I IL-KOMPONENTI TAS-SISTEMA KOMUNITARJA TAT-TAGĦRIF Is-sistema Komunitarja tat-tagħrif trid tuża sistema moderna u awtomatika tal-proċessar ta' l-informazzjoni. Fuq is-sit ta' l-Internet, irid ikun hemm tagħrif ġenerali ta' sfond fil-livell Komunitarju fuq home-page Komunitarja, u fuq il-home-pages nazzjonali irid ikun hemm tagħrif li għandu x'jaqsam mar-riżorsi nazzjonali disponibbli. Separata minn dan, trid tinżamm parti stampata tas-sistema, fil-għamla ta' ktejjeb Komunitarju bil-paġni mhux illegati, b'tagħrif dwar il-ġestjoni ta' l-emerġenzi f'kull Stat Membru. 1. Il-Kummissjoni trid tiftaħ website bil-għan li sservi ta' paġna ta' aċċess ġenerali għas-sistema, u bħala home-page Komunitarja. 2. Fi żmien sitt xhur minn meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, kull Stat Membru jrid: (a) jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet li tkun/ikunu responsabbli mill-ġestjoni tal-parti nazzjonali tas-sistema, u jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni; (b) jiftaħ jew iżomm home-page nazzjonali, jew home-pages reġjonali interkonnessi. Din il-home-page nazzjonali jew waħda mill-home-pages nazzjonali interkonnessi jridu tkun konnettjati mas-sistema kollha permezz tal-paġna Komunitarja ta' aċċess ġenerali għas-sistema; (ċ) jimla l-home-page/s nazzjonali tiegħu bit-tagħrif rilevanti, jiġifieri: (i) deskrizzjoni ta' l-istrutturi nazzjonali u l-konnessjonijiet bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tat-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar, inklużi l-punti fokali li jridu jiġu ndirizzati fil-kwistjonijiet tar-rispons għall-emerġenzi; (ii) tagħrif ġenerali dwar timijiet u t-tagħmir eżistenti għar-rispons ta' l-emerġenza u t-tindif, b'mod partikolari: - timijiet ta' l-attakk (bażati fuq il-baħar), li jikkonsistu minn bastimenti li jwieġbu fil-każ ta' tixrid, - timijiet ta' l-attakk (bażati fuq l-art), għalbiex jikkumbattu t-tniġġiż tax-xtut u għalbiex jorganizzaw il-ħażna temporanja kif ukoll għalbiex iwettqu azzjonijiet għar-rijabilitazzjoni taż-żoni sensittivi tax-xtut, - timijiet ta' esperti għalbiex jimmonitorjaw it-tniġġiż u/jew l-impatt tal-metodi tat-teknika wżati għalbiex jikkumbattu t-tniġġiż, inkluż it-tixrid tal-kimiċi, - mezzi oħra mekkaniċi, kimiċi u bijoloġiċi għalbiex jikkumbattu t-tniġġiż fil-baħar, u għat-tindif tax-xtut, inklużi s-sistemi għat-tħaffif tal-bastimenti-tankijiet taz-żejt, - il-vetturi ta' l-ajru għas-sorveljanza mill-ajru, - il-lokazzjoni tal-munzelli tal-ħażniet, - il-kapaċità ta' rmonk f'emerġenza, - in-numru/i ta' emerġenza għall-użu pubbliku; (iii) il-kundizzjonijiet għall-offerta ta' l-assistenza. Fuq talba, il-punti ta' referenza jridu jipprovdu tagħrif addizzjonali. 3. Kull Stat Membru għandu jaġġorna l-home-page/s nazzjonali tiegħu, speċifikati fil-punt 2, hekk kif ikunu ġraw bidliet. 4. Kull Stat Membru jrid jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif li jkollu dwar il-ġestjoni oprattiva ta' l-emerġenzi li trid tiġi inkluża fil-ktejjeb mhux illegat Komunitarju ta' l-operazzjonijiet, inklużi l-proċeduri operattivi għall-organizzazzjoni u l-ġbir u l-punti operattivi tal-kuntatt bir-referenzi tagħhom, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha d-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. 5. Kull Stat Membru jrid jinnotifika lill-Kummissjoni mill-aktar opportunità bikrija b'kull tibdil li jkollu x'jaqsam mat-tagħrif imniżżel fil-ktejjeb mhux illegat. 6. Il-Kummissjoni trid tagħmel disponibbli lil kull Stat Membru kopja tal-ktejjeb mhux illegat, u tipprovdi lill-Istati Membri b'kull aġġornament. Il-mudelli għall-home-pages Komunitarji u l-home pages nazzjonali u iktar gwida sabiex tiġi implimentata s-sistema Komunitarja tat-tagħrif iridu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(2). -------------------------------------------------- ANNESS II ARRANĠAMENTI FINANZJARJI GĦALL-KONTRIBUZZJONI KOMUNITARJA It-tipi ta' l-azzjoni | L-Arranġamenti finanzjarji | A.L-Azzjonijiet fit-taħriġ u t-tagħrif 1.Il-Korsijiet u l-"workshops" L-organizzazzjoni tal-korsijiet u l-workshops għall-uffiċċjali nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri u oħrajn involuti sabiex jiżguraw illi s-servizzi kompetenti jwieġbu bil-ħeffa u bl-effiċjenza. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima Komunitarja: 75 % ta' l-ispiża totali ta' l-azzjoni, sa massimu ta' EUR 75000 għal kull azzjoni. | 2.L-Iskambju ta' l-esperti L-organizzazzjoni għalbiex jiġu ssekondati l-esperti lejn Stat Membru ieħor sabiex l-esperti jitħallew jiksbu l-esperjenza jew jistmaw il-metodi tat-teknika differenti wżati jew sabiex jistudjaw l-avviċinamenti meħuda ġewwa servizzi oħra ta' l-emerġenza jew korpi oħra rilevanti bħalma humal-organizzazzjonijiet mhux governattivi b'kompetenzi speċjalizzati fit-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar. L-organizzazzjoni ta' l-iskambji ta' l-esperti ta' l-Istati Membri, li jgħinuhom jippreżentaw jew isegwu korsijiet jew moduli ta' taħriġ fi Stat Membru ieħor. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima Komunitarja: 75 % ta' l-ispejjeż tal-ivjaġġar u l-manteniment ta' l-esperti, u l-ispejjez kollha (100 %) tal-kordinament tas-sistema. | 3.L-Eżerċizzji L-eżerċizzji huma maħsuba għalbiex jipparagunaw il-metodi, sabiex jistimulaw il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u jsostnu l-progress u jikkordinawis-servizzi nazzjonali ta' l-emerġenza. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima Komunitarja: 50 % ta' l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni ta' l-osservaturi minn Stati Membri oħra u għall-organizzazzjoni tal-workshops assoċjati, u t-tħejjija ta' l-eżerċizzju, il-produzzjoni ta' rapport finali, eċċ. | 4.Is-Sistema Komunitarja tat-Tagħrif L-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistema kkomputerizzata moderna ta' tagħrif sabiex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jiġġestjonaw it-tniġġiz aċċidentali jew deliberat tal-baħar, billi tipprovdi t-tagħrif meħtieġ għall-ġestjoni ta' l-emeġenzi. | Il-finanzjament ta' 100 % tal-parti tas-sistema tal-Kummissjoni. | B.L-Azzjonijiet għalbiex jiġu mtejba l-metodi tat-teknika u l-metodi tar-rispons u r-rijabilitazzjoni (proġetti pilota) Proġetti maħsuba sabiex iżidu l-kapaċità ta' l-Istati Membri għar-rispons u r-rijabilitazzjoni. Dawn il-proġetti huma mmirati primarjament sabiex itejbu l-mezzi, il-metodi tat-teknika u l-proceduri. L-iskop tagħhom għandu jinteressa lill-Istati Membri kollha, jew uħud minnhom, u jista’ jinkludi proġetti sabiex jiġu implimentati teknoloġiji ġodda li għandhom x'jaqsmu mat-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar. Iridu jiġu inkoraġġiti l-proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima Komunitarja: 50 % ta' l-ispiża totali ta' kull proġett, sa massimu ta' EUR 150000. | Ċ.L- Azzjonijiet ta' Appoġġ u Tagħrif 1.L-Impatt Ambjentali Azzjonijiet sabiex jappoġġjaw stħarriġiet dwar l-effetti fuq l-ambjent wara inċident, jivvalutaw il-miżuri tal-prevenzjoni u rimedjarji li mittieħda, u sabiex ixerrdu r-riżultati tagħhom u l-esperjenzi miksuba fost l-Istati Membri l-oħra. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima Komunitarja: 50 % ta' l-ispiża totali ta' kull azzjoni. | 2.Il-Konferenzi u l-okkażjonijiet Konferenzi u okkażjonijietoħradwarit-tniġġiż tal-baħar miftuħa għal udjenza kbira, b'mod partikolari meta jkunu jinvolvu numru ta' Stati Membri. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima Komunitarja: 30 % ta' l-ispiża totali ta' l-azzjoni sa massimu ta' EUR50000. | 3.Azzjonijiet oħra ta' appoġġ Azzjonijiet għalbiex jiddefinixxu l-iprem kwalità għall-iżvilupp tal-prinċipji u ta' gwida għal aspetti importanti tat-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar u għall-valutazzjoni tal-qafas għall-koperazzjoni. | Il-finanzjament ta' 100 %. | Miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar ir-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-munizzjon skartat f'munzelli, dwar iż-żoni interessati (inkluż il-kostruzzjoni tal-mappi) u dwar il-miżuri li jridujittieħdu b'rispons għal emerġenza. | Il-finanzjament ta' 100 %. | 4.It-Tagħrif Pubblikazzjonijiet, materjal għall-esibizzjonijiet, u tagħrif ieħor għall-pubbliku dwar il-koperazzoni Komunitarja fil-qasam tat-tniġġiż aċċidentali jew deliberat tal-baħar. | Il-finanzjament ta' 100 %. | D.Il-Mobilizzazzjoni tal-kompetenza Azzjoni għall-organizzazzjoni u l-ġbir ta' esperti li jappartjienu għat-task force Komunitarja sabiex jintervjienu fl-eventwalità ta' sitwazzjoni ta' emerġenza għalbiex isaħħu s-sistema stabbilia mill-awtoritajiet ta' Stat Membru jew pajjiż terz li jkunu qegħdin jiffaċċjaw emerġenza u sabiex jiġi pprovdut espert fuq ix-xena għalbiex jikkordina l-osservaturi minn Stati Membri oħra. | Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja: 100 % ta' l-ispejjeż tal-missjonijiet ta' l-esperti. | --------------------------------------------------