Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0540

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2000 li jistabbilixxi fil-prinċipju il-kompletezza tar-rapporti sottomessi għall-eżami dettaljat in vista tad-dħul possibbli ta’ RH-7281 (zoxamide), il-B-41;E-187 (milbemectin), il-BAS500F (pyraclostrobin) u l-AEF130360 (foramsulfuron) fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (notifikata bin-numru tad-dokument Ċ(2000) 2285)

    ĠU L 230, 12.9.2000, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/540/oj

    32000D0540



    Official Journal L 230 , 12/09/2000 P. 0014 - 0015


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’ Settembru 2000

    li jistabbilixxi fil-prinċipju il-kompletezza tar-rapporti sottomessi għall-eżami dettaljat in vista tad-dħul possibbli ta’ RH-7281 (zoxamide), il-B-41;E-187 (milbemectin), il-BAS500F (pyraclostrobin) u l-AEF130360 (foramsulfuron) fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (notifikata bin-numru tad-dokument Ċ(2000) 2285)

    (2000/540/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/141/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda l-t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE [2] u partikolarment l-Artikolu 6(3) ta’ l-istess,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ‘l quddiem imsejħa "id-Direttiva") stipulat l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja dwar is-sustanzi attivi awtorizzati sabiex jiġu inkorporati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2) Ġie sottomess rapport dwar is-sustanza attiva RH-7281 (zoxamide) mir-Rohm and Haas France SA lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-2 ta’ Ġunju 1999 bil-għan li jinkiseb id-dħul tagħha fl-Anness I għad-Direttiva.

    (3) Ġie sottomess rapport dwar is-sustanza attiva B-41; E-187 (milbemectin) mis-Sankyo Company Limited lill-awtoritajiet Olandiżi fis-6 ta’ Marzu 2000 bil-għan li jinkiseb id-dħul tagħha fl-Anness I għad-Direttiva.

    (4) Ġie sottomess rapport dwar is-sustanza attiva BAS500F (pyraclostrobin) mill-BASF AG lill-awtoritajiet Ġermaniżi fit-28 ta’ Frar 2000 bil-għan li jinkiseb id-dħul tagħha fl-Anness I għad-Direttiva.

    (5) Ġie sottomess rapport dwar is-sustanza attiva AEF130360 (foramsulfuron) mill-Aventis GmbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fit-30 ta’ Marzu 2000 bil-għan li jinkiseb id-dħul tagħha fl-Anness I għad-Direttiva.

    (6) L-awtoritajiet msemmija indikaw lill-Kummssjoni illi, b’eżaminazzjoni preliminari, ir-rapport jidher illi jissodisfa l-ħtiġijiet dwar l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ l-Anness II għad-Direttiva. Inoltrè, huma illi r-rapport jikkontjeni informazzjoni u tagħrif meħtieġ mill-Anness III għad-Direttiva fir-rigward ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanzi attivi ikkonċernati. Sussegwentement, skond id- dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), id-rapporti ġew sottomessi mill-applikant lill-Kummssjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

    (7) Id-rapport dwar ir-RH-7281 (zoxamide), il-B-41;E-187 (milbemectin), il-BAS500F (pyraclostrobin) u l-AEF130360 (foramsulfuron) ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-31 ta’ Mejju 2000.

    (8) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jitlob li jiġi konfermat fil-livell Komunitarju illi kull rapport għandu jiġi konsidrat illi jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġijiet dwar l-informazzjoni u t-tagħrif provvduti fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanza attiva interessata, fl-Anness III għad-Direttiva.

    (9) Tali konferma hija meħtieġa sabiex tiġi segwita l-eżaminazzjoni dettaljata tad-rapport kif ukoll sabiex tagħti lill-Istati Membri l-possibbilità li jikkonċedu awtorizzazjoni proviżorja lill-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjenu din is-sustanza attiva bir-rispett dovut għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u partikolarment il-kondizzjoni li ssir stima dettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward tal-ħtiġijiet tad-Direttiva.

    (10) Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax id-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant sabiex jissottometti iktar informazzjoni jew tagħrif, lill-Istat Membru konċernat li għandu jirrelata, sabiex jiġu ċarati ċerti punti fir-rapport. Is-sottomissjoni ta’ iktar informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi kjarifikat id-rapport m’għandhiex taffettwa t-terminu għas-sottomissjoni tar-rapport msemmi fir-reċitazzjoni 12.

    (11) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu illi r-Renju Unit għandu isegwi l-eżaminazzjoni dettaljata dwar id-rapport għar-RH-7281 (zoxamide), illi l-Olanda għandha ssegwi l-eżaminazzjoni dettaljata dwar id-rapport għall-B-41;E-187 (milbemectin) u li l-Ġermanja għandha ssegwi l-eżaminazzjoni dettaljata dwar id-rapport għall-BAS500F (pyraclostrobin) u l-AEF130360 (foramsulfuron).

    (12) Ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Ġermanja għandhom jirrappurtaw il-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjonijiet tagħhom akkompanjati bi kwalunkwe rakkommandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew in-non inklużjoni u kwalunkwe kondizzjonijiet relatati magħħom lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun u l-iktar tard f’perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    (13) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-segwenti rapporti jissodisfaw, fil-prinċipju, il-ħtiġijiet dwar l-informazzjoni u t-tagħrif stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III ta’ mad-Direttiva, tenut kont tal-użi proposti:

    1. ir-rapport sottomess mir-Rohm and Haas France SA lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan ta’ l-inklużjoni tar-RH-7281 (zoxamide) bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE u li ġie riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-31 ta’ Mejju 2000;

    2. ir-rapport sottomess mis-Sankyo Company Limited lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan ta’ l-inklużjoni tal-B-41;E-187 (milbemectin) bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE u li ġie riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-31 ta’ Mejju 2000;

    3. ir-rapport sottomess mill-BASF AG lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan ta’ l-inklużjoni tal-BAS500F (pyraclostrobin) bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE u li ġie riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-31 ta’ Mejju 2000;

    4. ir-rapport sottomess mill-Aventis GmbH lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan ta’ l-inklużjoni tal-AEF130360 (foramsulfuron) bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE u li ġie riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil- 31 May 2000.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Settembru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28.

    --------------------------------------------------

    Top