Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0299

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2000 li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-bidu ta' tagħmir tar-radju u ta' tagħmir ta' terminali tat-telekommunikazzjoni u ta' identifikanti assoċjati (notifikati fid-dokument Nru K(2000) 938) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 97, 19.4.2000, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/299/oj

    32000D0299



    Official Journal L 097 , 19/04/2000 P. 0013 - 0014


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta' April 2000

    li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-bidu ta' tagħmir tar-radju u ta' tagħmir ta' terminali tat-telekommunikazzjoni u ta' identifikanti assoċjati

    (notifikati fid-dokument Nru K(2000) 938)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2000/299/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat d-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tal-telekommunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b' mod partikolari Artikolu 4(1) ta' din,

    Billi:

    (1) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw interfaces regolati, sabiex l-ekwivalenza ta' bejniethom tkun tista' tiġi stabbilita.

    (2) Minħabba li huwa diġà magħruf li ċerti interfaces ta' tagħmir tar-radju huma ekwivalenti minn perspettiva regolatorja, l-ekwivalenza bejn dawn l-interfaces għandha tiġi stabbilita proviżorjament waqt li tkun għadha pendenti n-notifikazzjoni ta' interfaces regolati.

    (3) Esperti minn Stati Membri u mis-settur studjaw il-klassifikazzjoni ta' regolamenti dwar interfaces. Minn dawn l-istudji ġie konkluż li mhuwiex fl-interess tal-konsumatur jew ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza jekk ikun hemm klassifikazzjoni jew immarkar estensiv.

    (4) L-Istati membri għadhom ma innotifikawx l-interfaces regolati fit-territorji tagħhom.

    (5) Madanakollu, numru ta' interfaces huma magħrufa, b' mod partikolari dawk regolati permezz tar-Regolamenti Komuni Tekniċi adottati skond id-Direttiva 98/13/KE.

    (6) Huwa xieraq li jiġi klassifikat tagħmir li jista' jitpoġġa fuq is-suq fil-Komunita kollha u li jista jitpoġġa f' użu mingħajr restrizzjoni fi klassi waħda.

    (7) Huwa xieraq li dan l-tagħmir biss juri il-marka "CE".

    (8) Huwa madanakollu fl-interess ta' l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-konsumaturi li dawn jiġu mgħarrfa permezz ta' l-Identifikant tal-Klassi ta' l-Tagħmir meta jkun hemm limitazzjonijiet għat-tpoġġija fuq is-suq jew għall-użu ta' tagħmir tar-radju.

    (9) Proviżorjament l-tagħmir kollu fejn ikun hemm restrizzjonijiet ta' din ix-xorta jista' jiġi aggruppat fi klassi waħda.

    (10) Madanakollu klassijiet oħrajn jistgħu jiġu kkunsidrati wara li l-Istati Membri jkunu nnotifikaw l-interfaces regolati.

    (11) Ikun utli jekk il-klassijiet ma jiġux deskritti estensivament fir-rigward tat-tipi ta' tagħmir f' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Permanenti tad-Direttiva 1999/5/KE (TCAM) tippubblika u żżomm fuq il-web lista indikattiva u mhux eżawrenti ta' tagħmir għal kull klassi ta' tagħmir bħala gwida għal manufatturi. Il-manufatturi huma mħeġġa li jikkonsultaw organu notifikat għal prodotti fir-rigward ta' liema għadha mhijiex disponibbli xi forma ta' gwida.

    (12) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat TCAM,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Tagħmir tar-Radju u Tagħmir ta' Terminali ta' Telekommunikazzjonijiet, li jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża mingħajr restrizzjonijiet, għandu jikkostitwixxi klassi għalih. Din il-klassi għandha tissejjaħ "Klassi 1". Identifikant tal-Klassi ta' l-Tagħmir mhuwiex assenjat għal din il-klassi ta' apparat.

    2. Tagħmir tar-Radju fir-rigward ta' liema l-Istati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq l-użu kif previst f'Arikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/5/KE jew fir-rigward ta' liema l-Istati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq kif previst minn Artikolu 9(5) tad-Direttiva 1999/5/KE għandu jikkostitwixxi klassi għalih. Din il-klassi għandha tissejjaħ "Klassi 2". L-Identifikant ta' Klassi ta' Tagħmir li ġej huwa assenjat għal tagħmir f'din il-klassi:

    +++++ TIFF +++++

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm, b'konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Evalwazzjoni ta' Konformità tat-Telekommunikazzjoni u Sorveljanza tas-Suq (TCAM), lista indikattiva mhux eżawrenti ta' tagħmir li huwa fil-klassijiet hawn fuq imsemmija fuq il-website li fiha informazzjoni dwar id-Direttiva 1999/5/KE (http://europa.eu.int/comm/enterprise/rtte).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' April 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

    --------------------------------------------------

    Top