Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2761

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2761/1999 tat-22 ta’ Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 296/96 dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2776/88

    ĠU L 331, 23.12.1999, p. 57–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0883

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2761/oj

    31999R2761



    Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0057 - 0058


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2761/1999

    tat-22 ta’ Diċembru 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 296/96 dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2776/88

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u S tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi diretti ta’ appoġġ skond il-politika komuni agrikola [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Billi:

    (1) meta jippreżentaw id-dokumenti għall-prenotament mill-estimi finanzjarji Komunitarji tan-nefqa miġrura f’Mejju u f’Novembru ipprovduta fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2776/88 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2236/98 [4], l-Istati Membri għandhom jibagħtu magħhom tabella li tinkludi estratt mir-reġistru tad-debituri u li turi t-total tad-djun kollha identifikati imma għadhom mhux irkuprati skond it-Taqsima Garanziji tal-FAEGG. Ukoll, meta jippreżentaw id-dokumenti, sabiex jipprenotaw mill-estimi finanzjarji Komunitarji n-nefqa minfuqa f’April u f’Ottubru pprovduta fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 296/96, l-Istati Membri għandhom jibagħtu magħhom tabelli li juru l-ammonti miżmuma skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 u l-użu magħmul minn dawn l-ammonti skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' l-aħħar;

    (2) il-Kummissjoni, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 37(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1750/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji (FAEGG) [5], wara li għarrfet lill-Istati Membri interessati, għandha tissospendi temporanjament l-avvanzi ta’ kull xahar li għandhom x’jaqsmu man-nefqa minfuqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1750/1999, jekk id-dokumenti pprovduti fl-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-Regolament ma jiġux irċevuti sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena;

    (3) l-Istati Membri jistgħu jallokaw l-ammonti rrilaxxjati bi tnaqqis fil-ħlasijiet, effettwati fuq il-bażi ta' l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, għal ċerti miżuri addizzjonali ta’ żvilupp rurali pprovduti fl-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament. L-ammonti hekk miżmuma jridu jintużaw sat-tmiem tat-tielet sena finanzjarja wara dik li fiha jiġu miżmuma. L-ammonti mhux użati sat-tmiem ta’ dan il-perjodu taż-żmien iridu jiġu rkuprati billi jitnaqqas l-aħħar avvanz tas-sena finanzjarja. Id-disposizzjonijiet meħtieġa għal dan l-iskop għandhom jiġu miżjuda mar-Regolament (KE) Nru 296/96 u t-titolu tiegħu għandu jiġi addattat sabiex iqis dan ir-Regolament il-ġdid;

    (4) il-Kumitat tal-FAEGG u l-kumitati konġunti maniġerjali pprovduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 ma tawx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 296/96 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1) It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 dwar l-informazzjoni li trid tiġi trasmessa mill-Istati Membri u l-prenotament ta’ kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji (FAEGG) u li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999".

    2) Jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej ma' l-Artikolu 3:

    "6a. Darbtejn fis-sena, meta jiġu ppreżentati d-dokumenti riferiti fil-paragrafu 5 rigward il-prenotament mill-estimi finanzjarji Komunitarji tan-nefqa minfuqa, f'Mejju u f'Novembru għat-tabella riferita fil-punt (a), u f’April u f'Ottubru għat-tabella riferita fil-punt (b), l-Istati Membri għandhom idaħħlu magħhom:

    (a) tabella li tinkludi estratt mir-reġistru tad-debituri u li turi d-djun kollha identifikati iżda għadhom mhux irkuprati sa l-aħħar ta’ April u fit-tmiem tas-sena finanzjarja rigward it-Taqsima Garanziji tal-FAEGG;

    (b) it-tabelli li juru s-sitwazzjoni, fl-aħħar ta’ April u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, dwar l-ammonti miżmuma skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 u l-użu magħmul minn dawn l-ammonti skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament."

    3) Il-paragrafu li ġej jiġi miżjud ma' l-Artikolu 4:

    "6. Fejn id-dokumenti riferiti fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1750/1999 ma jiġux irċevuti mill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha, wara li tinnotifika lill-Istati Membri interessati, tissospendi l-ħlas ta' l-avvanz li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża miġbura skond dan ir-Regolament għax-xahar ta’ Awissu.

    Fejn dawn id-dokumenti jiġu rċevuti mill-1 sal-15 ta’ Ottubru, il-ħlas ta' l-avvanz riferit fis-subparagrafu ta’ qabel għandu jiġi ddiferit bl-istess numru ta’ ġranet li għalihom id-dokumenti jiġu rċevuti tard.

    Fejn id-dokumenti jiġu rċevuti wara l-15 ta’ Ottubru, il-ħlas ta' l-avvanzi li għandhom x'jaqsmu man-nefqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1750/1999 rigward ix-xhur ta’ Awissu, Settembru u Ottubru għandu jitwaqqaf sal-ħlas ta’ l-avvanz li għandu x'jaqsam man-nefqa għax-xahar ta’ Frar tas-sena ta’ wara.

    Dawn l-ammonti sospiżi għandhom jiġu koperti b’impenn globali għas-sena finanzjarja tas-sospensjoni."

    4) L-Artikolu 6 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 6

    1. L-ammonti miżmuma skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 għandhom jintużaw sat-tmiem tat-tielet sena finanzjarja wara dik li matulha jkunu ġew miżmuma għall-ħlas tal-miżuri addizzjonali ta’ appoġġ Komunitarju skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament.

    2. L-ammonti miżmuma u mhux imħallsa skond il-paragrafu 1 għandhom jitnaqqsu mill-avvanzi li għandhom x'jaqsmu man-nefqa għalOttubru tas-sena finanzjarja interessata."

    5) Il-punt li ġej jiġi miżjud ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1):

    "(ċ) in-nefqa li trid tiġi ddikjarata ma għandhiex tqis it-tnaqqis magħmul skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999."

    6) Fl-Artikolu 8, il-kliem "l-Artikolu 3(6)" jiġi mibdul bil-kliem "l-Artikolu 3(6) u (6a)".

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika għan-nefqa minfuqa mill-1 ta’ Jannar 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

    [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 113.

    [3] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.

    [4] ĠU L 281, tas-17.10.1998, p. 9.

    [5] ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 31.

    --------------------------------------------------

    Top