Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2723

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2723/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni tal-frieħ ta' organiżmi tal-baħar

    ĠU L 328, 22.12.1999, p. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1241

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2723/oj

    31999R2723



    Official Journal L 328 , 22/12/1999 P. 0009 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2723/1999

    tas-17 ta' Diċembru 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni tal-frieħ ta' organiżmi tal-baħar

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi:

    (1) Tbiddlet iż-żona fejn, u ż-żmien illi fih, ibejtu ċerti stokks ta' aringi u għaldaqstant tbiddlu wkoll id-disposizzjonijiet speċjali li għandhom x'jaqsmu mas-sajd fiż-żona msemmija u matul il-perjodu taż-żmien imsemmi;

    (2) L-Artikolu 29 tar-regolament (KE) Nru 850/98 [3] fih numru ta' eżenzjonijiet għall-użu ta' rkaptu speċifiku tas-sajd; dawn l-eżenzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għat-tip tat-tartarun Daniż; billi bi svista, oriġinarjament eżenzjonijiet għal dan l-irkaptu ma kinux inklużi f'dak l-Artikolu; għaldaqstant it-tartarun Daniż għandu jiġi inkluż fost l-eżenzjonijiet ta' l-Artikolu 29;

    (3) L-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 jipprojbixxi l-użu tat-tartaruni fuq ġlejjeb ta' ħut li jinsabu flimkien ma’ mammiferi tal-baħar; dan l-użu għandu jkun aċċettabbli fil-każ ta' bastimenti tas-sajd li jaħdmu skond il-kondizzjonijiet miftiehma fil-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel, li l-Komunità ddeċidiet illi tapplika provviżorjament bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/386/KE [4]; għaldaqstant, għal dan il-għan, għandha tiżdied klawsola ta' eżenzjoni ma’ l-Artikolu 33;

    (4) L-Anness VI li jistabbilixxi l-kategoriji tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek għal irkaptu fiss li jintuża għall-qbid ta' ċerti speċji ta' ħut jew gruppi ta' speċi ta' ħut; fid-dawl tal-fatti magħrufa ("data") disponibbli għall-Kummissjoni, il-kategoriji tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek għal żewġ speċji ta' gattarell għandhom jiġu riveduti;

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 805/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 20(1), subparagrafu (f) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "(f) (i) mill-21 ta' Settembru sal-15 ta' Novembru, ġewwa parti mit-Taqsima VIIa ta' l-ICES imdawra bil-kosta ta' l-Isle of Man u l-linji dritti miġbuda konsekuttivament bejn il-kordinati li ġejjin:

    - il-latitudni 54°20′00″ T, lonġitudni 04°25′05″ P u l-latitudni 54°20′00″ T, lonġitudni 03°57′02″ P,

    - il-latitudni 54°20′00″ T, lonġitudni 03°57′02″ P u l-latitudni 54°17′05″ T, lonġitudni 03°56′08″ P,

    - il-latitudni 54°17′05″ T, lonġitudni 03°56′08″ P u l-latitudni 54°14′06″ P, lonġitudni 03°57′05″ P,

    - il-latitudni 54°14′06″ T, lonġitudni 03°57′05″ P u l-latitudni 54°00′00″ T, lonġitudni 04°07′05″ P,

    - il-latitudni 54°00′00″ T, lonġitudni 04°07′05″ P u l-latitudni 53°51′05″ T, lonġitudni 04°27′08″ P,

    - il-latitudni 53°51′05″ T, lonġitudni 04°27′08″ P u l-latitudni 53°48′00″ T, lonġitudni 04°50′00″ P,

    - il-latitudni 53°48′05″ T, lonġitudni 04°50′00″ P u l-latitudni 54°04′05″ T, lonġitudni 04°50′00″ P;

    (ii) mill-21 Settembru sal-31 Diċembru, ġewwa l-parti tat-Taqsima VIIa ta' l-ICES imdawra bil-kordinati li ġejjin:

    - il-lvant tal-kosta ta' l-Irlanda ta' Fuq fil-latitudni 54°15′ T,

    - il-latitudni 54° 15′ T, lonġitudni 5°15′ P,

    - il-latitudni 53°50′ T, lonġitudni 5°50′ P,

    - il-lvant tal-kosta ta' l-Irlanda fil-latitudni 53°50′ T;";

    2. L-Artikolu 29(4) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) Fis-subparagrafu (a), l-ewwel inċiż, il-kliem

    "għandhom jiġu awtorizzati jistadu fiż-żoni rifetiti f’dan il-paragrafu bl-użu ta' tartaruni tal-lontri li jitkarkru ’l fuq minn qiegħ il-baħar"

    għandhom jinbidlu bi:

    "għandhom jiġu awtorizzati jistadu fiż-żoni rriferiti f'dak il-paragrafu bl-użu ta' tartaruni tal-lontri li jitkarkru ’il fuq minn qiegħ il-baħar jew ta' tartaruni Daniżi".

    (b) Is-subparagrafu (b) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i) Il-frażi introduttorja għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    "(i) Madankollu, bastimenti illi l-qawwa tal-magna tagħhom taqbeż il-221 kW għandu jkollhom il-permess li juzaw tartaruni tal-lontri li jitkarkru ’l fuq minn qiegħ il-baħar jew ta' tartaruni Daniżi, jew bastimenti mżewġa illi l-qawwa tal-magni tagħhom flimkien taqbeż il-221 kW għandu jkollhom il-permess illi jużaw pari ta' tartaruni tal-lontri li jitkakru ’l fuq minn qiegħ il-baħar, basta iżda illi:";

    (ii) Fil-punt (ii) l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul bi:

    "fil-każ ta' tartaruni tal-lontri li jitkarkru ’l fuq minn qiegħ il-baħar jew pari ta' tartaruni li jitkarkru ’l fuq minn qiegħ il-baħar, id-daqs tal-malji tax-xbiek użat huma ta' mill-inqas 100 millimetru, u";

    (iii) Għandu jiżdied punt ġdid kif ġej:

    "(iv) fil-każ tat-tartarun Daniż, id-daqs tal-malji tax-xbiek użat huma ta' mill-inqas 100 millimetru";

    3. Fl-Artikolu 29(5), il-kliem

    "Ġewwa ż-żoni fejn ma jistgħux jintużaw tartaruni bit-travu, tartaruni tal-lontri jew tartaruni tat-tkarkir għall-ħut tal-qiegħ bil-par"

    għandhom jiġu mibdula bi:

    "Ġewwa ż-żoni fejn ma jistgħux jintużaw tartaruni bit-travu, tartaruni tal-lontri, tartaruni tat-tkarkir għall-ħut tal-qiegħ bil-par jew tartaruni Daniżi";

    4. Fl-Artikolu 33, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3. Madankollu, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawk il-bastimenti li jaħdmu fuq kondizzjonijiet miftiema fil-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel (Washington, 15 ta' Mejju 1998) u ffirmat mill-Komunità fit-12 ta' Mejju 1999. L-ismijiet u l-karatteristiċi tekniċi ta' dawn il-bastimenti għandhom jiddaħħlu f'lista li għandha tiġi mibnija mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura rriferita fl-Artikolu 48.";

    5. L-Anness VI għandu jiġi mibdul bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. HemilÄ

    [1] Opinjoni mogħtija fit-2 ta' Diċembru 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    [2] ĠU C 209, tas-27.7.1999.

    [3] ĠU L 125, tas-27.4.1998, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1459/1999 (ĠU L 168, tat-3.7.1999, pġ. 1).

    [4] ĠU L 147, tat-12.6.1999, pġ. 23.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS VI

    Qabdiet ta' Petriċi (Lophius spp.) maqbuda mis-sub-żoni VI u VII u miżmuma abbord in eċċess tat-30 % tal-qabda abbord minn dawk iż-żoni għandhom jinqabdu minn xbieki li għandhom il-malji b'qies minimu ta' 250 mm jew akbar.RKAPTU FISS: Ir-Reġjuni 1 u 2

    Malji | | Speċji | 10-30 mm | 50-70 mm | 90-99mm | 100-119mm | 120-219mm | <220mm |

    Sardina (Sardina pilchardus) | * | * | | * | * | * | |

    Sallur (Anguila anguila) | * | * | * | * | * | * | |

    Sprat (Sprattus sprattus) | * | * | * | * | * | * | |

    Sawrella għajnejha kbar (Trachurus spp.) | | * | * | * | * | * | |

    Aringa (Clupea harengus) | | * | * | * | * | * | |

    Kavall Scomber spp.) | | * | * | * | * | * | |

    Trilja tal-faxxi (Mullidae) | | * | * | * | * | * | |

    Msella (Belone spp.) | | * | * | * | * | * | |

    Spnotta (Dicentrarchus labrax) | | | * | * | * | * | |

    Mulett (Mugilidae) | | | * | * | * | * | |

    Gattarell (Scyliorhinus canicula) | | | * | * | * | * | |

    Dab (Limanda limanda) | | | | * | * | * | |

    Haddock (Meglanogrammus aeglefinus) | | | | * | * | * | |

    Makku (Merlangius merlangus). | | | | * | * | * | |

    Ngwanta (Platichthys flesus) | | | | * | * | * | |

    Lingwata Solea vulgaris) | | | | * | * | * | |

    Barbun tat-tbajja’ (Pleuronected platessa) | | | | * | * | * | |

    Siċċa (Sepia officinalis) | | | | * | * | * | |

    Bakkaljaw Gadus morhua) | | | | | * | * | |

    Bakkaljaw (Pollachius pollachius) | | | | | * | * | |

    Linarda (Molva molva) | | | | | * | * | |

    Saithe (Pollachius virens) | | | | | * | * | |

    Merluzz (Merluccius merluccius) | | | | | * | * | |

    Mazzola (Squalus acanthias) | | | | | * | * | |

    Gattarell tar-Rukkal Scyliorhinus stellaris) | | | | | * | * | |

    Megrim (Lepidorhombus spp.) | | | | | * | * | |

    Kavall (Cyclopterus lumpus) | | | | | * | * | |

    L-organiżmi kollha tal-baħar | | | | | | * | |

    "

    --------------------------------------------------

    Top