Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1804

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/1999 tad-19 ta' Lulju 1999 li jissuplimenta r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU L 222, 24.8.1999, p. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1804/oj

    31999R1804



    Official Journal L 222 , 24/08/1999 P. 0001 - 0028


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/1999

    tad-19 ta' Lulju 1999

    li jissuplimenta r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 [4] jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tressaq proposti qabel it-30 ta' Ġunju 1995 li jkollhom x'jaqsmu mal-prinċipji għal, u spezzjoni speċifika ta' miżuri li jkopru produzzjoni organika ta' bhejjem, prodotti ta' bhejjem mhux iproċessati u prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jkun fihom ingredjenti ta' oriġini ta' annimali;

    (2) It-talba għal prodotti agrikoli prodotti b'mod organiku qed tiżdied u konsumaturi qed ikunu attratti dejjem iżjed minn tali prodotti;

    (3) Produzzjoni ta' bhejjem tippermetti li tkun mkabbra dik il-varjetà ta' prodotti u tippermetti l-iżvilupp fuq ażjendi agrikoli li jħaddmu biedja organika ta' attivitajiet komplimentarji li jirrapreżentaw sehem maġġuri ta' dħul;

    (4) Dan ir-Regolament jarmonizza regoli ta' produzzjoni, ittikkettjar u spezzjoni għall-aktar speċi ta' bhejjem rilevanti; għal speċi, minbarra speċi akwatiċi, li għalihom ma' ġew żviluppati l-ebda regoli ta' produzzjoni f'dan ir-Regolament, jkun xieraq għal protezzjoni tal-konsumatur li jkunu armonizzati ta' l-inqas il-ħtiġijiet ta' ttikkettjar u s-sistema ta' spezzjoni; għal prodotti ta' akwakultura tali regoli għandhom ikunu żviluppati kemm jista' jkun malajr;

    (5) Barra minn hekk, produzzjoni ta' bhejjem hi fundamentali għall-organizazzjoni ta' produzzjoni agrikola fuq ażjenda ta' produzzjoni organika sakemm tipprovdi l-materja u nutrijenti organiċi neċessarji għal raba' kultivat u b'hekk tikkontribwixxi għal titjib fil-ħamrija u l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli;

    (6) Sabiex ikun evitat tniġġis ambjentali, b'mod partikolari ta' riżorsi naturali bħall-ħamrija w ilma, produzzjoni organika ta' bhejjem għandha fil-prinċipju tipprovdi għal relazzjoni fil-qrib bejn tali produzzjoni u r-raba', sistemi ta' rotazzjoni multiannwali sostenibbli u l-għalf ta' bhejjem bi prodotti ta' kultivazzjonijiet ta' biedja agrikola magħmula fuq l-ażjenda nnifisa;

    (7) Sabiex ikun evitat tniġġis ta' ilma b'taħlitiet nitroġenużi, ażjendi ta' bhejjem ta' produzzjoni organika għandhom ikollhom kapaċità ta' ħżin xierqa u pjanijiet għat-tixrid ta' xħit il-barra ta' solidi u likwidi mill-bhejjem;

    (8) Tkabbir pastorali tal-bhejjem imwettaq bi qbil mar-regoli ta' biedja agrikola hi attività li tixraq b'mod partikolari għaż-żamma u sfruttar tal-potenzjal ta' żoni abbandunati;

    (9) Għandha tkun mħeġġa diversità bijoloġika mifruxa u l-għażla ta' razez għandha tagħti każ tal-kapaċità tagħhom li jadattaw għal kundizzjonijiet klimatiċi;

    (10) Organiżmi mmodifikati ġenetikament (GMO) u prodotti li ġejjin minnhom m'humiex kompatibbli mal-metodu ta' produzzjoni organiku; sabiex iżommu l-fiduċja tal-konsumatur fi produzzjoni organika, organiżmi modifikati ġenetikament, partijiet minnhom u prodotti li ġejjin minnhom m'għandhomx jintużaw fi prodotti ttikkettjati li jkunu ġejjin minn produzzjoni organika;

    (11) Il-konsumaturi għandhom jingħataw garanziji li l-prodotti ġew prodotti bi qbil ma' dan ir-Regolament; sa fejn ikun teknikament possibbli, dan għandu jkun bażat fuq l-intraċċar ta' prodotti tal-bhejjem;

    (12) Il-bhejjem għandhom jingħalfu b'ħaxix, għalf, u affarijiet tal-għalf magħmula bi qbil mar-regoli ta' biedja organika;

    (13) Taħt iċ-ċirkostanzi preżenti, rziezet tal-bhejjem jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet f'li jassiguraw provisti ta' affarijiet għall-għalf għal bhejjm imkabbra b'mod organiku u għalhekk għandha tingħata awtorizazzjoni proviżorja għal numru limitat ta' affarijiet għall-għalf magħmula b'mod mhux organiku li għandhom jintużaw fi kwantitajiet ristretti;

    (14) Barra minn dan, sabiex ikun provdut għall-ħtiġijiet ta' nutrizzjoni ta' bhejjem, jista' jkun hemm bżonn li jintużaw ċerti minerali, elementi ta' traċċi u vitamini skond kundizzjonijiet definiti sew;

    (15) Il-maniġġjar dwar is-saħħa ta' l-annimal għandu jkun bażat fuq il-prevenzjoni, b'miżuri bħal għażla xierqa ta' razez u tipi, dieta bilanċjata ta' kwalità għolja u ambjent favorevoli, b'mod partikolari, f'dak li għandu x'jaqsam ma' densità ta' tkabbir, post għall-bhejjem u prattiċi ta' biedja;

    (16) L-użu preventiv ta' prodotti mediċinali allopatiċi sintetizzati kimikalment m'huwiex permess f'biedja organika;

    (17) Iżda, meta annimali jimirdu jew jindarbu, għandhom ikunu trattati iimmedjatament billi tingħata preferenza għal prodotti mediċinali omeopatiċi jew fitoterapewtiċi u billi jkun limitat l-użu għal minimu strett ta' prodotti mediċinali allopatiċi sintetizzati kimikament sabiex tkun garantita l-integrità ta' produzzjoni organika għal konsumaturi għandu jkun possibbli li jittieħdu miżuri restrittivi bħal li jkun irduppjat il-perijodu ta' rtirar wara użu ta' prodotti mediċinali allopatiċi sintetizzati kimikament;

    (18) F'ħafna mill-każijiet bhejjem għandhom ikollhom aċċess għal eżerċizzju free range jew mergħa, jekk jippermettu l-kundizzjonijiet tat-temp, u tali nħawi free-range għandhom fil-prinċipju jkunu organizzati b'sistema xierqa ta' rotazzjoni;

    (19) Għandu jkun provdut bix-xieraq post għall-ispeċi kollha ta' bhejjem li għandu jissodisfa l-ħtiġijiet ta' l-annimali konċernati f'dak li għandu x'jaqsam ma' ventilazzjoni, dawl, spazju u kumdità u spazju biżżejjed sabiex ikun hemm biżżejjed libertà ta' moviment għal kull annimal u sabiex tkun żviluppata l-imġieba soċjali naturali ta' l-annimal;

    (20) Ħidmiet sistematiċi li jwasslu għal stress, ħsara, mard jew it-tbatija ta' annimali matul il-produzzjoni, immaniġjar, trasport jew fażijiet ta' qtil għandhom ikunu mnaqqsa għall-minimu; iżda, jistgħu ikunu permessi interventi speċifiċi essenżjali għal ċerti tipi ta' produzzjoni; l-użu ta' ċerti sustanzi li jġibu tkabbir jew il-modifikazzjoni ta' ċikli ta' tkabbir m'humiex kompatibbli mal-prinċipji ta' biedja organika;

    (21) Il-karatteristiċi ta' żamma tan-naħal jitolbu għal dispożizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw li s-sorsi ta' pollinu u nettaru ta' kwalità adekwata jkunu disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti;

    (22) L-operaturi kollha li jpoġġu fis-suq prodotti ta' bhejjem imkabbra b'mod organiku għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet regolari u uniformi; reġistru għandu jinżamm aċċessibbli fl-ażjenda u aġġornat b'dettalji ta' bhejjem li jaslu u jew li joħorġu mill-ażjenda u kull trattament li jkun ingħata;

    (23) Differenzi reġjonali f'kundizzjonijiet agrikoli u klimatoloġiċi jsejjħu għal ċerti perijodi transizzjonali għal ċerti prattiċi, u li jkollhom x'jaqsmu ma' l-karatteristiċi ta' bini w stallazzjonijiet għal bhejjem;

    (24) Id-diversità kurrenti ta' prattiċi stabbiliti ta' produzzjoni organika ta' bhejjem bejn l-Istati Membri teħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri li japplikaw aktar regoli ristrettivi għall-bhejjem u prodotti ta' bhejjem magħmula fit-territorju tagħhom;

    (25) L-indikazzjonijiet fl-ittikkettjar, materjal pubbliċitarju jew dokumenti kummerċjali li jkunu kkunsidrati mill-konsumatur bħala riferenza għall-metodu ta' produzzjoni organika huma riservati bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għal prodotti magħmula bi qbil ma' dak ir-Regolament;

    (26) Ċerti indikazzjonijet huma ġeneralment ikkunsidrati mill-konsumatur bħala riferenza għall-metodu ta' produzzjoni organika;

    (27) Iżda, huwa neċessarju li jkun provdut perijodu ta' transizzjoni sabiex ikun permess għal pussessuri ta' marki tan-negozju sabiex jadattaw il-produzzjoni tagħhom għall-ħtiġijiet ta' biedja organika, sakemm dak il-perjodu ta' transizzjoni jkun disponibbli biss għal marki tan-negozju li juru l-indikazzjonijiet msemmija qabel fejn tkun saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni qabel il-pubblikazzjoni ta' Regolament (KEE) Nru 2092/91 u li l-konsumatur jkun infurmat b'mod xieraq bil-fatt li l-prodotti ma jkunux magħmula skond il-metodu ta' produzzjoni organika,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 hu min issa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "L-Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti segwenti, fejn tali prodotti juru, jew huma maħsuba li juru, indikazzjonijiet li jirriferu għall-metodu ta' produzzjoni organika:

    (a) prodotti ta' koltivazzjonijiet agrikoli mhux proċessati; kif ukoll bhejjem u prodotti ta' bhejjem mhux proċessati, sal-punt li prinċipji ta' produzzjoni u regoli ta' spezzjoni speċifiċi għalihom jkunu ntrodotti f'L-Annessi I u III;

    (b) prodotti ta' koltivazzjonijiet agrikoli pproċessati u prodotti ta' bhejjem maħsuba għall-konsum mill-bniedem preparati essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar ta' oriġini mill-pjanti u/jew annimali;

    (ċ) għalf, għalf bilanċjat u materjal għall-għalf mhux koperti skond is-subparagrafu (a) sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 3.

    2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta r-regoli ta' produzzjoni dettaljati ma jkunux preskritti f'L-Anness I għal ċerti speċi ta' annimali, r-regoli li hemm provduti għal tikkettjar fl-Artikolu 5 u għall-ispezzjonijiet f'L-Artikoli 8 u 9 għandhom japplikaw għal dawn l-ispeċi u l-prodotti minnhom, bl-eċċezzjoni ta' akwakultura u prodotti ta' akwakultura. Sakemm ikunu inklużi regoli ta' produzzjoni ddettaljati, regoli nazzjonali jew fin-nuqqas tagħhom, livelli privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri għandhom japplikaw.

    3. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-24 ta' Awissu 2001, tipproponi regolament bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 14 li jipprovdi għal ħtiġijiet ta' tikkettjar kif ukoll ħtiġijiet ta' spezzjoni u miżuri prekawzjonarji għal prodotti msemmija fil-paragrafu (1)(ċ), sa fejn dawn il-ħtiġijiet jkollhom x'jaqsmu mall-metodu ta' produzzjoni organika.

    Sakemm ikun adottat ir-Regolament li hemm riferenza għalih fl-ewwel subparagrafu għall-prodotti msemmija fil-paragrafu (1)(ċ), għandhom japplikaw regoli nazzjonali b'konformità ma' liġi tal-Komunità jew, fin-nuqqas tagħha, livelli privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri.";

    2. L-Artikolu 2 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "L-Artikolu 2

    bl-Ispanjol : ecológico,

    bid-Daniż : økologisk,

    bil-Ġermaniż : ökologisch, biologisch,

    bil-Grieg : βιολογικό,

    bl-Ingliż : organic,

    bil-Franċiż : biologique,

    bit-Taljan : biologico,

    bl-Olandiż : biologisch,

    bil-Portugiż : biológico,

    bil-Finlandiż : luonnonmukainen,

    bl-Isvediż : ekologisk.";

    3. L-Artikolu 3 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità jew dispożizzjonijiet nazzjonali, f'konformità mal-liġi tal-Komunità, dwar prodotti speċifikati fl-Artikolu 1, bħal dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni, preparazzjoni, tikkettjar u spezzjoni, li jinkludu leġislazzjoni f'affarijiet tal-ikel u għalf għall-annimali.";

    4. Id-definizzjoni "preparazzjoni" fl-Artikolu 4(3) għandha tkun mibdula bis-segwenti:

    "preparazzjoni" : għandha tfisser il-ħidmiet ta' priservar u/jew proċessar ta' prodotti agrikoli (li jinkludu qtil u qtugħ għal prodotti minn bhejjem), kif ukoll pakkettjar u/jew alterazzjonijiet magħmula għall-itikkettjar li għandu x'jaqsam mal-preżentazzjoni tal-metodu ta' produzzjoni organika tal-prodotti friski, priservati u/jew proċessati;"

    5. Id-definizzjonijiet segwenti għandhom jiżdiedu ma’ l-Artikolu 4:

    "produzzjoni ta' bhejjem"; għandha tfisser il-produzzjoni ta' annimali ta' l-art domestiċi jew domestikati (inklużi insetti) u speċi akwatiċi mrobbija f'ilma frisk, mielaħ jew salmastru. Il-prodotti ta' kaċċa u sajd ta' annimali selvaġġi ma għandhomx ikunu kunsidrati bħala produzzjoni organika;

    "organiżmi modifikati ġenetikament (GMO)"; għandha tfisser kull organiżmu kif definit fl-Artikolu 2 tad- Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament [5] ;

    "tnissil ta' GMO"; għandha tfisser kull sustanza li tkun prodotta minn jew prodotta permezz ta' GMO iżda li ma jkunux fiha lilhom;

    "użu ta' GMO u tnissil ta' GMO"; għandha tfisser użu tagħhom bħala affarijiet ta' l-ikel, ingredjenti ta' l-ikel (li jinkludu żjidiet u essenzi), għajnuniet ta' proċessar (li jinkludu extraction solvents), għalf, għalf bilanċjat u materjal għall-għalf, żjidiet mal-għalf, għajnuniet ta' proċessar għal affarijiet ta' għalf, ċerti prodotti wżati f'nutrizzjoni ta' annimali (skond id-Direttiva 82/471/KEE) [6], prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti, prodotti mediċinali veterinarji, fertilizzanti, kundizzjonaturi tal-ħamrija, żrieragħ, materjal riproduttiv veġetali u bhejjem;

    "prodotti mediċinali veterinarji"; għandha tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE tas-26 ta' Jannar 1965 dwar l-approssimazzjoni ta' dispożizzjonijiet preskritti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandha x'taqsam ma’ prodotti mediċinali [7];

    "prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi"; għandha tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 1(1) tad- Direttiva tal-Kunsill 92/74/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 li jkabbar l-għan tad- Direttiva 81/851/KEE dwar l-approssimazzjoni ta' dispożizzjonijiet preskritti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandhom x’ jaqsmu ma’ prodotti mediċinali u li jippreskrivi dispożizzjonijiet żejda dwar prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi [8];

    "affarijiet ta' għalf"; għandha tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar it-tpoġġija fis-suq ta' affarijiet ta' għalf bilanċjati [9];

    "materjali ta' għalf"; għandha tfisser prodotti kif definit fl-Artikolu 2(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali tal-ikel, li jemenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u li jneħħi d-Direttiva 77/101/KEE [10];

    "affarijiet tal-għalf komposti"; għandha tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 79/373/KEE;

    "żidiet ta' l-għalf"; għandha tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li jkollhom x'jaqsmu ma’ żjidiet f'affarijiet ta' għalf [11];

    "ċerti prodotti wżati għal għalf ta' annimali"; għandha tfisser prodotti ta' għalf fl-għan tad- Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li jkollhom x'jaqsmu ma’ ċerti prodotti wżati f'għalf ta' annimali;

    "unità/ażjenda/razzett tal-bhejjem ta' produzzjoni organika"; għandha tfisser unità, ażjenda, razzett tal-bhejjem li jikkonforma mar-regoli ta' dan ir-Regolament;

    "affarijiet ta' għalf/materjali ta' għalf magħmula b'mod organiku"; għandha tfisser materjali ta' affarijiet ta' għalf/materjali ta' għalf magħmula bi qbil mar-regoli ta' produzzjoni preskritti fl-Artikolu 6;

    "affarijiet ta' għalf/materjali ta' għalf fil-bidla"; għandha tfisser affarijiet ta' għalf/materjali ta' għalf li jikkonformaw mar-regoli ta' produzzjoni preskritti fl-Artikolu 6, minbarra għall-perijodu ta' trasformazzjoni fejn dawk ir-regoli japplikaw għal mill-inqas sena qabel il-ħsad;

    "affarijiet ta' għalf/materjali ta' għalf għandha tfisser affarijiet ta'"; għalf/materjali ta' għalf mhux koperti bil-kategoriji msemmija fil-paragrafi 23 u 24.";

    6. is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied ma l-Artikolu 5(3):

    "(h) il-prodott jkun ġie magħmul mingħajr użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament u/jew kull prodott li jkun ġej minn tali organiżmi.";

    7. is-subparagrafu segwenti għandu jiddaħħal fl-Artikolu 5:

    "3a. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 3, marki tan-negozju li juru indikazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2, jistgħu jibqgħu jintużaw sal-1 ta' Lulju 2006 fl-ittikkettjar u pubbliċità ta' prodotti li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament sakemm:

    - reġistrazzjoni tal-marka tan-negozju tkun saret applikazzjoni għaliha qabel it-22 ta' Lulju 1991 — u fil-Finlandja, l-Awstrija, u l-Isvezja qabel l-1 ta' Jannar 1995 — u tkun f'konformità ma’ l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 li tqarreb il-liġijiet ta' l-Istati Membri li jkollhom x'jaqsmu ma marka tan-negozju [12], u

    - il-marka tan-negozju tkun diġa riprodotta b'indikazzjoni ċara, prominenti u li tinqara faċilment li l-prodotti m'humiex magħmula skond il-metodu ta' produzzjoni organika kif preskritta f'dan ir-Regolament.";

    8. il-bidu ta' l-Artikolu 5(5) għandu jinqara kif ġej:

    "5. Prodotti ta' kultivazzjonijiet tikkettjati jew riklamati bi qbil mall-paragrafi 1 jew 3 jistgħu juru indikazzjonijiet li jirriferu għal bdil għall-metodu ta' produzzjoni organika, sakemm:";

    9. L-Artikolu 5(5)(d) għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "(d) il-prodott ikun fih biss ingredjent ta' kultivazzjoni waħda ta' oriġini agrikola.";

    10. Is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied ma’l-Artikolu 5(5):

    "(f) il-prodott jkun ġie magħmul mingħajr użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament u/jew kull prodott li jkun ġej minn tali organiżmi.";

    11. Is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 5(5a):

    "(i) il-prodott jkun ġie magħmul mingħajr użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament u/jew kull prodott li jkun ġej minn tali organiżmi.";

    12. L-Artikolu 5(10) għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "10. Fi prodott kif hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1(1), paragrafi (a) u (b), ingredjent miksub skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 6 m'għandhomx ikunu preżenti flimkien bl-istess ingredjent li ma jkunx miksub bi qbil ma' dawk ir-regoli.";

    13. L-Artikolu 6(1) għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "1. Il-metodu ta' produzzjoni organika jimplika li għall-produzzjoni ta' prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(a) minbarra żrieragħ u materjal ta' propogazzjoni tal-ħaxix:

    (a) ta’ l-inqas il-ħtiġijiet ta' l-Anness I u, fejn ikun xieraq, ir-regoli dettaljati li għandhom x'jaqsmu miegħu għandhom ikunu sodisfatti;

    (b) prodotti bilanċjati biss ta' sustanzi msemmija f'L-Anness I jew elenkati f'L-Anness II jistgħu jkunu wżati bħala prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti, fertilizzanti, kundizzjonaturi tal-ħamrija, affarijiet ta' għalf, materjali ta' għalf, affarijiet ta' għalf bilanċjati, żjidiet ta' għalf, sustanzi wżati f'għalf għall-annimali skond id-Direttiva 82/471/KEE, prodotti ta' tindif u disinfettar għal bini w installazzjonijiet ta' bhejjem, prodotti għal kontroll ta' parassiti jew mard f'bini w installazzjonijiet ta' bhejjem jew għal kull għan ieħor fejn tali għan ikun speċifikat f'L-Anness II f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ċerti prodotti. Jistgħu jkunu wżati biss skond il-kundizzjonijiet speċifiċi preskritti f'L-Annessi I u II sakemm l-użu li jikkorrispondi jkun awtorrizat f'agrikoltura ġenerali fl-Istati Membri konċernati bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità rilevanti jew dispożizzjonijiet nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Komunità’

    (ċ) materjal ta' propagazzjoni ta' żerriegħa jew ħaxix prodott mill-metodu ta' produzzjoni organika li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2 biss jkun użat;

    (d) organiżmi modifikati ġenetikament u/jew kull prodott li jkun ġej minn tali organiżmi m'għandhomx ikunu wżati, bl-eċċezzjoni ta' prodotti mediċinali veterinarji.";

    14. L-Artikolu 6(2) għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "2. Il-metodu ta' produzzjoni organika timplika li għal żrieragħ u materjal riproduttiv ta' ħaxix, il-pjanta oriġinali fil-każ ta' żrieragħ u l-pjanti ġenituri fil-każ ta' materjal riproduttiv ta' ħaxix jkunu ġew prodotti:

    (a) mingħajr użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament u/jew kull prodott li jkun ġej minn tali organiżmi, u

    (b) bi qbil ma’ subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 1 għal mill-inqas ġenerazzjoni waħda jew, fil-każ ta' kultivazzjonijet perenni, żewġ staġuni ta' tkabbir.";

    15. fl-Artikolu 6(3)(a) u (b) id-data "31 ta' Diċembru 2000" għandha tkun mibdula bi "31 ta' Diċembru 2003";

    16. fl-Artikolu 6(4) id-data 31 ta' Diċembru 1999 għandha tkun mibdula b31 ta' Diċembru 2002;

    17. is-sentenza ntroduttorja ta' l-Artikolu 7(1) u s-subparagrafu (a) għandhom ikunu mibdula bis-segwenti:

    "1. Prodotti mhux awtorizzati fid-data ta' adozzjoni ta' dan ir-Regolament għal għan indikat fl-Artikolu 6(1)(b) jistgħu jkunu inklużi f'L-Anness II, sakemm il-kundizzjonijiet segwenti jkunu sodisfatti:

    (a) jekk ikunu wżati għall-għan ta' kontroll ta' parassiti jew mard tal-pjanti jew għal tindif u disinfettar ta' bini w stallazzjonijiet ta' bhejjem:

    - ikunu essenzjali għall-kontroll ta' organiżmu li jagħmel il-ħsara jew marda partikolari li għaliha ma jkunux disponibbli alternattivi bijoloġiċi, kulturali jew ta' trobbija, u

    - il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom jeliminaw kull kuntatt dirett maż-żerriegħa, l-kultivazzjoni, prodotti tal-kultivazzjoni jew bhejjem u prodotti tal-bhejjem; iżda fil-każ ta' kultivazzjonijiet perennali, kuntatt dirett jista’ jieħu post, iżda barra l-istaġun ta' tkabbir biss tal-partijiet li jittieklu (frott) sakemm dik it-tali applikazzjoni ma tirriżultax b'mod indirett fil-preżenza ta' fdalijiet tal-prodott fil-partijiet li jittieklu, u

    - l-użu tagħhom ma jirriżultax fi, jew jikkontribwixxi għal, effetti mhux aċċettabbli fuq, jew kontaminazzjoni ta', l-ambjent;"

    18. fl-Artikolu 7, il-paragrafu segwenti għandu jiddaħħal fl-Artikolu 5:

    "1b. F'dak li għandu x’jaqsam ma’ minerali u traċċi tal-minerali wżati f'għalf għall-annimali, sorsi żejda għal dawn il-prodotti jistgħu jkunu inklużi fl-Anness sakemm ikunu ta' oriġini naturali jew jekk ma jkunux, sintetika fl-istess forma tal-prodotti naturali."

    19. fl-Artikolu 9(11) il-kliem "tas-26 ta Ġunju 1989" għandu ikunu mneħħija.

    20. il-paragrafu segwenti għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 9:

    "12. (a) Għal produzzjoni ta' laħam ta' bhejjem Stati Membri għandhom jassiguraw, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness III, li l-ispezzjonijiet ikollhom x'jaqsmu mal-fażijiet kollha ta' produzzjoni, qtil, qtugħ u kull preparazzjoni oħra sakemm jinbiegħ lill-konsumatur sabiex it-traċċabilità ta' prodotti ta' bhejjem tkun assigurata kemm jista jkun teknikament possibbli permezz tal-produzzjoni, proċessar u kull katina ta' preparazzjoni oħra mill-unità ta' produzzjoni tal-bhejjem sakemm l-unità ta' ppakkjar finali u/jew ta' tikkettjar. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni flimkien mar-rapport dwar is-superviżjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 15, dwar il-miżuri meħuda u l-iżvilupp tagħhom.

    (b) Għal prodotti ta' bhejjem oħra, differenti minn laħam, għandhom ikunu preskritti aktar dispożizzjonijiet sabiex jassiguraw, kemm jista’ jkun teknikament possibbli li traċċabilità tkun stabbilita f’L-Anness III.

    (ċ) F'kull każ il-miżuri meħuda skond l-Artikolu 9 għandhom jiżguraw li konsumaturi jkunu mogħtija garanziji li l-prodotti ġew magħmula bi qbil ma’ dan ir-Regolament.";

    21. fl-Artikolu 11(6)(a) id-data "31 ta' Diċembru 2002" għandha tkun mibdula bi "31 ta' Diċembru 2005".

    22. is-subparagrafu segwenti għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 12:

    "Iżda, f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli li hemm riferenza għalihom f'L-Anness I, parti B, li għandhom x'jaqsmu ma' produzzjoni ta' bhejjem, Stati Membri jistgħu japplikaw regoli aktar stretti għal bhejjem u prodotti ta' bhejjem fit-territorju tagħhom, sakemm dawn ir-regoli jkunu f'konformità mal-liġi tal-Komunità u ma jipprojbixxux jew ma jirristrinġux it-tqegħid fis-suq ta' bhejjem u prodotti ta' bhejjem oħra li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.";

    23. L-Artikolu 13 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "L-Artikolu 13

    Is-segwenti jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 14:

    - regoli ddettaljati sabiex ikun applikat dan ir-Regolament;

    - emendi għal l-Annessi I sa IV, VI, VII u VIII;

    - emendi għal l-Anness V sabiex ikun definit logo tal-Komunità sabiex jakkompanja jew jieħu post l-indikazzjoni li prodotti jkunu koperti mill-iskema ta' spezzjoni;

    - miżuri ta' restrizzjonijiet u ta' implimentazzjoni sabiex tkun applikata d-deroga kif hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 6, (1) (d) għal prodotti mediċinali veterinarji;

    - miżuri ta' implimentazzjoni skond evidenza xjentifika jew progress tekniku sabiex tkun applikata l-projbizzjoni fuq l-użu ta' GMO u GMO mnissla f'dak li għandu x'jaqsam, b'mod partikolari, għall-limitu de minimis għal kontaminazzjoni li ma tistax tevitha li m'għandux ikun maqbuż.";

    24. Artikolu segwenti għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 15:

    "L-Artikolu 15a

    F'dak li għandu x'jaqsam mall-miżuri dettati f'dan ir-Regolament, partikolarment dawk li għandhom ikunu mplimentati mill-Kummissjoni, sabiex jintlaħqu l-għanijiet preskritti f'L-Artikoli 9 u 11 u l-annessi tekniċi, l-approprjazzjonijiet neċessarji għandhom ikunu mwarrba matul il-proċedura tal-budget.";

    25. L-Annessi I, II, III u VI għandhom ikunu emendati, u l-Annessi VII u VIII miżjuda, bi qbil ma’ l-Anness għal dan.

    Artikolu 2

    Għall-għanijet li jkun hemm konformità mall-perijodi ta' trasformazzjoni li hemm riferenza għalihom f'L-Anness I, Taqsimiet B u Ċ, il-perijodu li jkun għadda qabel l-24 ta' Awissu 2000 għandu jkun meqjus fejn l-operatur jkun jista’ juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni li matul dak il-perijodu kien qed jipproduċi bi qbil mar-regoli nazzjonali fis-seħħ, jew fin-nuqqas milli jsir dan, b'livelli privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-24 ta' Awissu 2000. Iżda, l-impedimenti fuq l-użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament u tnissil tagħom preskritt f'dan ir-Regolament, u partikolarment id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(3)(h), (5)(f) u (5a)(i) u l-Artikolu 6(1)(d) u (2)(a) u l-Anness I, Taqsima B, paragrafu 4.18 tar- Regolament (KEE) Nru 2092/91, għandhom japplikaw minnufih.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. Hemilä

    [1] ĠU C 293, tal-5.10.1996, p. 23.

    [2] ĠU C 133, tat-28.4.1997, p. 29.

    [3] ĠU C 167, tat-2.6.1997, p. 55.

    [4] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/1999 (ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 23).

    [5] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/35/KE (ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 72).

    [6] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/20/KE (ĠU L 80, tal-25.3.1999, p. 20).

    [7] J 22, tad- 9.2.1965, p. 369. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/39/KEE (ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 22).

    [8] ĠU L 297, tat-13.10.1992, p. 12.

    [9] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/87/KE (ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 43).

    [10] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 35. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/67/KE (ĠU L 261, ta' l-24.9.1998, p. 10).

    [11] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 45/1999 (ĠU L 6, tal-21.1.1999, p. 3).

    [12] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni 92/10/KEE (ĠU L 6, tal-11.1.1992, p. 35).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    I. 1.2.3. L-Anness I hu emendat bis-segwenti:

    fit-taqsima intestata

    "Pjanti u prodotti tal-pjanti"

    , s-subparagrafu dwar annimali u prodotti ta' annimali hu mneħħi;

    l-intestatura

    "Pjanti u prodotti tal-pjanti"

    hi mibdula b

    "A. Pjanta u prodotti tal-pjanta"

    ;

    l-intestatura w taqsimiet segwenti huma miżjuda:

    "B. BHEJJEM U PRODOTTI TA' BHEJJEM MILL-ISPEĊI SEGWENTI: BOVINI (LI JINKLUDU BUBALUS U SPEĊJI TA' GNIEDES), TAL-MAJJAL, TAN-NAGĦAĠ, TAL-MOGĦOŻ, EQUIDAE, TAT-TJUR.

    1. Prinċipji ġenerali

    1.1. Produzzjoni ta' bhejjem tifforma parti ntegrali ta' bosta ażjendi agrikoli li jipprattikaw biedja organika.

    1.2. Il-produzzjoni ta' bhejjem għandha tikkontribwixxi għall-ekwilibriju ta' sistemi ta' produzzjoni agrikoli billi tipprovdi għall-ħtiġijiet ta' nutrijent ta' kultivazzjonijiet u billi ttejjeb il-materja orgainka tal-ħamrija. Għandha għalhekk tgħin tistabbilixxi u tmantni interdipendenza ħamrija-pjanti, pjanti-annimal u animal-ħamrija. Bħala parti minn dan il-kunċett, produzzjoni mingħajr raba'("produzzjoni hors sol") m'hiex f'konformità mar-regoli ta' dan ir-Regolament.

    1.3. Billi jkunu utilizzati riżorsi naturali li jiġġeddu (demel tal-bhejjem, legumi u kultivazzjonijiet għall-għalf), is-sistema ta' kultivar/tkabbir ta' bhejjem u s-sistemi ta' mergħa jħallu li tinżamm u titjieb il-fertilità tal-ħamrija fi żmien fit-tul u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli.

    1.4. Tkabbir ta' annimali b'mod organiku hi attività li għandha x'taqsam mar-raba'. Minbarra fejn awtorizzat permezz ta' eċċezzjoni f'dan l-Anness, il-bhejjem għandu jkollhom aċċess għal żona free range u n-numru ta' annimali għal kull unita ta' arja għandu jkun limitat sabiex ikun assigurat maniġment integrat ta' produzzjoni ta' bhejjem u kultivazzjoni fuq l-unità ta' produzzjoni, b'hekk tkun minimizzata kull forma ta' tniġġis, b'mod partikolari tal-ħamrija u tal-ilma tal-wiċċ u tal-pjan. In-numru ta' bhejjem għandu jkollu x'jaqsam fil-qrib man-naħa disponibbli sabiex ikunu evitati problemi ta' ragħa żejjed u ta' erożjoni u sabiex ikun hemm kontroll fuq demel tal-bhejjem sabiex kull effett ta' ħsara għall-ambjent jista' jkun evitat. Regoli dettaljati dwar l-użu ta' demel ta' bhejjem huma dettati fit-Taqsima 7.

    1.5. Fi tkabbir ta' annimali b'mod organiku, l-bhejjem kollha f'waħda u l-istess unità ta' produzzjoni għandhom jitkabbru bi qbil mar-regoli preskritti f'dan ir-Regolament.

    1.6. Iżda, bhejjem mhux imkabbra bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu preżenti fl-ażjenda sakemm dawn ikunu imkabbra f'unitajiet fejn il-bini u pakketti jkunu separati b'mod ċar mill-unitajiet li jipproduċu bi qbil mar-regoli preskritti f'dan ir-Regolament, u fejn huma involuti speċi differenti.

    1.7. Permezz ta' deroga minn dan il-prinċipju, bhejjem mhux imkabbra bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jużaw, għal perjodu limitat ta' żmien kull sena, il-mergħa ta' unitajiet li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, sakemm tali annimali jkunu ġejjin minn biedja estensiva (kif preskritta fl-Artikolu 6(5) ta' Regolament (KE) Nru 950/97 [1] jew, għal speċi oħra mhux imsemmija f'dak ir-Regolament, in-numru ta' annimali għal kull ha li jikkorrispondu għal 170kg ta' Nitroġenu kull sena/hec kif definit fL-Anness VII ta' dan ir-Regolament u sakemm annimali oħra li jkunu soġġetti għall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament ma jkunux preżenti f'din il-mergħa fl-istess ħin. Din id-deroga għandha tkun awtorizzata minn qabel bl-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni.

    1.8. Permezz tat-tieni deroga minn dan il-prinċipju, annimali mkabbra bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jirgħu fuq raba' komuni, sakemm:

    (a) ir-raba' ma jkunx ġie trattat bi prodotti minbarra dawk permessi f'L-Anness II ta' dan ir-Regolament, għal mill-inqas tlett snin;

    (b) kull annimal li juża r-raba konċernat, li m'huwiex suġġett għall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament, jkunu ġejjin minn produzzjoni estensiva, kif preskritta fl-Artikolu 6(5) tar- Regolament (KE) Nru 950/97; jew, għal speċi oħra mhux msemmija f'dak ir-Regolament, in-numru ta' annimali għal kull ha li jikkorrispondi għal 170kg ta' nitroġenu għal kull sena/ettaru kif preskritt f'L-Anness VII ta' dan ir-Regolament;

    (ċ) kull prodott ta' bhejjem magħmul b'annimali mkabbra bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jużaw dan ir-raba', ma għandhomx ikunu meqjusa bħala li jkunu minn produzzjoni organika, sakemm tkun tista tingħata prova ta' segregazzjoni adekwata minn annimali oħra li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament, għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni.

    2. Bdil

    2.1. Bdil ta' raba' assoċjat ma' produzzjoni ta' bhejjem organiċi

    2.1.1. Fejn unità ta' produzzjoni tkun mibdula, n-naħa kollha ta' l-unità użata għal għalf ta' l-annimali għandha tikkonforma mar-regoli dwar biedja organika, billi jkunu wżati il-perijodi ta' trasformazzjoni stabbiliti fil-parti A ta' dan l-Anness li għandhom x'jaqsmu ma' pjanti jew prodotti ta' pjanti.

    2.1.2. Permezz ta' deroga minn dan il-prinċipju, il-perijodu ta' trasformazzjoni jista' jkun imnaqqas għal sena għal mergħa, ħarġiet fil-miftuħ u inħawi ta' eżerċizzju wżati minn speċi mhux erbivori. Dan il-perijodu jista' jkun imnaqqas għal sitt xhur fejn ir-raba' konċernat ma jkunx, fil-passat reċenti ngħata trattamenti bi prodotti oħra minbarra dawk li hemm riferenza għalihom f'L-Anness II ta' dan ir-Regolament. Din id-deroga għandha tkun awtorizzata mill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni.

    2.2. Bdil ta' bhejjem u prodotti ta' bhejjem

    2.2.1. Jekk prodotti ta' bhejjem għandhom jinbiegħu bħala prodotti organiċi, il-bhejjem għandhom jitkabbru bi qbil mar-regoli preskritti f'dan ir-Regolament għal mill-inqas:

    - 12-il xahar fil każ ta' equidae u bovini (li jinkludu l-ispeċi ta' bubalus u gniedes) għal produzzjoni ta' laħam, u f'kull każ mill-inqas tlett kwarti tal-ħajja tagħhom,

    - sitt xhur fil-każ ta' annimali li jgerrmu u majjali; iżda, matul perijodu ta' transizzjoni ta' tlett snin li jiskadi nhar l-24 ta' Awissu 2003, il-perijodu għal majjali għandu jkun ta' erba' xhur,

    - sitt xhur fil-każ ta' annimali għal produzzjoni tal-ħalib; iżda, matul perijodu ta' transizzjoni ta' tlett snin li jiskadi nhar l-24 ta' Awissu 2003, il-perijodu għal majjali għandu jkun tlett xhur,

    - 10 ġimgħat għal tjur għal produzzjoni ta' laħam, miġjuba qabel ma jkunu għalqu tlett ijiem,

    - sitt ġimgħat fil-każ ta' tjur għal produzzjoni ta' bajd.

    2.2.2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2.2.1 u għall-kostituzzjoni ta' merħla, għoġġiela u annimali żgħar li jgerrmu għall-produzzjoni ta' laħam jistgħu jinbiegħu bħala li mkabbra b'mod organiku matul perjodu ta' transizzjoni li jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2003, sakemm:

    - jkunu ġejjin minn biedja estensiva,

    - jkunu mkabbra fl-unità ta' produzzjoni organika sakemm jasal iż-żmien għall-bejgħ jew qtil, għal perijodu minimu ta' sitt xhur għal għoġġiela u ta' xahrejn għal annimali żgħar li jgerrmu,

    - l-oriġini ta' l-annimali tikkonforma mal-kundizzjonijiet mfissra fir-raba' u l-ħames inċiż tal-paragrafu 3.4.

    2.3. Bdil simultanju

    2.3.1. Permezz ta' deroga mil-paragrafi 2.2.1, 4.2 u 4.4 jekk ikun hemm bdil simultanju ta' l-unità ta' produzzjoni lesta, li tinkludi bhejjem, mergħa u/jew kull raba' użat għal għalf ta' annimali, il-perijodu ta' trasformazzjoni magħqud totali għal kemm bhejjem, mergħa u/jew raba' użat għal għalf ta' annimali, għandu jkun imnaqqas għal 24 xahar suġġett għall-kundizzjonijiet segwenti:

    (a) id-deroga tapplika biss għall-annimali eżistenti u l-friegħ tagħhom u fl-istess ħin għar-raba' użat għal għalf ta' annimali/mergħa qabel ma tibda l-bidla;

    (b) l-annimali jkunu mitmugħa prinċiparjament bi prodotti mill-unità ta' produzzjoni.

    3. Oriġini ta' l-annimali

    3.1. Fl-għażla ta' razez, għandu jingħata każ tal-kapaċità ta' annimali sabiex jadattaw għal kundizzjonijiet lokali; il-vitalità tagħhom, u r-reżistenza għal mard. Barra minn dan, razez ta' annimali għandhom ikunu magħżula sabiex ikun evitat mard jew ikunu evitati problemi li jkollhom x'jaqsmu ma' ċerti razez użati f'produzzjoni ntensiva (eż. porcine stress syndrome, PSE Syndrome, mewt għall-għarrieda, abort spontanju, twelid b'diffikultà li jkunu jeħtieġu operazzjonijiet ċesarji, eċċ.). Għandha tingħata preferenza għal razez indiġeni.

    3.2. Bhejjem għandhom jiġu minn unitajiet ta' produzzjoni li jikkonformaw mar-regoli dwar it-tipi varji ta' produzzjonijiet ta' bhejjem preskritti fl-Artikolu 6 u f'dan l-Anness. Matul il-ħajja tagħhom, għandha tkun applikata din is-sistema ta' produzzjoni.

    3.3. Permezz ta' l-ewwel deroga, soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni, bhejjem li jeżistu fl-unità ta' produzzjoni ta' bhejjem, li ma jikkonformawx mar-regoli ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu mibdula.

    3.4. Permezz tat-tieni deroga, meta merħla tkun kostitwita għall-ewwel darba u annimali mkabbra b'mod organiku ma jkunux disponibbli f'numri suffiċjenti, bhejjem imkabbra b'mod mhux organiku jistgħu jinġiebu fl-unità ta' produzzjoni ta' bhejjem organiċi, soġġetti għall-kundizzjonijiet segwenti:

    - għewwietaq għall-produzzjoni ta' bajd ma għandhomx ikunu akbar minn 18-il ġimgħa,

    - flieles għall-produzzjoni tal-broiler għandhom ikunu iżgħar minn tlett ijiem fiż-żmien meta jħallu l-unità ta' produzzjoni fejn ġew prodotti,

    - buflu għandu jkun iżgħar minn sitt xhur,

    - għoġġiela u żwiemel għandhom ikunu mkabbra bi qbil mar-regoli ta' dan ir-Regolament malli jkunu miftmuma u f'kull każ għandhom ikunu iżgħar minn sitt xhur,

    - nagħaġ u mogħoż għandhom ikunu mkabbra bi qbil mar-regoli ta' dan ir-Regolament malli jkunu miftmuma u f'kull każ għandhom ikunu inqas minn ħamsa u erbgħin ġurnata,

    - qżieqeż għandhom ikunu mkabbra bi qbil mar-regoli ta' dan ir-Regolament malli jkunu miftmuma u għandhom ikunu jiżnu inqas minn 25 kg.

    3.5. Din id-deroga li għandha tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni, tapplika għal perijodu ta' transizzjoni li jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2003.

    3.6. Permezz ta' tielet deroga, it-tiġdid jew kostituzzjoni mill-ġdid tal-merħla għandha tkun awtorizzata mill-awtorità jew organizazzjoni ta' kontroll meta annimali mkabbra b'mod organiku ma jkunux disponibbli, u fil-każijiet segwenti:

    (a) mortalità għolja ta' annimali kawżata minn ċirkostanzi ta' saħħa jew katastrofiċi;

    (b) għewwietaq għal produzzjoni ta' bajd li ma jkollhomx aktar minn 18-il ġimgħa;

    (ċ) tjur għal produzzjoni ta' laħam ta' inqas minn tlett ijiem, u majjali malli jkunu miftuma u li għandhom jiżnu inqas minn 25 kg.

    Każijiet (b) u (ċ) huma awtorizzati għal perijodu ta' transizzjoni li jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2003.

    3.7. Fil-każ ta' majjali, għewwietaq u tjur għal produzzjoni ta' laħam, din id-deroga ta' transizzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid qabel id-data ta' skadenza sabiex wieħed ikun jista' jara jekk hemmx il-bażi għal estenzjoni tad-data ta' għeluq.

    3.8. Permezz ta' raba' deroga, soġġett għal massimu ta' 10 % ta' bhejjem ekwini jew bovin adulti (li jinkludu l-ispeċi bubalus u bisonti) u 20 % tal-bhejjem tal-majjali, tan-nagħaġ u tal-mogħoż adulti jistgħu jiddaħħlu ġewwa, kif ukoll annimali (nulliparous) nisa, minn irziezet tal-bhejjem ta' produzzjoni mhux organika kull sena, sabiex jissuplimentaw tkabbir naturali u għat-tiġdid tal-merħla meta annimali mkabbra b'mod organiku ma jkunux disponibbli, u meta awtorizzati minn awtorità jew organizazzjoni ta' kontroll.

    3.9. Il-perċentwali preskritti fid-deroga ta' fuq ma' għandhomx japplikaw għal unitajiet ta' produzzjoni b'inqas minn 10 annimali ekwini jew bovini, jew b'inqas minn ħames annimali, majjali, nagħaġ jew mogħoż. Għal dawn l-unitajiet, kull tiġdid kif imsemmi fuq għandu jkun limitat għal massimu ta' annimal wieħed għal kull sena.

    3.10. Dawn il-perċentwali jistgħu jkunu miżjuda, sa mhux aktar minn 40 % wara l-opinjoni u ftehim ta' l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni, fil-każijiet speċjali segwenti:

    - meta tibda biċċa xogħol ta' estenzjoni maġġuri għar-razzett tal-bhejjem;

    - meta tkun mibdula razza;

    - meta tkun żviluppata speċjalizazzjoni ta' bhejjem ġodda.

    3.11. Permezz ta' ħames deroga, irġiel għat-tkabbir jistgħu jiddaħħlu minn rziezet tal-bhejjem ta' produzzjoni organika sakemm l-annimali jkunu sussegwentament imkabbra u mitmugħa dejjem bi qbil mar-regoli preskritti f'dan ir-Regolament.

    3.12. Meta l-bhejjem jkunu ġejjin minn unitajiet li ma jikkonformawx mar-Regolament preżenti, bi qbil mal-kundizzjonijiet u restrizzjonijiet preskritti fil-paragrafi 3.3 sa 3.11 fuq, il-perijodi preskritti fil-paragrafu 2.2.1 għandhom ikunu mħarsa jekk il-prodotti għandhom ikunu mibjugħa bħala li jkunu minn produzzjoni organika u matul dawn il-perijodi r-regoli kollha preskritti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu mħarsa.

    3.13. Meta jinkisbu bhejjem minn unitajiet li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal miżuri ta' saħħa tal-annimal. L-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni tista' tapplika, tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi lokali, miżuri speċjali bħal testijiet ta' screening, u perijodi ta' kwarantina.

    3.14. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta' Diċembru 2003 dwar id-disponibilità ta' bhejjem mkabbra b'mod ta' l-oriġini sabiex tkun ippreżentata proposta, jekk ikun xieraq, lill-Kumitat Permanenti bil-għan li jkun żgurat li l-produzzjoni ta' laħam organiku kollha għandha tiġi minn annimali li mwielda u mkabbra f'ażjendi ta' produzzjoni organika.

    4. Għalf

    4.1. Għalf hu maħsub sabiex jassigura produzzjoni ta' kwalità aktar milli sabiex iżid il-produzzjoni, filwaqt li jkunu sodisfatti il-ħtiġijiet ta' nutrizzjoni tal-bhejjem f'fażijiet varji ta' l-iżvilupp tagħhom. Prattiċi ta' tħaxxin huma awtorizzati sakemm ikunu reversibbli f'kull fażi tal-proċess ta' tkabbir. Għalf ta' bilfors hu projbit.

    4.2. Bhejjem għandhom ikunu mitmugħa għalf prodott b'mod organiku.

    4.3. Barra minn dan, bhejjem għandhom ikunu mkabbra bi qbil mar-regoli preskritti f'dan l-Anness, preferibilment billi jkun użat għalf mill-unità jew, meta dan ma jkunx possibbli, jkun użat għalf minn unitajiet jew entrapriżi oħra suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    4.4. Sa mhux aktar minn 30 % tal-formula tal-għalf tar-razzjonijiet medji jistgħu jinkludu affarijiet tal-għalf fit-tibdil. Meta l-affarijiet tal-għalf fit-tibdil jkunu ġejjin minn unità ta' l-istess sehem, dan il-perċentwali jista' jkun miżjud għal 60 %.

    4.5. Il-għalf ta' mammali żgħar għandu jkun bażat fuq ħalib naturali, preferibilment ħalib ta' l-omm. Il-mammali kollha għandhom ikunu mitmugħa ħalib naturali għal perijodu minimu, jiddependi fuq l-ispeċi konċernata, li għandu jkun ta' tlett xhur għal bovini (li jinkludu speċi bubalus u bizonti) u equidae, 45 ġurnata għal nagħaġ u mogħoż u 40 ġurnata għal majjali.

    4.6. Meta jkun rilevanti, Stati Membri għandhom jagħżlu inħawi u reġjuni fejn ikun ipprattikat il-moviment staġjonali ta' bhejjem għal inħawi u reġjuni oħra (li jinkludu movimenti ta' annimali għal inħawi ta' mergħa fil-muntanji), mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar it-għalf ta' bhejjem preskritt f'dan l-Anness.

    4.7. Sistemi ta' tkabbir għal annimali erbivori għandhom ikunu bbażati fuq użu massimu ta' mergħa skond id-disponibilità ta' mergħa fil-perijodi differenti tas-sena. Mill-inqas 60 % tal-materja niexfa fir-razzjonijiet ta' kuljum għandha tikkonsisti f'roughage, għalf frisk jew niexef jew għalf iffermentat. Madankollu, l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni tista' tippermetti tnaqqis ta' 50 % għal annimali fi produzzjoni tal-ħalib għal perijodu massimu ta' tlett xhur f'ħin irdiegħ kmieni.

    4.8. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 4.2, għal perijodu ta' transizzjoni li jiskadi nhar l-24 ta' Awissu 2005, l-użu ta' proporzjonijiet limitati ta' affarijiet ta' għalf konvenzjonali huwa awtorizzat fejn ma jkunx possibbli għall-bidwi li jikseb għalf minn produzzjoni organika biss. Il-perċentwali massimu ta' affarijiet tal-għalf konvenzjonali awtorizzati kull sena hu ta' 10 % fil-każ ta' annimali erbivori u 20 % għal speċi oħra. Dawn il-figuri għandhom ikunu maħduma kull sena bħala perċentwali ta' materja niexfa ta' affarijiet tal-għalf minn oriġini agrikola. Il-perċentwali massimu awtorizzat ta' affarijiet tal-għalf konvenzjonali fir-razzjon ta' kuljum, minbarra matul il-perijodu ta' moviment staġjonali ta' bhejjem għal inħawi u reġjuni oħra, għandu jkun 25 %, maħdum bħala perċentwali tal-materja niexfa.

    4.9. Permezz ta' deroga minn paragrafu 4.8, meta tkun mitlufa l-produzzjoni ta' għalf, b'mod partikolari minħabba kundizzjonijiet ta' temp mhux tas-soltu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għal perijodu limitat u f' dak li għandu x'jaqsam ma' naħa speċifika, perċentwali ogħla ta' affarijiet tal-għalf konvenzjonali fejn tali deroga tkun garantita. Malli tkun approvata mill-awtorità kompetenti, l-awtorità jew organizazzjoni ta' ispezzjoni għandha tapplika din id-deroga għal operaturi ndividwali.

    4.10. Għal tjur, il-formola ta' għalf użata fil-fażi ta' tħaxxin għandu jkun fiha mill-inqas 65 % ta' ċereali.

    4.11. Roughage, għalf frisk jew imnixxef, jew għalf iffermentat għandu jkun miżjud mar-razzjon ta' kuljum għal majjali u tjur.

    4.12. Prodotti elenkati f'L-Anness II, Parti D, taqsimiet 1.5 u 3.1 biss jistgħu jkunu wżati bħala addittivi u għajnuniet ta' proċessar, rispettivament, f'għalf misjur.

    4.13. Affarijiet ta' għalf konvenzjonali ta' oriġini agrikola jistgħu jkunu wżati għal għalf ta' annimali biss jekk ikunu elenkati f'L-Anness II, Parti Ċ, taqsima 1 (affarijiet tal-għalf minn oriġini ta' pjanti), soġġetti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi imposti f'dan l-Anness, u biss jekk ikunu prodotti jew preparati bl-użu ta' solvents kimiċi.

    4.14. Materjali ta' għalf minn oriġini ta' annimali (kemm jekk magħmul b'mod konvenzjonali u kemm jekk magħmul b'mod organiku) jistgħu jkunu wżati jekk elenkati f'L-Anness II, Parti Ċ, taqsima 2, u soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi imposti f'dan l-Anness.

    4.15. Mhux aktar tard mill-24 ta' Awissu 2003, Parti Ċ, taqsimiet 1, 2, 3 u Parti D ta' l-Anness II għandha tkun riveduta bil-għan li jitneħħew, b'mod partikolari, materjali ta' għalf konvenzjonali ta' oriġini agrikola magħmula b'mod organiku fi kwantità suffiċjenti fil-Komunità.

    4.16. Sabiex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet nutrizzjonali ta' bhejjem, prodotti elenkati f'L-Anness II, Parti Ċ, taqsima 3 (materjali ta' għalf minn oriġini minerali), u parti D, taqsimiet 1.1 (traċċi minerali) u 1.2 (vitamini, pro-vitamini u sustanzi mfissra sew kimikament li għandhom l-istess effett) biss, jistgħu jkunu wżati għal għalf ta' annimali.

    4.17. Prodotti elenkati biss f'L-Anness II, Parti D, taqsimiet 1.3 (enżimi), 1.4 (mikrorganiżmi), 1.6 (binders, aġenti anti-caking u affarijiet li jgħaqqdu), 2 (ċerti prodotti wżati f'nutrizzjoni ta' annimali) u 3 (għajnuniet ta' pproċessar f'affarijiet ta' għalf) jistgħu jkunu wżati għall-għanijiet indikati f'dak li għandu x'jaqsam mal-kategoriji msemmija fuq. Antibijotiċi, coccidiostatiċi, sustanzi mediċinali, promuturi ta' tkabbir jew kull sustanza maħsuba sabiex tistimula tkabbir jew produzzjoni ma għandhomx jintużaw f'għalf ta' annimali.

    4.18. Affarijiet ta' għalf, materjali ta' għalf, additivi, għajnuna ta' pproċessar għal affarijiet ta' għalf u ċerti prodotti wżati fin-nutrizzjoni ta' annimali ma għandhomx ikunu ġew magħmula bl-użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament jew prodotti miksubin minnhom..

    5. Prevenzjoni ta' mard u trattament veterinarju

    5.1. Prevenzjoni ta' mard fi produzzjoni ta' bhejjem organika għandha tkun bażata fuq il-prinċipji segwenti:

    (a) l-għażla ta' rażeż ta' annimali adattati kif imfissra f'Taqsima 3;

    (b) l-applikazzjoni ta' prattiċi ta' biedja ta' annimali adattati għall-ħtiġijiet ta' kull speċi, li jħeġġu resistenza b'saħħita għal mard u l-prevenzjoni ta' infezzjonijiet;

    (ċ) l-użu ta' għalf ta' kwalità għolja, b'eżerċizzju regolari u aċċess għal mergħa, li jkollhom l-effett li jinkoraġġixxu d-difiża immunoloġika naturali ta' l-annimal;

    (d) tkun żgurata densita xierqa ta' bhejjem, b'hekk ikun evitat ħżin żejjed u kull problema oħra li tirriżulta ta' mard għall-annimali.

    5.2. Il-prinċipji preskritti fuq, għandhom jillimitaw il-problemi ta' saħħa ta' l-annimal sabiex ikunu jistgħu jkunu kkontrollati prinċiparjament permezz ta' prevenzjoni.

    5.3. Jekk, minkejja l-miżuri ta' prevenzjoni kollha ta' fuq, annimal jimrad jew iweġġa', għandu jkun ittrattat mal-ewwel, jekk ikun hemm bżonn, iżolat, u f'post xieraq.

    5.4. L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'biedja organika għandu jikkonforma mal-prinċipji segwenti:

    (a) Prodotti fitoterapewtiċi (eż. estratti minn pjanti (minbarra antibijotiċi, essenzi, eċċ.), omeopatiċi (eż. sustanzi tal-pjanti, annimali jew minerali) u traċċi minerali u prodotti elenkati fil-Parti Ċ, taqsima 3 ta' l-Anness II, għandhom ikunu wżati bi preferenza għal antibijotiċi jew prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament, sakemm l-effett terapewtiku tagħhom ikun effettiv għall-ispeċi ta' annimal, u l-kundizzjoni li għalih jkun maħsub it-trattament;

    (b) Jekk l-użu tal-prodotti msemmija fuq ma jkunx, jew x'aktarx ma jkunx, effettiv f'li jikkumbatti l-marda jew weġgħa, u trattament ikun essenzjali sabiex tkun evitata sofferenza jew uġiegħ lill-annimal, prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament jew antibijotiċi jistgħu jkunu wżati bir-responsabilità ta' veterinarju;

    (ċ) L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament jew antibijotiċi għal trattamenti ta' prevenzjoni hu projbit;

    5.5. Barra mill-prinċipji msemmija fuq, għandhom japplikaw ir-regoli segwenti:

    (a) l-użu ta' sustanzi li jippromwovu tkabbir jew produzzjoni, (li jinkludu antibijotiċi, kokkidiostatiċi u għajnuniet artifiċjali oħra għal għanijiet ta' promozzjoni ta' tkabbir) u l-użu ta' ormoni jew sustanzi simili li jikkontrollaw riproduzzjoni (eż. bidu jew sinkronizazzjoni ta' oestrus), jew għal raġunijiet oħra, hu projbit. Minkejja dan, jistgħu jkunu amministrati ormoni lil annimal individwali, bħala forma ta' trattament veterinarju terapewtiku;

    (b) trattamenti veterinarji għal annimali, jew trattamenti għal bini, tagħmir u faċilitajiet, li huma obligatorji taħt leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità għandhom ikunu awtorizzati, iinkluż l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi meta jkun magħruf li marda tkun preżenti f'post speċifiku li fih tkun tinsab unita ta' produzzjoni.

    5.6. kull meta għandhom jintużaw prodotti mediċinali veterinarji, it-tip ta' prodott għandu jkun dokumentat b'mod ċar, (li jinkludi indikazzjoni tas-sustanzi farmakoloġiċi involuti) flimkien ma' dettalji tad-djanjosi; l-posoloġija; l-metodu ta' amministrazzjoni; t-tul tat-trattament u l-perijodu ta' rtirar legali. Din l-informazzjoni għandha tkun dikjarata lill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni qabel ma' l-bhejjem jew prodotti ta' bhejjem jkun mqegħda fis-suq bħala li ġew prodotti organikament. Bhejjem li ngħatatilhom il-kura għandhom ikunu identifikati b'mod ċar, individwalment fil-każ ta' annimali kbar; individwalment jew fi grupp, fil-każ ta' tjur u annimali żgħar.

    5.7. Il-perjodu ta' rtirar bejn l-aħħar amministrazzjoni ta' prodott mediċinali veterinarju allopatiku lil annimal taħt kundizzjonijiet normali ta' użu, u l-produzzjoni ta' affarijiet tal-ikel magħmula organikament minn tali annimali, għandu jkun id-doppju tal-perjodu ta' rtirar legali jew, f'każ li fih dan il-perijodu ma jkunx speċifikat, 48 siegħa.

    5.8. Bl-eċċezzjoni ta' tilqim, trattamenti għal parassiti u kull skema ta' qrid ta' mard obbligatorja stabbilita minn Stati Membri, fejn annimal jew grupp ta' annimali jirċievu aktar minn żewġ jew massimu ta' tlett korsijiet ta' trattament bi prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament jew antibijotiċi fi żmien sena (jew aktar minn kors wieħed ta' trattament jekk iċ-ċiklu riproduttiv ikun ta' inqas minn sena) il-bhejjem konċernati, jew prodotti miksuba minnhom, ma jistawx jinbiegħu bħala li jkunu prodotti magħmula bi qbil ma' dan ir-Regolament, u l-bhejjem għandhom jgħaddu minn perijodi ta' trasformazzjoni preskritti f'Taqsima 2 ta' dan l-Anness, soġġetti għall-ftehim ta' l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni.

    6. Prattiċi ta' maniġġar ta' biedja, trasport u identifikazzjoni ta' prodotti ta' bhejjem

    6.1. Prattiċi ta' biedja

    6.1.1. Fil-prinċipju, ir-riproduzzjoni ta' bhejjem imkabbra b'mod organiku għandha tkun bażata fuq metodi naturali. Madankollu inseminazzjoni artifiċjali hi permessa. Forom oħra ta' riproduzzjoni artifiċjali jew assistita (bħal per eżempju trasferiment ta' embryo) huma projbiti.

    6.1.2. Ħidmiet bħal li jitwaħħal strippi tal-lakstu mad-dnub tan-nagħaġ, qtugħ qasir ta' dnub ta' l-annimali, qtugħ ta' snien, qtugħ qasir ta' munqari u tneħħija ta' qrejjen m'għandhomx jitwettqu b'mod sistematiku f'biedja organika. Uħud minn dawn il-ħidmiet jistgħu, iżda, jkunu awtorizzati minn awtorita jew organizazzjoni ta' spezzjoni, għal raġunijiet ta' sigurtà (bħal eżempju tneħħija ta' qrejjen ta' annimali żgħar) jew jekk ikunu maħsuba sabiex itejjbu s-saħħa, qagħda tajba jew iġjene ta' l-bhejjem. Tali ħidmiet għandhom jitwettqu fl-eta l-aktar xierqa minn ħaddiema kwalifikati u kull sofferenza ta' l-annimal għandha titnaqqas għall-inqas possibbli.

    6.1.3. Kastrazzjoni fiżika hi permessa sabiex tkun mantnuta l-kwalità ta' prodotti u l-prattiċi ta' produzzjoni tradizzjonali (tip ta' laħam majjal, gniedes imsewwija, ħasi, eċċ.) iżda biss taħt il-kundizzjonijiet preskritti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 6.1.2.

    6.1.4. Żamma ta' bhejjem marbuta hi projbita. Madankollu, permezz ta' deroga minn dan il-prinċipju, l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni, tista' tawtorizza għal annimali individwali malli tingħata ġustifikazzjoni mill-ħaddiem, li din tkun neċessarja għal raġunijiet ta' sigurta jew ta' qagħda tajba ta' l-annimali, u t-tali rbit jkun biss għal perjodu ta' żmien limitat.

    6.1.5. Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 6.1.4, bhejjem li jirgħu jistgħu jintrabtu f'bini eżistenti qabel l-24 ta' Awissu 2000, sakemm ikun provdut eżerċizzju regolari u t-tkabbir isir f'konformità mal-kundizzjonijiet ta' qagħda tajba ta' annimali, b'inħawi li jkun fihom tiben għal taħt il-bhejjem komdi kif ukoll maniġġar individwali. Din id-deroga li għandha tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità jew organizazzjoni ta' ispezzjoni, għandha tapplika għal perjodu ta' transizzjoni li jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2010.

    6.1.6. Permezz ta' deroga oħra, bhejjem f'ishma żgħar jistgħu jkunu marbuta jekk ma jkunx possibbli li l-bhejjem li jirgħu jinżammu fi gruppi xierqa minħabba ħtiġijet ta' mġieba, sakemm ikollhom aċċess għal mergħa, ġirjiet fil-miftuħ jew inħawi fejn jistgħu jagħmlu eżerċizzju ta' l-inqas għal darbtejn fil-ġimgħa. Din id-deroga, li għandha tkun awtorizzata mill-awtorita jew organizazzjoni ta' spezzjoni, għandha tapplika għal ishma li jissoddisfaw il-ħtiġijiet ta' regoli naturali li għandhom x'jaqsmu ma' produzzjoni organika ta' bhejjem b'effet mill-24 ta' Awissu 2000, jew fin-nuqqas tagħhom ta' livelli privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri.

    6.1.7. Qabel il-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 6.1.5.

    6.1.8. Fejn bhejjem huma mkabbra fi gruppi, d-daqs tal-grupp għandu jiddependi fuq il-fażi ta' żvilupp u l-ħtiġijiet ta' mġieba ta' l-ispeċi konċernata. Iż-żamma ta' bhejjem f'kundizzjonijiet, jew fuq dieta, li tista' tinkorraġġixxi anemija, hi projbita.

    6.1.9. Għal tjur, l-eta minima meta jinqatlu għandha tkun ta':

    81 ġurnata għal tiġieġ,

    150 ġurnata għal ħasi,

    49 ġurnata għal papri Peking,

    70 ġurnata għal papri Muscovy,

    84 ġurnata għal papri Muscovy irġiel,

    92 ġurnata għal papri Mallard,

    94 ġurnata għal farawni,

    140 ġurnata għal dundjani u wiżż għax-xiwi.

    Fejn produttri ma japplikawx dawn l-etajiet minimi ta' qtil, għandhom jużaw razez li jikbru bil-mod.

    6.2. Trasport

    6.2.1. Trasport ta' bhejjem għandu jsir b'tali mod li jillimita l-istress li jsoffru l-annimali bi qbil ma' l-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità rilevanti fis-seħħ. Ġarr u ħatt għandhom isiru b'attenzjoni u mingħajr l-użu ta' kull tip ta' stimulazzjoni elettrika li tobbliga l-annimali bil-fors. L-użu ta' kalmant allopatiku, qabel u matul it-trasport, hu projbit.

    6.2.2. Matul il-perijodu li jwassal sa u fil-ħin tal-qtil, bhejjem għandhom jkunu trattati b'tali mod li l-istress ta' l-annimali jkun imnaqqas għall-inqas possibbli.

    6.3. Identifikazzjoni ta' prodotti ta' bhejjem

    6.3.1. Bhejjem u prodotti ta' bhejjem għandhom ikunu identifikati fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, preparazzjoni, trasport u suq tagħhom.

    7. Demel tal-bhejjem

    7.1. L-ammont totali ta' demel, kif iddefinit fid-Direttiva 91/676/KEE [2], applikat fis-sehem ma għandux jaqbeż 170kg ta' Nitroġenu kull sena/ettaru ta' żona agrikola wżata, l-ammont speċifikat f'L-Anness III tad-Direttiva msemmija fuq. Fejn ikun hemm bżonn, id-densità ta' ħżin totali għandha titnaqqas sabiex ikun evitat li jkun maqbuż il-limitu mfisser fuq.

    7.2. Sabiex tkun stabblita d-densità xierqa ta' bhejjem li hemm riferenza għaliha fuq, l-unitajiet ta' bhejjem ekwivalenti għal 170kg ta' Nitroġenu kull sena/ettaru ta' żona agrikola użata għall-kategoriji varji ta' annimali għandha tkun preskritta mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, il-figuri preskritti f'L-Anness VII jittieħdu bħala direttivi.

    7.3. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, kull differenza minn dawn il-figuri u jagħtu r-raġunijiet li jiġġustifikaw tali bdil. Din il-ħtieġa għandha x'taqsam biss mal-kalkolazzjoni tan-numru massimu ta' bhejjem għall-għan li jkun assigurat li l-limitu ta' 170kg ta' Nitroġenu minn demel għal kull sena/ettaru ma jkunx maqbuż. Jkun mingħajr preġudizzju għad-densitajiet ta' ħażniet għal raġunijiet ta' saħħa u qagħda tajba ta' l-annimal preskritti f'Taqsima 8 u f'L-Anness VIII.

    7.4. Ażjendi ta' produzzjoni organika jistgħu jistabbilixxu koperazzjoni ma' ażjendi u intrapriżi oħra, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, bil-għan li demel żejjed minn produzzjoni organika jitqassam. Il-limitu massimu ta' 170kg ta' Nitroġenu minn demel għal kull sena/ettaru ta' żona agrikola wżata għandu jinħadem fuq il-bażi ta' l-unitajiet ta' produzzjoni organika kollha nvoluti f'tali koperazzjoni.

    7.5. Stati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti aktar baxxi minn dawk speċifikati f'paragrafi 7.1 sa 7.4, filwaqt li jagħtu każ ta' l-karatteristiċi taż-żona konċernata, l-applikazzjoni ta' fertilizzanti tan-nitroġenu oħra lir-raba' u l-provvista ta' nitroġenu għall-kultivazzjonijiet mill-ħamrija.

    7.6. Faċilitajiet ta' ħżin għal demel ta' bhejjem għandhom ikunu li jesgħu biżżejjed sabiex ma jħallux li ilma jikkontamina ruħu permezz ta' tifqigħa diretta, jew permezz ta' ħruġ u infiltrazzjoni tal-ħamrija.

    7.7. Sabiex ikun żgurat maniġġjar tajjeb ta' fertilizzant, il-kapaċità ta' faċilitajiet ta' ħżin għal demel tal-bhejjem għandha tkun aktar mill-kapaċità ta' ħżin meħtieġa għall-itwal perijodu tas-sena li fih kull applikazzjoni ta' fertilizzant għar-raba' tkun jew mhux xierqa (bi qbil mal-kodiċi ta' prattika agrikola tajba stabbilita minn Stati Membri) jew meta tali applikazzjoni tkun projbita, f'każijiet fejn l-unita ta' produzzjoni tkun tinsab f'żona vulnerabbli ta' nitrat imsemmija.

    8. Inħawi free range u post għall-bhejjem

    8.1. Prinċipji ġenerali

    8.1.1. Kundizzjonijiet ta' post għal bhejjem għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet bijoloġiċi u etoloġiċi tal-bhejjem (eż. ħtiġijiet ta' mġieba f'dak li għandu x'jaqsam ma' libertà ta' moviment u kumdità xierqa). Il-bhejjem għandhom ikollhom aċċess faċli għal għalf u ilma. Insulazzjoni, sħana u ventilazzjoni tal-bini għandhom jiżguraw li ċ-ċirkolazzjoni ta' l-arja, livell ta' trab, temperatura, umdita tal-arja relattiva u konċentrazzjoni ta' gass, ikunu miżmuma fil-limiti li ma jkunux ta' ħsara għall-annimali. Il-bini għandu jdaħħal ħafna ventilazzjoni naturali u dawl.

    8.1.2. Free-range, inħawi fil-miftuħ għall-eżerċizzju, jew ġirjiet fil-miftuħ għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jipprovdu protezzjoni biżżejjed kontra xita, riħ, xemx u temperaturi estremi, jiddependi mill-kundizjonijiet tat-temp lokali u r-razza konċernata.

    8.2. Densitajiet ta' ħażniet u li jkun evitat ragħa żejjed

    8.2.1. Post għal bhejjem ma għandux jkun obbligatorju f'inħawi b'kundizzjonijiet klimatiċi xierqa li jippermettu annimali jgħixu barra.

    8.2.2. Id-densita ta' ħażniet f'bini għandha tipprovdi għall-kumdità u qagħda tajba ta' l-annimali li, b'mod partikolari, għandha tiddependi fuq ir-razza u l-età ta' l-annimali. Għandha wkoll tagħti każ tal-ħtiġijiet ta' mġieba ta' l-annimali, li jiddependu b'mod partikolari fuq id-daqs tal-grupp u fuq is-sess ta' l-annimal. L-aħjar densità għandha tfittex li tiżgura l-qagħda tajba ta' l-annimali billi tipprovdilhom għal spazju biżżejjed sabiex jieqfu b'mod naturali, jistrieħu b'mod faċli, jieħdu ħsieb lilhom infushom, jieħdu kull pożizzjoni naturali u jagħmlu l-movimenti naturali kollha bħal stirar u tħabbit tal-ġwienaħ.

    8.2.3. L-inqas żona tal-wiċċ għal post fuq ġewwa u għal inħawi ta' eżerċizzju fuq barra, u karatteristiċi oħra ta' post għal speċi u kategoriji differenti ta' annimali, huma preskritti f'L-Anness VIII.

    8.2.4. Id-densità ta' ħażniet fuq barra ta' bhejjem miżmuma fuq mergħa, minbarra raba' bil-ħaxix, raba' xagħri, raba' bl-ilma, u art bi fjuri, u postijiet naturali jew semi-naturali oħra, għandha tkun baxxa biżżejjed sabiex ikun evitat id-dħul f'raba' ta' ħaddieħor għal serq ta' ħamrija u r-ragħa żejjed ta' veġitazzjoni.

    8.2.5. Post, maqjel, tagħmir u għodda għandhom ikunu mnaddfa u ddisinfettati b'mod xieraq sabiex ikunu evitati infezzjonijiet minn annimal għall-ieħor u ż-żjieda ta' organiżmi li jġorru mard. Dawk il-prodotti elenkati biss f'Parti E ta' l-Anness II biss jistgħu jintużaw għal tali tindif u disinfettar ta' bini u nstallazzjonijiet ta' bhejjem. Eskreta, urina u ikel mhux miekul jew mwaqqa' għandhom jitneħħew kemm jista' jkun drabi possibbli sabiex ir-riħa titnaqqas kemm jista' jkun u sabiex ma jattirawx insetti jew annimali gerriema. Il-prodotti mniżżla f'parti B, taqsima 2, ta' l-Anness II jistgħu jkunu wżati għall-eliminazzjoni ta' nsetti u pesti oħra f'bini u stallazzjonijiet oħra fejn jinżammu l-bhejjem.

    8.3. Mammali

    8.3.1. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 5.3, il-mammali kollha għandhom ikollhom aċċess għal mergħa jew naħa ta' eżerċizzju fil-miftuħ jew għal ġirja fil-miftuħ li jista' jkollha parti minnha mogħttija, u għandhom ikunu jistgħu jużaw dawk l-inħawi kull meta l-kundizzjoni fiżjoloġika ta' l-annimali, jekk jippermettu l-kundizzjonijiet tat-temp u l-istat tar-raba', sakemm ma jkunx hemm kundizzjonijiet tal-Komunità jew nazzjonali li jkollhom x'jaqsmu ma' problemi speċifiċi ta' saħħa ta' l-annimal li ma jħallux dan milli jsir. Erbivori, għandhom ikollhom aċċess għal mergħa kull meta l-kundizzjonijiet jippermettu.

    8.3.2. F'każijiet fejn erbivori jkollhom aċċess għal mergħa matul il-perjodu ta' ragħa u fejn is-sistema ta' post tax-xitwa tagħti libertà għal moviment lill-annimali, l-obbligu sabiex ikun provdut eżerċizzju fil-miftuħ jew ġirjiet fil-miftuħ matul ix-xhur tax-xitwa jista' jitneħħa.

    8.3.3. Minkejja l-aħħar sentenza tal-paragrafu 8.3.1, barrin ta' aktar minn sena għandhom ikollhom aċċess għal mergħa jew għal eżerċizzju fil-miftuħ jew għal ġirjiet fil-miftuħ.

    8.3.4. Permezz ta' deroga minn paragrafu 8.3.1, il-fażi finali ta' tħaxxin ta' bhejjem li jirgħu, majjali u nagħaġ għal produzzjoni ta' laħam tista ssir ġewwa, sakemm dan il-perjodu ta' ġewwa ma jaqbiżx kwint tal-ħajja tagħhom u f'kull każ għal perijodu massimu ta' tlett xhur.

    8.3.5. Post ta' bhejjem għandu jkollu art lixxa, iżda li ma tiżloqx. Ta' l-inqas nofs ta' l-erja ta' l-art totali għandha tkun solida, jiġifieri, mhux magħmula taċ-ċangatura jew bi grid.

    8.3.6. L-post għandu jkun provdut b'naħa fejn jistrieħu l-annimali komda, nadifa u niexfa ta' daqs tajjeb li tikkonsisti minn kostruzzjoni solida li ma tkunx taċ-ċangatura. Għandu jkun provdut mifrex niexef tat-tiben biżżejjed fin-naħa fejn jistrieħu. Is-sodda ta' taħt l-annimali għandha tkun magħmula minn tiben jew kull materjal naturali xieraq ieħor. Is-sodda ta' taħt l-annimali tista' tkun magħmula aħjar u mogħnija b'kull prodott minerali awtorizzat għall-użu bħala fertilizzant f'biedja organika bi qbil ma' Parti A ta' l-Anness II.

    8.3.7. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ta' għoġla, mill-24 ta' Awissu 2000, l-ażjendi kollha, mingħajr deroga, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 91/629/KEE [3] li tippreskrivi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' għoġla. L-post ta' għoġla f'kaxex individwali hu projbit wara l-età ta' ġimgħa.

    8.3.8. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ta' majjali, mill-24 ta' Awissu 2000, l-ażjendi kollha, għandhom jikkonformaw mad- Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE [4] li tippreskrivi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' majjali. Iżda, l-majjali nisa għandhom jinżammu fi gruppi, minbarra fl-aħħar fażijiet ta' tqala u matul il-perijodu ta' irdiħ. Qżieqeż ma jistgħux jinżammu fuq art ċatta jew f'gaġeġ għall-qżieqeż. Inħawi għall-eżerċizzji għandhom jippermettu it-tfiegħ ta' ħmieġ u qlugħ mill-għeruq mill-annimali. Għall-għanijiet ta' qlugħ mill-għeruq mill-annimali jistgħu jintużaw substrati differenti.

    8.4. Tjur

    8.4.1. It-tjur għandu jkun mkabbar f'kundizzjonijiet fil-miftuħ u ma jistawx jinżammu f'gaġeġ.

    8.4.2. Tajr ta' l-ilma għandu jkollu aċċess għal nixxiegħa, vaska jew għadira kull meta l-kundizzjonijiet tat-temp jippermettu sabiex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' qagħda tajba ta' annimali jew kundizzjonijiet iġjeniċi.

    8.4.3. Bini għat-tjur kollu għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet minimi segwenti:

    - ta' l-inqas terz għandhom ikunu solidi, iġifieri, mhux mibnija b'ċangatura jew grid, u mogħttija b'materjal li jintużaw għal taħt l-annimali bħal tiben, ċana, ramel jew turf;

    - fi djar tat-tiġieġ għal tiġieġ li jbid, parti kbira biżżejjed miż-żona ta' l-art disponibbli għat-tiġieġ għandha tkun disponibbli għal ġbir ta' ħmieġ ta' l-agħsafar;

    - għandu jkollhom passiġġieri ta' daqs u numru bi proporzjon mad-daqs tal-grupp u ta' l-agħsafar kif preskritt f'L-Anness VIII;

    - għandu jkollhom toqob minn fejn l-agħsafar ikunu jistgħu joħorġu u jidħlu xierqa għall-għasafar, u dawn it-toqob għandhom ikollhom tul totali ta' mill-inqas 4 m għal kull 100 m2 ta' erja tad-dar disponibbli għall-għasafar;

    - kull dar ta' tjur għandu jkun fiha aktar minn:

    4800 tiġieġa,

    3000 tiġieġa li tbid,

    5200 farawni,

    4000 papra Muscovy jew Peking nisa jew 3200 papri Muscovy jew Peking irġiel jew papri oħra,

    2500 ħasi, wiżża jew dundjan;

    - l-erja totali użabbli ta' djar tat-tjur għall-produzzjoni ta' laħam f'kull unita ta' produzzjoni waħdanija, m'għandhiex taqbeż l-1600 m2.

    8.4.4. Fil-każ ta' għewwietaq, dawl naturali jista' jkun miżjud b'mezzi artifiċjali sabiex jipprovdi massimu ta' 16-il siegħa dawl kuljum b'perijodu ta' mistrieħ bil-lejl kontinwu mingħajr dawl artifiċjali ta' mill-inqas tmien siegħat.

    8.4.5. Tjur, għandu jkollu aċċess għal ġirja fil-miftuħ kull meta l-kundizzjonijiet tat-temp jippermettu u, kull meta jkun possibbli, għandhom ikollhom tali aċċess għal mill-inqas terz tal-ħajja tagħhom. Dawn il-ġirjiet fil-miftuħ għandhom ikunu fuq raba' b'veġetazzjoni kopert b'faċilitajiet protettivi, u jippermettu l-annimali jkollhom aċċess faċli għal numru adekwat ta' ħwat ta' xorb u għalf.

    8.4.6. Għal raġunijiet ta' saħħa, il-bini għandu jkun imbattal mill-bhejjem bejn kull grupp ta' tjur imkabbar. Il-bini u l-affarijet ta' ġewwa għandhom ikunu mnaddfa u ddisinfettati matul dan iż-żmien. Barra minn hekk, meta jkun mitmum it-tkabbir ta' kull grupp ta' tjur, il-mergħat għandhom jitbattlu sabiex il-veġetazzjoni terġa' tikber mill-ġdid, u għal raġunijiet ta' saħħa. Stati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu li fih il-mergħat għandhom jitbattlu u għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Dawn il-ħtiġijiet ma għandhomx japplikaw għal numru żgħir ta' tjur li ma jinżammux f'gallinnari u li huma ħielsa li jiġġerrew, matul il-ġurnata kollha.

    8.5. Deroga ġenerali dwar il-post ta' bhejjem

    8.5.1. Permezz ta' deroga mill-ħtiġijiet preskritti fil-paragrafi 8.3.1, 8.4.2, 8.4.3 u 8.4.5 u d-densitajiet ta' ħażniet preskritti f'L-Anness VIII, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi mill-ħtiġijiet ta' dawn il-paragrafi u ta' l-Anness VIII għal perijodu tranżitorju li jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2010. Din id-deroga tista' tkun applikata biss għal ażjendi li jipproduċu bhejjem b'bini eżistenti, mibni qabel l-24 ta' Awissu 1999 u sakemm dan il-bini għal bhejjem jikkonforma mar-regoli nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni organika ta' bhejjem, fis-seħħ qabel dik id-data, jew fin-nuqqas tagħhom ma' livelli privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri.

    8.5.2. Il-ħaddiema li jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw pjan lill-awtorita jew organizazzjoni ta' ispezzjoni, li jkun fih arranġamenti li jassiguraw, fl-aħħar tad-deroga, konformita mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    8.5.3. Qabel il-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.5.1.

    Ċ. ŻAMMA TAN-NAĦAL U PRODOTTI TAŻ-ŻAMMA TAN-NAĦAL

    1. Prinċipji ġenerali

    1.1. Iż-żamma tan-naħal hi attività importanti li tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta' l-ambjent u tal-produzzjoni agrikola u tal-ħidma fil-boskijiet permezz ta' l-azzjoni ta' pollinazzjoni tan-naħal.

    1.2. Il-kwalifikazzjoni ta' prodotti ta' żamma tan-naħal bħala li jkunu minn produzzjoni organika hi marbuta ħafna kemm mal-karatteristiċi tat-trattamenti tal-ġarer u l-kwalità ta' l-ambjent. Din il-kwalifikazzjoni tiddependi wkoll fuq il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, proċessar u ħżin ta' prodotti ta' żamma tan-naħal.

    1.3. Meta ħaddiem imexxi bosta unitajiet ta' żamma tan-naħal fl-istess naħa, l-unitajiet kollha għandhom jikkonformaw mall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament. Permezz ta' deroga minn dan il-prinċipju, ħaddiem jista' jmexxi unitajiet li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament sakemm il-ħtiġijiet kollha ta' dan ir-Regolament ikunu sodisfatti bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 4.2 għall-post tal-ġarer tan-naħal. F'dak il-każ, il-prodott ma jistax jinbiegħ b'riferenzi għal metodi ta' produzzjoni organika

    2. Perijodu ta' trasformazzjoni

    2.1. Prodotti ta' żamma tan-naħal jistgħu jinbiegħu b'riferenzi għall-metodu ta' produzzjoni organika biss meta d-dispożizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament ikunu mħarsa għal mill-inqas sena. Matul il-perjodu ta' trasformazzjoni x-xama' għandu jinbidel skond il-ħtiġijiet preskritti fil-paragrafu 8.3.

    3. Oriġini tan-naħal

    3.1. Fl-għażla ta' razez, għandu jingħata każ tal-kapaċità ta' annimali sabiex jadattaw għal kundizzjonijiet lokali, il-vitalità tagħhom u r-reżistenza għal mard. Għandha tingħata preferenza għall-użu ta' razez Ewropej ta' Apis mellifera u ekotipi lokali tagħhom.

    3.2. Ġarer tan-naħal għandhom ikunu kostitwiti permezz tad-diviżjoni ta' kolonji jew l-akkwist ta' doqqajs ta' naħal jew ġarer minn unitajiet li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament.

    3.3. Permezz ta' l-ewwel deroga, soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni, ġarer li jeżistu fl-unità ta' produzzjoni li ma jikkonformawx mar-regoli ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu mibdula.

    3.4. Permezz ta' tieni deroga, doqqajs tan-naħal waħidhom jistgħu jinkisbu mingħand persuni li jrabbu n-naħal li jipproduċu bi qbil ma' dan ir-Regolament matul il-perijodu ta' trasformazzjoni li jiskadi nhar l-24 ta' Awissu 2002 soġġetti għall-perijodu ta' tibdil.

    3.5. Permezz ta' tielet deroga, ir-rikostituzzjoni tal-ġarer tan-naħal għandha tkun awtorizzata mill-awtorità jew organizazzjoni ta' kontroll, meta ġarer tan-naħal li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament ma jkunux disponibbli, f'każ ta' mortalita għolja ta' annimali kawżata b'ċirkostanzi ta' saħħa jew katastrofiċi, soġġetti għall-perijodu ta' trasformazzjoni.

    3.6. Permezz ta' raba' deroga, mir-rinnovazzjoni tal-ġarer tan-naħal 10 % kull sena tal-irġejjen u doqqajs tan-naħal li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jistgħu jkunu nkorporati fl-unità ta' produzzjoni organika sakemm l-irġejjen u doqqajs tan-naħal jkunu mqegħda f'ġarer b'xehed tal-għasel jew bidu ta' xehed li jkun ġej minn unitajiet ta' produzzjoni organika. Fil-każ, il-perjodu ta' trasformazzjoni ma għandux japplika.

    4. Post tal-ġarer tan-naħal

    4.1. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw reġjuni jew inħawi fejn żamma tan-naħal li tikkonforma ma' dan ir-Regolament ma tkunx prattikabbli. Mappa fuq skala xierqa li telenka l-lok tal-ġarer tan-naħal kif għalihom hemm provdut f'L-Anness III, Parti A1, Taqsima 2, l-ewwel inċiż għandu jkun provdut għall-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni mill-persuna li tieħu ħsieb in-naħal. Meta l-ebda żona tali ma tkun identifikata, dak li jieħu ħsieb in-naħal għandu jipprovdi lill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni b'dokumentazzjoni u xhieda xierqa, li jinkludu analiżi adattata jekk tkun neċessarja, li l-inħawi aċċessibbli għall-kolonji tiegħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet f'dan ir-Regolament.

    4.2. Il-post tal-ġarer tan-naħal għandu:

    (a) jassigura biżżejjed għasel naturali, honeydew u sorsi ta' pollen għal naħal u aċċess għall-ilma;

    (b) għandu jkun tali li, f'medda ta' 3 km mill-post tal-ġarer tan-naħal, sorsi ta' għasel u pollen ikunu jikkonsistu essenzjalment minn kultivazzjonijiet magħmul organikament u/jew veġetazzjoni spontanja, bi qbil mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 6 u l-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-kultivazzjonijiet mhux soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament iżda trattati b'metodi ta' impatt ambjentali baxx, bħal eżempju, dawk imfissra fi programmi żviluppati skond ir-Regolament (KEE) Nru 2078/92 [5] li ma jistgħux jaffetwaw b'mod sinjifikanti l-kwalifikazzjoni ta' produzzjoni ta' żamma tan-naħal bħala li tkun organika;

    (ċ) jżomm biżżejjed distanza minn sorsi ta' produzzjoni mhux agrikoli li jistgħu jikkawżaw kontaminazzjoni, bħal eżempju: ċentri urbani, toroq prinċipali, inħawi ndustrijali, miżbla, inċineratur taż-żibel, eċċ. L-awtoritajiet jew organizazzjonijiet ta' spezzjoni għandhom jistabbilixxu miżuri sabiex jassiguraw din il-ħtieġa.

    Il-ħtiġijiet imsemmija fuq ma japplikawx għal inħawi fejn ma jkunx hemm fjuri, jew fejn il-ġarer ikunu rieqdin.

    5. Għalf

    5.1. Fl-aħħar ta' l-istaġun ta' produzzjoni il-ġarer għandhom jitħallew b'riservi tal-għasel u pollen f'abbundanza biżżejjed sabiex jibqgħu ħajjin fix-xitwa.

    5.2. L-għalf artifiċjali ta' kolonji hu awtorizzat fejn il-ħajja tal-ġarer tkun fil-periklu minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi. Għalf artifiċjali għandu jsir b'għasel magħmul organikament, preferibbilment mill-istess unità ta' produzzjoni organika.

    5.3. Permezz ta' ewwel deroga minn paragrafu 5.2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' xiropp taz-zokkor magħmul organikament, jew għasel iswed ta'zokkor organiku minflok għasel magħmul organikament f'għalf artifiċjali, b'mod partikolari, meta jkun meħtieġ permezz ta' kundizzjonijiet klimatiċi li jipprovokaw il-kristillizazzjoni tal-għasel.

    5.4. Permezz ta' tieni deroga, xiropp taz-zokkor, għasel iswed taz-zokkor u għasel mhux koperti b'dan ir-Regolament jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni għal għalf artifiċjali matul perjodu ta' transizzjoni li jiskadi nhar l-24 ta' Awissu 2002.

    5.5. L-informazzjoni segwenti għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-ġarer tan-naħal f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' għalf artifiċjali: tip ta' prodott, dati, kwantitajiet u ġarer fejn ikun użat.

    5.6. Prodotti oħra differenti minn dawk murija fil-paragrafi 5.1 sa 5.4 ma jistgħux jintużaw f'żamma tan-naħal li tikkonforma ma' dan ir-Regolament.

    5.7. Għalf artifiċjali jista' jsir biss bejn l-aħħar ħsad ta' għasel u 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-perjodu tal-għasel jew ħruġ ta' honeydew li jkun imiss.

    6. Prevenzjoni ta' mard u trattamenti veterinarji

    6.1. Prevenzjoni ta' mard f'żamma ta' naħal għandha tkun bażata fuq il-prinċipji segwenti:

    (a) l-għażla xierqa ta' razez li jifilħu;

    (b) l-applikazzjoni ta' ċerti prattiċi li jinkoraġixxu resistenza b'saħħitha kontra l-mard u l-prevenzjoni ta' infezzjonijiet, bħal: tiġdid regolari ta' l-irġejjen, spezzjonijiet sistematiċi tad-doqqajs jinkixfu kull anomaliji ta' saħħa, kontroll fuq doqqajs irġiel fil-ġarer, disinfettar ta' materjali u tagħmir f'intervalli regolari, qrid ta' materjal jew sorsi kontaminati, tiġdid regolari ta' xama' tan-naħal u riservi biżżejjed ta' pollen u għasel fil-ġarer.

    6.2. Jekk minkejja l-miżuri ta' prevenzjoni kollha ta' fuq, il-kolonji jimirdu jew isiru infestati, għandhom ikunu trattati iimmedjatament u, jekk ikun neċessarju, il-kolonji jistgħu jitqegħdu f'ġarer ta' iżolazzjoni.

    6.3. L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'żamma ta' naħal li jikkonforma ma' dan ir-Regolament għandu jirrispetta l-prinċipji segwenti:

    (a) jistgħu jintużaw sakemm l-użu li jikkorrispondi jkun awtorizzat fl-Istati Membri bi qbil mad- dispożizzjonijiet relevanti tal-Komunità jew dispożizzjonijiet nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Komunità;

    (b) prodotti fittothrapewtiċi u omeopatiċi għandhom jintużaw minflok prodotti allopatiċi sintetizzati kimikament, sakemm l-effett terapewtiku tagħhom jkun effettiv għall-kundizzjoni għal liema t-trattament jkun intiż;

    (ċ) jekk l-użu tal-prodotti msemmija fuq jirriżulta li jkun jew x'aktarx ma jkunx effettiv sabiex jeqred marda jew infestazzjoni li tirriskja li teqred kolonji, jistgħu jintużaw prodotti allopatiċi mediċinali sintetizzati kimikament taħt ir-responsabilita ta' veterinarju, jew persuni oħra awtorizzati mill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji preskritti f'paragrafi (a) u (b) fuq;

    (d) l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament għal trattamenti ta' prevenzjoni huwa projbit;

    (e) mingħajr preġudizzju għall-prinċipju f'(a) fuq formic acid, lactic acid, acetic acid u oxalic acid u s-sustanzi segwenti: menthol, thymol, eucalyptol jew camphor jistgħu jintużaw f'każijiet ta' infestazzjoni b'Varroa jacobsoni.

    6.4. Barra mill-prinċipji msemmi fuq, trattamenti veterinarji jew trattamenti għal ġarer, xehed eċċ., li huma obligatorji taħt leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità għandhom ikunu awtorizzati.

    6.5. Jekk ikun applikat trattament bi prodotti allopatiċi sintetizzati kimikament, matul tali perijodu, il-kolonji trattati għandhom jitqegħdu f'ġarer ta' isolazzjoni u x-xama' kollu għandu jkun mibdul b'xama' li jikkonforma mal-kundizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament. Sussegwentament, il-perijodu ta' trasformazzjoni ta' sena japplika għal dawk il-kolonji.

    6.6. Il-ħtiġijiet preskritti fil-paragrafu ta' qabel ma japplikawx għal prodotti msemmija fil-paragrafu 6.3(e).

    6.7. Kull meta għandhom jintużaw prodotti mediċinali veterinarji, t-tip ta' prodott (li jinkludi l-indikazzjoni tas-sustanzi farmakoloġiċi attivi), flimkien ma' dettalji tad-djanjosi; l-posoloġija; l-metodu ta' amministrazzjoni; t-tul tat-trattament u l-perijodu ta' rtirar legali għandhom ikunu dokumentati b'mod ċar u ddikjarati lill-organizazzjoni jew awtorità ta' spezzjoni qabel ma l-prodotti jkunu mpoġġija fis-suq bħala li jkunu magħmula organikament.

    7. Prattiċi ta' maniġġjar ta' biedja u identifikazzjoni

    7.1. Il-qerda ta' naħal fix-xehda bħala metodu assoċjat mal-ħsad ta' prodotti ta' żamma tan-naħal hu projbit.

    7.2. Mutilazzjoni bħal qtugħ tal-ġwienaħ tal-irġejjen hu projbit.

    7.3. Is-sostituzzjoni tal-irġejjen naħal li tinvolvi l-qtil tar-reġina xiħa hu permess.

    7.4. Il-prattika ta' qerda tal-frieħ irġiel hi permessa biss sakemm issir biex ma tinxteridx infestazzjoni b' Varroa jacobsoni.

    7.5. L-użu ta' repellenti sintetiċi kimiċi hu projbit matul ħidmiet ta' ħruġ ta' għasel.

    7.6. Iż-żona fejn tkun tinsab il-ġarra għandha tkun irreġistrata flimkien ma' l-identifikazzjoni tad-doqqajs. L-organizazzjoni jew awtorità ta' spezzjoni għandhom tkun informata meta jitressqu ġarer minn post għal ieħor bi skadenza tkun miftehma ma' l-awtorita jew organizazzjoni ta' spezzjoni.

    7.7. Għandha tingħata kura partikolari sabiex tkun assigurata qlugħ, proċessar u ħżin adekwat ta' prodotti ta' żamm ta' naħal. Il-miżuri kollha li għandhom jikkonformaw ma' dawn il-ħtiġijiet għandhom ikunu rreġistrati.

    7.8. It-tneħħija tas-supers u l-ħidmiet ta' qlugħ tal-għasel għandhom jitniżżlu fir-reġistru tal-ġarra.

    8. Karatteristiċi ta' ġarer u materjali wżati f'żamma ta' naħal

    8.1. Il-ġarer għandhom jkunu magħmula bażikament minn materjali naturali li ma jkunux ta' riskju ta' kontaminazzjoni għall-ambjent jew prodott apikulturali.

    8.2. Bl-eċċezzjoni ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 6.3(e) fil-ġarer jistgħu jkunu wżati biss prodotti naturali bħal propolis, żjut tax-xama' u tal-pjanti.

    8.3. Ix-xama' tan-naħal għal oqfsa ġodda għandu jiġi minn unitajiet ta' produzzjoni organika. Permezz ta' deroga, b'mod partikolari fil-każ ta' istallazzjonijiet ġodda jew matul il-perijodu ta' trasformazzjoni, xama' tan-naħal li ma jkunx ġej minn tali unitajiet jista' jkun awtorizzat mill-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn xama' tan-naħal magħmul organikament ma jkunx disponibbli fis-suq u sakemm ikun ġej mill-kappa.

    8.4. L-użu ta' xehda, li jkun fihom doqqajs, hu projbit għal qlugħ ta' għasel.

    8.5. Għall-għanijet sabiex ikunu protetti materjali (strutturi, doqqajs, xehda), partikolarment minn pesti, prodotti xierqa biss imniżżla f'parti B, Taqsima 2, ta' l-Anness II huma permessi.

    8.6. Trattamenti fiżiċi bħal fjamma diretta jew fuq serbut huma permessi.

    8.7. Għal materjali ta' tindif u disinfettar, bini, tagħmir, utensili jew prodotti wżati f'żamma ta' naħal is-sustanzi xierqa elenkati f'L-Anness II Parti E biss huma permessi."

    II. 1.2.3.4. L-Anness II hu emendat kif isegwi:

    It-titolu ta' Parti B hu mibdul kif isegwi:

    "B. PESTIĊIDI

    1. Prodotti għal protezzjoni ta' pjanti."

    Is-segwenti huma mdaħħla wara Parti B, Taqsima 1:

    "2. Prodotti għal kontroll ta' pesti u mard f'bini w installazzjonijiet ta' bhejjem:

    Prodotti elenkati fit-Taqsima 1

    Rodentiċidi"

    Parti Ċ

    "Prodotti oħra"

    hi mibdula mis-segwenti:

    "Ċ. MATERJALI TA' GĦALF 1. Materjali ta' għalf minn oriġini ta' pjanti

    1.1. Ċerejali, qamħ, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Farru bħala qamħ, qxur, middlings, qxur u nuħħala; xgħir bħala qamħ, protejini u middlings; ross bħala qamħ, ross miksur, nuħħala, u li jneħħi l-ġermi; qaramboċċ bħal qamħ; segala bħala qamħ, għalf u nuħħala; qaramboċċ bħala qamħ; qamħ bħala qamħ, gluten, nuħħala, għalf spelt, triticale bħala qamħ; qamħirrun bħala qamħ, nuħħala, għalf bil-lamtu tal-qamħ, nuħħala, li jneħħi l-ġermi u lamtu tal-qamħ; iz-zkuk tax-xgħir; qamħ għal min jagħmel il-birra.

    1.2. Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Żerriegħa tal-kolza, sustanzi li jkeċċu, u qxur;

    1.3. Żrieragħ tal-legumi, prodotti u prodotti sekondarji tagħhom. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Ċiċri bħala żerriegħa; ervil bħala żerriegħa; ġilbiena bħala żerriegħa mgħoddija minn trattament ta' sħana adekwat; piżelli bħala żerriegħa, middlings, u nuħħala; ful bħala żerriegħa, middlings u nuħħala; ġilbiena bħala żerriegħa, ġilbiena bħala żerriegħa u agumi bħala żerriegħa.

    1.4. Egħruq tal-basal, il-prodotti u il-prodotti sekondarji tagħhom. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Polpa tal-kannamiela, pitravi mnixxfa, patata, patata ħelwa fil-forma ta' basla, tapjoka fil-forma ta' egħruq, polpa tal-patata (prodott sekondarju ta' l-estrazzjoni ta' lamtu tal-patata), lamtu tal-patata, protejini tal-patata u tapjoka.

    1.5. Żrieragħ oħra u frott, il-prodotti ul-prodotti sekondarji tagħhom. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Fosdqa tal-ħarrub, polpa taċ-ċitru, sugu tat-tuffieħ, polpa tat-tadam, u polpa tal-għeneb.

    1.6. Għalf u roughages. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Silla, għalf tas-silla, ħaxix (miksub minn pjanti għall-għalf), għalf tal-ħaxix, tiben, għalf, tiben ta' ċereali, ħaxix bl-għeruq għall-għalf.

    1.7. Pjanti oħra, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Għasel iswed bħala materjal li jgħaqqad f'ikel minn ħaxix tal-baħar ta' affarijiet ta' l-ikel bilanċjati (miksub bit-tnixxif u tgħaffiġ ta' ħaxix tal-baħar u maħsul sabiex jitnaqqaslu l-kontenut ta' jodju), trab u biċċiet ta' pjanti, ħruġ ta' protejini minn pjanti (ipprovduti biss lil annimali żgħar), ħwawar u ħaxix.

    2. Materjali ta' għalf minn oriġini ta' annimali

    2.1. Ħalib u prodotti tal-ħalib. Is-sustanzi segwenti huma inklużi fil-kategorija:

    Ħalib nej kif imfisser fl-Artikolu 2 tad- Direttiva 92/46/KEE [6], trab tal-ħalib, ħalib xkumat, trab ta' ħalib xkumat, xorrox, trab tax-xorrox, trab tax-xorrox f'kontenut baxx ta' zokkor, trab tal-protejina tax-xorrox (maħruġa permezz ta' trattament fiżikali), trab tal-casein u trab tal-lactose.

    2.2. Ħut, annimali oħra tal-baħar, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji. Is-sustanzi segwenti huma inklużi fil-kategorija:

    Ħut, żejt tal-ħuta u żejt tal-ħuta mhux imsaffi; molluski jew krustaċi autolysates, hydrolysate u proteolysates miksuba minn azzjoni ta' enżimi, kemm jekk f'forma li ddub u kemm jekk le, li jingħataw biss lil annimali żgħar. Ikel bil-ħut.

    3. Materjali ta' għalf minn oriġini minerali

    Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Sodju:

    melħ tal-baħar mhux nsaffi

    melħ tal-blat ħoxni

    sodium sulphate

    sodium carbonate

    sodium bicarbonate

    sodium chloride

    Kalċju:

    lithotamnion u maerl

    Qxur ta' annimali tal-baħar (li jinkludu l-qoxra tal-klamari)

    calcium carbonate

    calcium lactate

    calcium gluconate

    Fosfru:

    frak fil-qiegħ ta' dicalcium phosphate tal-għadam

    defluorinated dicalcium phosphate

    defluorinated monocalcium phosphate

    Manjesa:

    manjesa bla ilma

    sulfat tal-manjesa

    magnesium chloride

    karbonat tal-manjesa

    Kubrit:

    sodium sulphate"

    Il-Partijiet segwenti huma miżjuda:

    "D. ŻIDIET MAL-GĦALF, ĊERTI SUSTANZI WŻATI F' NUTRIZZJONI GĦALL-ANNIMALI (DIRETTIVA 82/471/KEE) U GĦAJNUNIET TA' PROĊESSAR UŻATI F' AFFARIJIET TAL-GĦALF

    1. Żidiet ma' l-għalf

    1.1. Traċċi minerali. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    E1 | Ħadid: ferrous (II) carbonateferrous (II) sulphate monohydrateferric (III) oxide |

    E2 | Iodine: calcium iodate, anhydrouscalcium iodate, hexahydratepotassium iodide |

    E3 | Cobalt: cobaltous (II) sulphate monohydrate and/or heptahydratebasic cobaltous (II) carbonate, monohydrate |

    E4 | Ramm aħmar: ossidju tar-ramm aħmar (II)basic copper (II) carbonate, monohydratecopper (II) sulphate, pentahydrate |

    E5 | Manganese: manganose (II) carbonatemanganous oxide and manganic oxidemanganous (II) sulfate, mono- and/or tetrahydrate |

    E6 | Żingu: zinc carbonatezinc oxidezinc sulphate mono- u/jew hepta-hydrate |

    E7 | Molybdenum: ammonium molybdate, natrium molybdate |

    E8 | Selenium: sodium selenatesodium selenite. |

    1.2. Vitamini, provitamini u sustanzi kimikament imfissra sew li għandhom effetti simili.

    Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:Vitamini awtorizzati skond id- Direttiva 70/524/KEE [7]:

    - preferibbilment jekk ġew miksuba minn materja prima li tkun tinsab b'mod naturali f'affarijiet ta' għalf, u

    - vitamini sintetiċi identiċi għal vitamini naturali għal annimali monogastriċi biss.

    1.3. Enżimi. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Enżimi awtorizzati skond id- Direttiva 70/524/KEE.

    1.4. Mikro-organiżmi. Il-mikro-organiżmi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    mikro-organiżmi awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE.

    1.5. Preservattivi. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    E 236 Formic acid għal għalf biss

    E 260 Acetic acid għal għalf biss

    E 270 Lactic acid għal għalf biss

    E 280 Propionic acid għal għalf biss

    1.6. Binders, aġenti anti-caking u affarijiet li jgħaqqdu. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    E 551b Silica li twaħħal

    E 551ċ Kieselgur

    E 553 Sepiolite

    E 558 Bentonite

    E 559 Tafal Kaolinitic

    E 561 Vermiculite

    E 599 Perlite

    2. Ċerti prodotti wżati fi għalf għall-annimali

    Il-prodotti segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    3. Għajnuniet ta' proċessar f'affarijiet ta' għalf

    3.1. Għajnuniet ta' proċessar għal għalf. Is-sustanzi segwenti huma inklużi f'din il-kategorija:

    Melħ tal-baħar, melħ tal-blat oħxon, enżimi, ħmira, xorrox, zokkor, polpa tal-kannamiela, dqiq taċ-ċerejali, għasel iswed u lactic, acetic, formic, u propionic bacteria.

    Meta l-kundizzjonijiet tat-temp ma jippermettux għal fermentazzjoni xierqa, l-awtorità jew organizazzjoni ta' spezzjoni tista' tawtorizza l-użu ta' lactic, formic, propionic u acetic acids fil-produzzjoni ta' għalf.

    E. PRODOTTI AWTORIZZATI GĦAT-TINDIF U DISINFETTAR TA' BINI U STALLAZZJONIJIET TA' BHEJJEM (EŻ. TAGĦMIR U GĦODDA)

    Potassum u sodium soap

    Ilma u fwar

    Ħalib tal-ġir

    Ġir

    Quicklime

    Sodium hypochlorite (eż. bħala bliċ likwidu)

    Soda kawżtika

    Putassa kawżtika

    Hydrogen peroxide

    Essenzi naturali ta' pjanti

    Citric, peracetic acid, formic, lactic, oxalic u acetic acid

    Alkoħol

    Aċidu Nitriku (tagħmir tal-baqar)

    Aċidu fosporiku (tagħmir tal-baqar)

    Formaldehyde

    Prodotti ta' tindif u disinfettar għal gażażi u faċilitajiet ta' taħlib

    Sodium carbonate

    F. PRODOTTI OĦRA"

    III. 1.2.3.4. L-Anness III hu emendat kif ġej:

    It-titolu tal-Parti A hu mibdul b

    "A.1 Pjanti u prodotti tal-pjanti minn produzzjoni jew ġbir tar-razzett"

    .

    It-taqsima segwenti hi mdaħħla:

    "A. 2. Bhejjem u prodotti tal-bhejjem magħmul b'biedja ta' l-annimali

    1. Meta s-sistema ta' spezzjoni li tapplika speċifikament għal produzzjoni ta' bhejjem tkun l-ewwel implimentata, il-produttur u l-organizazzjoni ta' spezzjoni għandhom jagħmlu:

    - deskrizzjoni sħiħa tal-bini, mirgħa għal eżerċizzju fil-miftuħ, gallinari fil-miftuħ, eċċ., u, fejn ikun applikabbli, il-bini għall-ħżin, pakkettjar u proċessar ta' bhejjem, prodotti ta' bhejjem, materja prima u dħul,

    - deskrizzjoni sħiħa ta' l-stallazzjonijiet għall-ħżin ta' demel tal-bhejjem,

    - pjan għat-tqassim ta' tali demel miftiehem ma' l-organizazzjoni ta' spezzjoni jew awtorità ta' spezzjoni, flimkien ma' deskrizzjoni sħiħa ta' l-inħawi mogħtija għal produzzjoni ta' kultivazzjonijiet,

    - fejn ikun xieraq, l-arranġamenti preskritti b'kuntratt ma' rziezet oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' tqassim ta' demel,

    - pjan ta' maniġġjar għall-unità ta' bhejjem ta' produzzjoni organika (eż. maniġġjar għal-għalf, riproduzzjoni, saħħa, eċċ.),

    - il-miżuri prattiċi kollha li għandhom jittieħdu fir-razzett tal-bhejjem sabiex jassiguraw konformità ma' dan ir-Regolament.

    Id-deskrizzjoni u l-miżuri konċernati għandhom ikunu preskritti f'rapport ta' spezzjoni ffirmat mill-produttur konċernat.

    Barra minn dan, ir-rapport għandu jispeċifika wegħda mill-produttur li jwettaq il-ħidmiet bi qbil ma' l-Artikoli 5 u 6 u li jaċċetta, fil-każ ta' ksur tal-wegħda, l-inforzar tal-miżuri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 9(9) u, fejn ikun rilevanti, fl-Artikolu 10(3).

    2. Il-ħtiġijiet ġenerali ta' l-ispezzjoni fil-punti 1 u 4 sa 8 ta' Parti A.1 li jkopru kultivazzjonijiet u prodotti ta' kultivazzjonijiet huma applikabbli għal bhejjem u prodotti ta' bhejjem.

    Permezz ta' deroga minn dawk ir-regoli, il-ħżin ta' prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi u antibijotiċi hu permess f'ażjendi sakemm ikunu ġew preskritti minn veterinarju b'konnessjoni ma' trattament kif hemm riferenza għalih f'L-Anness I, li jkunu maħżuna f'post b'superviżjoni u li jkunu mniżżla fir-reġistru tar-razzett.

    3. Il-bhejjem għandhom ikunu identifikati b'mod permanenti billi jintużaw tekniċi adattati għall-ispeċi, individwalment fil-każ ta' mammali kbar u individwalment jew bil-grupp fil-każ ta' tjur u mammali żgħar.

    4. Rekords ta' bhejjem għandhom ikunu miġbura fil-forma ta' reġistru u miżmuma disponibbli għall-awtoritajiet jew organizazzjonijiet ta' spezzjoni f'kull ħin fl-indirizz tal-ażjenda.

    Tali rekords, li għandhom jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tas-sistema ta' maniġġjar tal-merħla, għandhom ikun fihom l-informazzjoni segwenti:

    - skond l-ispeċi, f'dak li għandu x'jaqsam ma' bhejjem li jaslu fl-ażjenda: oriġini u data ta' wasla, perijodu ta' trasformazzjoni, marka ta' identifikazzjoni u rekord veterinarju;

    - f'dak li għandu x'jaqsam ma' bhejjem li jħallu l-ażjenda: età, numru ta' annimali, piż fil-każ ta' qtil, marka ta' identifikazzjoni u destinazzjoni;

    - dettalji ta' kull annimal mitluf u raġunijiet;

    - f'dak li għandu x'jaqsam ma' għalf: tip, li jinkludi supplimenti fl-għalf, proporzjon ta' ingredjenti varji ta' razzjonijiet u perjodi ta' aċċess għal inħawi free-range, perijodi ta' moviment staġjonali ta' bhejjem għal inħawi u reġjuni oħra fejn japplikaw restrizzjonijiet;

    - f'dak li għandu x'jaqsam ma' prevenzjoni ta' mard u trattament u kura veterinarja: data ta' trattament, djanjosi, tip ta' prodott ta' trattament, metodu ta' trattament u preskrizzjoni tal-veterinarju għal kura veterinarja b'raġunijiet u perjodi ta' rtirar li japplikaw qabel ma jitpoġġew fis-suq il-prodotti ta' bhejjem.

    5. Fejn produttur imexxi bosta ażjendi ta' bhejjem fl-istess reġjun, l-unitajiet li jipproduċu bhejjem jew prodotti ta' bhejjem mhux koperti b'L-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti wkoll għas-sistema ta' spezzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ewwel, it-tieni ut-tielet inċiżi ta' din it-taqsima dwar bhejjem u prodotti ta' bhejjem f'dak li għandu x'jaqsam ma' d-dispożizzjonijiet dwar tmexxija ta' bhejjem, rekords tal-bhejjem u l-prinċipji li jirregolaw il-ħżin ta' prodotti wżati ta' biedja ta' l-annimali."

    It-titolu ta' Parti B hu mibdul b:

    "B. Unitajiet għall-preparazzjoni ta' prodotti ta' pjanti u bhejjem u affarijiet ta' l-ikel magħmula minn prodotti tal-pjanti u tal-bhejjem."

    It-titolu tal-Parti Ċ hu mibdul b:

    "Ċ. Importaturi ta' prodotti ta' pjanti, prodotti ta' bhejjem u affarijiet ta' l-ikel magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew tal-bhejjem minn pajjiżi terzi."

    IV. F'L-Anness VI, il-paragrafu segwenti hu mdaħħalwara l-ewwel paragrafu ntitolat "Prinċipji Ġenerali":"Jiddependi fuq l-addozzjoni ta' regoli fit-Taqsimiet A u B ta' dan l-Anness, u sabiex ikopru speċifikament il-preparazzjoni ta' affarijiet ta' l-ikel magħmula minn prodott ta' bhejjem wieħed jew aktar, għandhom japplikaw regoli nazzjonali."

    V. L-Annessi segwenti huma miżjuda:"

    L-ANNESS VII

    Numru massimu ta' annimali għal kull ha Klassi jew speċji | Numru massima ta' annimali kull ha ekwivalenti għal 170 kg N/ha/sena |

    Ekwini li għandhom 'l fuq minn 6 xhur | 2 |

    Għoġol għas-simna | 5 |

    Annimali bovini oħra ta' inqas minn sena | 5 |

    Annimali bovini rġiel minn sena sa anqas minn sentejn | 3,3 |

    Annimali bovini nisa minn sena sa anqas minn sentejn | 3,3 |

    Annimali bovini l, I għandhom sentejn 'l fuq | 2 |

    Għoġla għat-tnissil | 2,5 |

    Għoġla għas-simna | 2,5 |

    Baqar tal-ħalib | 2 |

    Baqar tal-ħalib għal qatla | 2 |

    Baqar oħra | 2,5 |

    Fniek nisa għat-tnissil | 100 |

    Ħrief | 13,3 |

    Mogħoż | 13,3 |

    Ħnieżer żgħar | 74 |

    Ħnieżer għat-tnissil | 6,5 |

    Ħnieżer għas-simna | 14 |

    Ħnieżer oħra | 14 |

    Tiġieġ tal-mejda | 580 |

    Tiġieġ li jbidu | 230 |

    L-ANNESS VIII

    Żona minima tal-wiċċ ta' ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħra ta' post fl-ispeċi differenti u tipi ta' produzzjoni

    1. BOVINI, TAN-NAGĦAĠ U MAJJALI

    | | Żona ta' ġewwa (żona netta disponibbli għall-annimali) | Żona ta' barra (żona ta' eżerċizzju, ħlief il-mergħat) |

    | | Piż ħaj minimu (kg) | M2/ras | M2/ras |

    Bovini u equidae għat-tnissil u s-simna | | sa 100 | 1,5 | 1,1 |

    | sa 200 | 2,5 | 1,9 |

    | sa 350 | 4,0 | 3 |

    | Aktar minn 350 | 5 b'minimu ta' 1 m2/100 kg | 3,7 b'minimu ta' 0,75 m2/100 kg |

    Baqar tal-ħalib | | | 6 | 4,5 |

    Barrin għat-tnissil | | | 10 | 30 |

    Nagħaġ u mogħoż | | | 1,5 nagħġa/mogħża | 2,5 |

    | | 0,35 ħaruf/gidi | 2,5 b’ 0,5 kull ħaruf/gidi |

    Ħnieżer nisa bill-ħnieżer żgħar li għandhom sa 40 jum | | | 7,5 ħanżira | 2,5 |

    Ħnieżer għas-simna | | sa 50 | 0,8 | 0,6 |

    | sa 85 | 1,1 | 0,8 |

    | sa 110 | 1,3 | 1 |

    Ħnieżer żgħar | | ’l fuq minn 40 jum u jiżnu sa 30 kg | 0,6 | 0,4 |

    Ħnieżer tal-boton | | | 2,5 nisa | 1,9 |

    | | 6,0 irġiel | 8,0 |

    2. TJUR

    | Żona ta' ġewwa (żona netta disponibbli għall-annimali) | Żona ta' barra (m2 taż-żona disponibbli rotazzjoni/ras |

    | L-ebda annimal/m2 | ċm perch /annimal | bejta |

    Tiġieġ li jbidu | 6 | 18 | 8 tiġieġ li jbidu fil-bejta jew fil-każ ta' bejta komuni 120 cm2/tajra | 4, basta l-limitu ta' 170 kg N/ha/sena ma jinqabisx |

    Tjur għas-simna (fi djar fissi) | 10 b’minimu ta’ 21 kg piż haj/m2 | 20 (għat-tjur talgines biss) | | 4 broilers u tjur tal-gines4,5 papri10 dundjan15 wiżż Fl-ispeċji kollha msemmijin hawn fuqil-limitu ta' 170 kg N/ha/sena magħandux jinqabeż |

    Tjur ghas-simna fi djar li jiċċaqalqu | 16 fi djar mobbli b'massimu ta' 30 kg piż ħaj/m2 | | | 2,5, basta l-limitu ta' 170 kg N/ha/sena ma jinqabisx |

    [1] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2331/98 (ĠU L 291, tat-30.10.1998, p. 10).

    [2] ĠU L 375, tal-31.12.1991, p. 1.

    [3] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 28. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/2/KE (ĠU L 25, tat-28.1.1997, p. 24).

    [4] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 33.

    [5] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 85. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2772/95 (ĠU L 288, ta' l-1.12.1995, p. 35).

    [6] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/71/KE (ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 33).

    [7] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/19/KE (ĠU L 96, tat-28.3.1998, p. 39).

    --------------------------------------------------

    Top