Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0976

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999 tad-29 ta' April 1999 li jsemmi l-ħtiġiet għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità, minbarra dawk tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp, li, fil-qafas tal-politika ta' koperazzjoni tal-Komunità, jikkontribwixxu għal għanijiet ġenerali li jiżviluppaw u jikkonsolidaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt u li jirrispettaw id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi

    ĠU L 120, 8.5.1999, p. 8–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004: This act has been changed. Current consolidated version: 28/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/976/oj

    31999R0976



    Official Journal L 120 , 08/05/1999 P. 0008 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999

    tad-29 ta' April 1999

    li jsemmi l-ħtiġiet għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità, minbarra dawk tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp, li, fil-qafas tal-politika ta' koperazzjoni tal-Komunità, jikkontribwixxu għal għanijiet ġenerali li jiżviluppaw u jikkonsolidaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt u li jirrispettaw id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, partikolarment, l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    (1) Billi l-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità, minbarra dawk tal-koperazzjoni tal-iżvilupp li, fil-qafas tal-politika tal-koperazzjoni tal-Komunità f'pajjiżi terzi, jikkontribwixxu għal għanijiet ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet umani u l-libertajiet fondamentali f'pajjiżi terzi;

    (2) Billi l-Kunsill addotta simultanjament ma' dan ir-Regolament, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 975/1999 tad-29 ta'April 1999 li jsemmi l-ħtigiet għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet fil-koperazzjoni fl-iżvilupp li jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u dak tar-rispett tad-drittijiet umani u l-libertajiet fondamentali [3];

    (3) Billi, fil-qafas ta' programmi eżistenti li jirrelataw mal-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inklużi Taċis, Phare, MEDA u r-Reglament fuq ir-rikostruzzjoni fil-Bosnia u Herzegovina, kif ukoll koperazzjoni simili futura implementata a bażi ta' l-Artikolu 235 tat-Trattat ta' l-KE, hija neċċessarja azzjoni biex tikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali ta' l-iżvilupp u l-komsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u dak tar-rispett għad-drittijiet umani u l-libertajiet fondamentali f'pajjiżi terzi;

    (4) Billi l-Artikolu F.2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni tirrispetta d-drittijiet fondamentali, kif garantiti fil-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libetrajiet Fondamentali iffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950 u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi;

    (5) Billi l-azzjoni mill-Komunità biex tippromwovi d-drittijiet umani u prinċipji demokratiċi hija gwidata mit-twemmin fl-universalita' u l-indivisibilita' tad-drittijiet umani, prinċipji li jsaħħu s-sistema internazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet umani;

    (6) Billi l-azzjoni tal-Komunità biex tippromwovi d-drittijiet umani u l-prinċipji demokratiċi hija stabbilita mill-għeruq fil-prinċipji ġenerali stabbiliti mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt dwar Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

    (7) Billi l-Komunità tagħraf l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem kollha, u li l-progress fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali u fil-kisba tad-drittijiet politiċi u ċivili huma appoġġjati reċiprokament;

    (8) Billi d-drittijiet tal-bniedem fis-sens ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ikkunsidrati li jikkomprendu rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali, anke fid-dawl tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1949 u l-Protokoll Addizzjonali ta' l-1977 tiegħu, il-Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1951 li jitratta dwar l-Istatus tar-Refuġjati, il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Piena tad-Delitt ta' Ġenoċidju ta' l-1948 u atti ta' trattati oħra jew inkella fid-dawl tal-liġi konswetudinarja;

    (9) Billi r-reżoluzzjoni tad-drittijiet umani, demokrazija u żvilupp adottati mill-Kunsill u l-Istati Membri milqugħa fi ħdan il-Kunsill fit-28 ta' Novembru 1991 tirregola l-linji, proċeduri u miżuri prattiċi li l-għan tagħhom huwa li jippromwovu libertajiet ċivili u politiċi flimkien ma' drittijiet ekonomiċi u soċjali, b'mezz ta' sistema politika rappreżentattiva ibbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

    (10) Billi azzjoni Komunitarja biex tippromwovi d-drittijiet umani u prinċipji demokratiċi hija prodott ta' approċċ pożittiv u kostruttiv fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi huma meqjusa bħala materja ta' interess komuni għall-Komunità u s-sħab tagħha, u bħala suġġett ta' djalogu li jista jipproduċi miżuri li jippromwovu rispett għal dawn il-prinċipji jew drittijiet;

    (11) Billi dan l-approċċ pozittiv għandu jiġi rifless bl-implimentazzjoni ta' miżuri li jappoġġaw id-demokratizzazzjoni, it-tisħieħ ta' l-istat tad-dritt u l-iżvilupp ta' soċjeta' ċivili pluralista u demokratika u b'miżuri li jibnu l-kunfidenza bil-għan li jipprevjenu l-kunflitti, jappoġġaw inizjattivi paċifiċi u jindirizzaw kwistjonijiet ta' impunità;

    (12) Billi l-istrumenti finanzjarji użati biex jappoġġaw azzjoni pożittiva fil-pajjiżi individwali għandhom jiġu użati b'mod konsistenti ma' programmi ġeografiċi u integrati ma' strumenti ta' żvilupp oħra biex ikabbru l-impatt u l-effettivita' tagħhom;

    (13) Billi huwa ukoll neċessarju li jiġi żgurat li dawn l-operazzjonijiet fuq kollox huma koerenti mal-politika estera, inkluża l-politika barranija u ta' sigurtà komuni;

    (14) Billi dawn l-operazzjonijiet għandhom jiffukaw fuq dawk li hemm id-diskriminazzjoni kontrihom u li qed isofru minn faqar jew li huma żvantaġġjati, tfal, nisa, refuġjati, emigranti, minoritajiet, persuni spustati, nies indiġeni, ħabsin u vittmi tat-tortura;

    (15) Billi l-appoġġ tal-Komunità għad-demokratizazzjoni u l-osservanza tal-prinċipju tar-regola tal-liġi fi ħdan sistema politika li tirrispetta l-libertajiet fondamentali tal-bniedem jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-patti konklużi mill-Komunità mas-soċji tagħha, fejn ir-rispett għad-drittijiet umani u prinċipji demokratiċi huma element essenzali tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet.

    (16) Billi l-kwalità, l-impatt u l-kontinwità ta' l-operazzjonijiet għandhom jiġu partikolarment salvagwardjati billi jiġi provdut għal programmi multiannwali biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u prinċipji demokratiċi bi sħab ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż konċernat, bi ħsieb għall-bżonnijiet speċjali tiegħu;

    (17) Billi azzjoni effiċjenti u konsistenti tirrikjedi karatteristiċi speċifiċi ta' azzjoni fuq id-drittijiet tal-bniedem u prinċipji demokratiċi li għandhom jiġu riflessi bit-twaqqif ta' proċeduri li huma flessibli, trasparenti u mgħaġġlin biex jittieħdu d-deċiżjonijiet għall-iffinanzjar ta' operazzjonijiet u proġetti f'dan il-qasam;

    (18) Billi l-Komunità għandu jkollha l-ħila li tirrispondi malajr għall-emergenzi jew għall-sitwazzjonijiet ta' importanza partikolari biex iżżid il-kredibilità u l-effettività tar-rabta li għandha biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi f'pajjiżi fejn jirriżultaw tali sitwazzjonijiet;

    (19) Billi l-proċeduri għal għotja ta' assitenza u l-evalwazzjoni tal-proġetti, partikolarment, għandhom jieħdu kont tan-natura speċjali tar-reċipjenti tal-appoġġ Komunitarju f'dan il-qasam, partikolarment l-attivitajiet li huma ta' natura li ma jsirx profitt minnhom, ir-riskji li jkorru l-membri li f'ħafna każijiet huma voluntiera, l-ambjent li joperaw fih li xi drabi jkun ostili u n-nuqqas ta' spazju għall-manuvri minħabba r-riżorsi proprji;

    (20) Billi l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili għandu jinvolvi l-ħruġ u l-organizzazzjoni ta' parteċipanti ġodda u billi f'dan il-kuntest il-Komunità jista' jkollha bżonn tipprovdi f'pajjiżi terzi benefiċarji għajnuna finanzjarja għas-soċji li qatt ma kellhom esperjenza f'dan il-qasam;

    (21) Billi deċizjonijiet biex jiġu finanzjati proġetti għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u prinċipji demokratiċi għandhom jittieħdu imparzjalment mingħajr l-ebda diskriminazzjoni razzjali, reliġjuża, kulturali, soċjali jew etnika, bejn korpi li qed jirċievu appoġġ mill-Komunità u persuni jew gruppi milquta mill-proġetti appoġġjati, u m'għandhomx jiġu gwidati minn konsiderazzjonijiet politiċi;

    (22) Billi proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' għajnuna għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u prinċipji demokratiċi finanzjati mill-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej;

    (23) Billi l-implimentazzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom x'aktarx jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità; billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-regolament, setgħat aktar minn dawk provduti f'l-Artikolu 235;

    (24) Billi ammont ta' riferenza finanzjarju, fis-sens ta' punt 2 tad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumissjoni tas-6 ta' Marzu 1995 [4], huwa inkluż f'dan ir-Regolament għat-tul kollu ta' dan il-programm, bla ma jaffetwa s-setgħat ta' l-awtorità tal-budget kif imfisser fit-Trattat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU 1

    Għanijiet

    Artikolu 1

    L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jindika l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità, minbarra dawk tal-koperazzjoni fl-iżvilupp li, fil-qafas tal-politika ta' koperazzjoni tal-Komunità f'pajjiżi terzi, jikkontribwixxu għal għanijiet ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u ta' dak tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali.

    L-operazzjonijiet imsejħa f'dan ir-regolament għandhom jiġu implimentati fit-territorju ta' pajjiżi terzi jew inkella għandhom jirrelataw direttament għal sitwazzjonijiet f'pajjiżi terzi.

    Artikolu 2

    Il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw għall-operazzjonijiet fl-oqsma koperti minn l-Artikolu 3 u 4 implimentati fil-qafas ta' programmi eżistenti li jirrelataw għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inkluzi Taċis [5], Phare [6], MEDA [7] u r-Regolamenti li jirrelataw mal-Bosnia u Herzegovina [8], kif ukoll għal xi operazzjonijiet futuri ta' koperazzjoni tal-Komunità relatati ma' pajjiżi terzi f'dawn l-oqsma, barra minn dawk ta' koperazzjoni fl-iżvilupp, implimentati a bażi ta' l-Artikolu 235 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 3

    Fil-limiti ta' l-Artikoli 1 u 2, u b'konsistenza mal-politika barranija ta' l-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha, il-Komunitajiet Ewropej għandhom jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja għall-operazzjonijiet li għandhom l-iskop li:

    1. jippromwovu u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali proklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali oħra li jikkonċernaw l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u partikolarment l-istat tad-dritt:

    (a) il-promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet ċivili u politiċi;

    (b) il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

    (ċ) il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li hemm id-diskriminazzjoni kontrihom, jew inkella li qed isofru minn faqar jew żvantaġġi, li sejrin jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u l-eskluzjoni soċjali;

    (d) appoġġ għall-minoritajiet, gruppi etniċi u nies indiġeni;

    (e) billi jkun hemm appoġġ għall-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali, reġjonali jew għall-istituzzjonijiet internazzjonali, inklużi NGOs, involuti fil-protezzjoni, promozzjoni jew difiża tad-drittijiet tal-bniedem;

    (f) appoġġ għal ċentri ta' riabilitazzjoni għal vittmi tat-tortura u għall-organizzazzjonijiet li joffru għajnuna konkreta lill-vittmi li sofrew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew għajnuna biex jittejbu l-kondizzjonijiet fil-postijiet fejn hemm nies li huma mċaħħdin mill-libertà tagħhom biex jiġu evitati t-tortura u t-trattament ħażin;

    (g) appoġġ għall-edukazzjoni, taħrig, u ħolqien ta' żieda fil-kuxjenza fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

    (h) appoġġ għall-azzjoni biex jiġu monitorati d-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-taħrig tal-osservaturi;

    (i) il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza ta' opportunità u prattiċi li mhux diskriminatorji, inklużi miżuri biex jiġu miġġielda r-razziżmu u l-ksenofobija;

    (j) appoġġ u protezzjoni għall-libertajiet fondamentali hekk kif imsemmija fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, partikolarment il-libertà tal-opinjoni, espressjoni u kuxjenza, u d-dritt li wieħed juża' l-lingwa propja.

    2. jappoġjaw il-proċessi ta' demokratiżżazzjoni, u partikolarment:

    (a) jippromovu u jsaħħu l-istat tad-dritt, filwaqt li partikolarment iżommu l-indipendenza tal-ġudikatura u jsaħħuha, u jappoġġaw sistema ta' ħabs umana; jappoġġaw ir-riforma kostituzzjonali u leġiżlattiva; jappoġġaw inizjattivi biex jabolixxu l-piena tal-mewt;

    (b) jippromovu is-separazzjoni tal-poteri, partikolarment l-indipendenza tal-ġudikatura u l-leġiżlatura minn naħa tal-eżekuttiv, u juru appoġġ għal riformi istituzzjonali;

    (ċ) jippromovu l-pluraliżmu kemm f'livell politiku u anke f'livell ta' soċjetà ċivili billi jsaħħu l-istituzzjonijiet li hemm bżonn biex tiġi miżmuma n-natura pluralista ta' dik is-soċjetà, inklużi organiżżazzjonijiet non-governattivi (NGOs), u billi jippromovu midja indipendenti u responsabbli u jappoġġaw stampa libera u rispett għad-drittijiet ta' libertà ta' assoċazzjoni;

    (d) jippromovu governanza tajba, partikolarment billi jappoġġjaw akkontabilità amministrattiva u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

    (e) jippromovu l-parteċipazzjoni tan-nies fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, partikolarment billi jippromovu l-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u n-nisa fis-soċjetà ċivili, fil-ħajja ekonomika u fil-politika;

    (f) juru appoġġ għall-proċessi elettorali, partikolarment billi jappoġġaw kummissjonijiet elettorali indipendenti, jagħtu assistenza materjali, teknika u legali fil-preparamenti għall-elezzjonijiet, inklużi ċ-ċensimenti elettorali, it-teħid ta' miżuri biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta' gruppi speċifiċi, partikolarment in-nisa, fil-proċess elettorali u billi jiġu mħarrġa osservaturi;

    (g) jappoġġjaw sforzi nazzjonali biex jiġu separati funzjonijiet ċivili u militari, iħarrġu persunal ċivili u militari u jżidu l-kuxjenza fuq id-drittijiet tal-bniedem.

    3. juru appoġġ għall-miżuri biex jigu promossi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratiżżazzjoni billi jiġi evitat il-kunflitt u jiġu ikkunsidrati l-konsegwenzi tiegħu b'kollaborazzjoni fil-qrib partikolarment mal-korpi relevanti:

    (a) jappoġġaw il-bini ta' kapaċita‘, inkluż l-istabbiliment ta' sistemi ta' twissija bikrija;

    (b) jappoġġaw miżuri bil-għan li jibbilanċjaw l-opportunitajiet u jarmoniżżaw differenzi bejn gruppi ta' identita' differenti;

    (ċ) jappoġġaw miżuri li jiffaċilitaw konċiljazzjoni paċifika ta' interessi tal-gruppi, inkluż l-appoġġ għall-miżuri ta' bini tal-kunfidenza relatati mad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratiżżazzjoni, bil-għan li jiġu evitati l-kunflitt u tiġi restawrata l-paċi ċivili:

    (d) jippromwovu d-dritt umanitarju internazzjonali u l-osservanza tiegħu mill-partijiet kollha tal-kunflitt;

    (e) jappoġġaw organiżżazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi l-NGOs, involuti f'li jevitaw, jirrisolvu u jittrattaw il-konsegwenzi tal-kunflitt, inklużi l-appoġġ għat-twaqqif ta' tribunali internazzjonali ad hoc u t-twaqqif ta' qrati kriminali permanenti, u appoġġ u assistenza għall-vittmi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

    Artikolu 4

    L-appoġġ tal-Komunita' għal dawn l-għanijiet jistgħu jinkludu l-iffinanzjar ta':

    1. kampanji biex tizdied il-kuxjenza, biex jigu infurmati u mħarrġa l-aġenziji involuti u l-pubbliku ġenerali;

    2. miżuri li hemm bżonn għall-identifikazzjoni u l-preparazzjoni ta' proġetti fosthom:

    (a) studji ta' identifikazzjoni u ta' fattibilita;

    (b) it-tpartit ta' konoxxenzi teċkniċi u esperjenza bejn organiżżazzjonijiet Ewropej u korpi f'pajjiżi terzi;

    (ċ) spejjeż li jinqalgħu mill-proċeduri ta' dawk li jagħmlu l-offerti, partikolarment fl-evalwazzjoni ta' dawn l-offerti u l-preparazzjoni tad-dokumenti tal-proġetti:

    (d) l-iffinanzjar ta' studji ġenerali li jikkonċernaw l-azzjoni tal-Komunita' fi ħdan l-iskop ta' dan ir-Regolament.

    3. l-implimentazzjoni ta' proġetti:

    (a) assistenza teknika u impjegati barranin u lokali biex jgħinu jimplimentaw il-proġetti;

    (b) ix-xiri u/jew konsenja tal-prodotti jew ta' apparat strettament neċċessarju għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet, inklużi, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, u meta jkun ġustifikat, ix-xiri jew il-kiri ta' postijiet;

    (ċ) fejn approprjat, azzjonijiet bil-għan li jispikkaw il-karattru tal-Komunità f'operazzjonijiet.

    4. miżuri biex jiġu monitorati, ivverfikati u evalwati operazzjonijiet tal-Komunità.

    5. attivitajiet biex jispjegaw l-għanijiet u r-riżultati ta' dawn il-miżuri lill-pubbliku ġenerali f'pajjiżi ikkonċernati u assistenza amministrattiva u teknika għall-vantaġġ reċiproku kemm tal-Kummissjoni u kif ukoll tal-benefiċjarji.

    KAPITOLU II

    Proċeduri għall-implimentazzjoni ta' għajnuna

    Artikolu 5

    1. Is-soċji eliġibbli għall-iffinanzjar taħt dan ir-Regolament huma organiżżazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, organiżżazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u aġenziji uffiċjali, organiżżazzjonijiet tal-Komunità u stituti fis-settur pubbliku jew privat u operaturi.

    2. Operazzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità taħt dan ir-Regolament għandhom jigu implimentati mill-Kummissjoni jew fuq talba tas-soċju li hemm imsemmi fil-Paragrafu 1 jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

    Artikolu 6

    Biex ikunu eliġibbli għall-għajnuna tal-Komunità, is-soċji msemmija fl-Artikolu 5(1) għandu jkollhom il-kwartjieri ġenerali f'pajjiż terz li huwa eliġibbli għall-għajnuna tal-Komunità taħt dan ir-Regolament jew fi Stat Membru tal-Komunità. Dawn il-kwartjieri għandhom ikunu ċ-ċentru fejn isiru d-deċiżżjonijiet għall-operzzjonijiet kollha iffinanzjati taħt dan ir-Regolament. Bħala eċċezzjoni, dawn il-kwartjieri jistgħu jkunu f'pajjiżi terzi.

    Artikolu 7

    Mingħajr preġudizzju għall-ambjent istituzzjonali u politiku li joperaw fih is-soċji msemmija fl-Artikolu 5(1), il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu partikolarment ikkunsidrati meta qed jiġi determinat jekk korp hux addattat biex jiġi iffinanzjat mill-Komunità:

    (a) l-impenn tiegħu biex jiddefendi, jirrispetta u jippromovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi b'mod li mhux diskriminatoju;

    (b) l-esperjenza li għandu fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi;

    (ċ) il-kapaċitajiet ta'ġestjoni amministrattiva u finanzjarja;

    (d) il-kapaċitajiet tekniċi u loġistiċi in relazzjoni ma' l-operazzjoni pjanata;

    (e) ir-riżultati, fejn relevanti, ta' operazzjonijiet li diġa saru, partikolarment dawk li ġew iffinanzjati mill-Komunità;

    (f) il-kapaċita' tiegħu biex jibni relazzjoni ta' xogħol ma' elementi oħra tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż terz ikkonċernat u biex jidderieġi assistenza lejn organiżżazzjonijiet lokali responsabbli fil-konfront tas-soċjetà ċivili.

    Artikolu 8

    1. L-għajnuna ma tiġix allokata lis-soċji msemmija fl-Artikolu 5(1) kemm-il darba ma jħarsux il-kondizzjonijet ta' l-allokazzjoni u implimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni, b'liema kondizzjonijiet ser ikunu marbutin kontrattwalment.

    2. Attivitajiet li jingħataw għajnuna mill-Komunità għandhom jigu implimentati skond l-għanijiet stabbiliti fid-deċiżjoni finanzjarja tal-Komunità.

    3. L-iffinanzjar tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għandu jiehu l-forma ta' għotjiet.

    4. Fejn l-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament huma soġġetti għall-patti finanzjarji bejn il-Komunità u l-pajjiżi li qed jirċievu, dawn il-patti għandhom jistipulaw li taxxi, piżijiet u dazji m'għandhomx jiġu mħallsa mill-Komunità.

    Artikolu 9

    1. Il-Parteċipazzjoni f'sejħiet għall-offerti u għal xogħol bl-appalt għandha tkun miftuħa b'termini ugwali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi mill-Istat li jirċievi jew mill-Istati Membri. Din tista tiġi estiża għal pajjiżi oħra f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati.

    2. Il-provvisti għandhom joriġinaw fl-Istati Membri jew fil-pajjiż li jirċievi.

    Artikolu 10

    1. Fl-interess tal-konsistenza u l-kumplimentarjetà u biex tiżdied l-effettività ta' l-operazzjonijiet, il-Kummissjoni, b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tista tieħu l-miżuri ta' kordinazzjoni neċessarji.

    2. F'kull każ, għall-iskopijiet ta' paragrafu 1, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi:

    (a) l-introduzzjoni ta' sistema ta' tpartit u analiżi ta' informazzjoni fuq operzzjonijiet iffinanzjati jew ikkunsidrati għall-iffinanzjar mill-Komunità u l-Istati Membri;

    (b) il-kordinazzjoni għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet fuq il-post b'mezz ta' laqgħat regolari għat-tpartit ta' informazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f'pajjiz li qed jirċievi;

    (ċ) il-promozzjoni ta' approċċ koerenti fejn għandha x'taqsam assistenza umanitarja u, fejn possibbli, l-integrazzjoni tal-proġettazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-assistenza umanitarja.

    KAPITOLU III

    Proċeduri għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijet

    Artikolu 11

    L-ammont finanzjarju ta' riferenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament waqt il-perijodu 1999 sa 2004 ser ikun ta' EUR 150 miljun.

    Ta' kull sena l-approprjazzjonijiet ser jiġu awtoriżżati mill-awtorià tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

    Artikolu 12

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, tiddeċiedi u tamministra, tikkunsidra u tevalwa l-operazzjonijiet taħt dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-bilanċ u proċeduri oħra li huma fis-seħħ. Għandha tistabilixxi l-kondizzjonijiet biex tiġi allokata, mobiliżżata u implimentata l-għajnuna taħt dan ir-Regolament.

    Artikolu 13

    1. Is-segwenti ser jiġu addottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2):

    - deċiżjonijiet fuq operazzjonijiet fejn l-iffinanzjar taħt dan ir-Regolament jeċċedi EUR 1 miljun u kull modifikazzjoni fuq dawn l-operazzjonijiet li twassal għal żieda ta' aktar minn 20 % fis-somma li diġa miftehma,

    - programmi intiżi biex jipprovdu qafas koerenti għall-azzjoni f'ċertu pajjiż jew reġjun jew f'qasam speċifiku fejn l-iskala u l-kumplessità tal-bżonnijiet identifikati huma tali li jkomplu.

    2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 tad-deċiżjonijiet finanzjarji li qed taħseb biex tieħu proġetti ikkonċernati u programmi li jiswew inqas minn EUR 1 miljun. In-notifika għandha tingħata mill-anqas ġimgħa qabel ma' tittiehed id-deċizjoni.

    Artikolu 14

    1. Il-Kummissjoni ser tiġi assistita mill-"Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija", hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "l-Kumitat", imwaqqaf mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) No 975/1999.

    2. Fejn hemm riferenza għal dan l-Artikolu r-rappreżentant tal-kummissjoni għandu jagħti abbozz lill-kumitat tal-miżuri li għandhom jiġu mittieħda. Il-Kumitat ser jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f'limitu ta' ħin li l-president jista' jistipula skond l-urġenza tas-sitwazzjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond il-manjiera provduta f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

    Il-Kummissjoni ser tadotta l-miżuri pjanati jekk ikunu skond il-fehma tal-kumitat.

    Jekk il-miżuri pjanati mhux skond il-fehma tal-kumitat, jew jekk l-ebda fehma m'hi mogħtija, il-Kummisjoni mingħajr dewmien ser tagħti lill-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li ser jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kalifikata.

    Jekk, fil-każ ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' tliet xhur mid-data tar-riferenza lill-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu ma' ħax azzjoni, il-miżuri proposti ser jiġu addottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 15

    1. Il-Kummisjoni tista' tiffinanzja miżuri ta' emerġenza l-aktar sa EUR 2 miljuni. Miżuri ta' emerġenza għandhom jitqiesu neċċessarji f'każijiet ta' bżonn urġenti u imprevvist li jinqala f'kaz ta' sospensjoni f'daqqa tal-proċess demokratiku jew inkella l-emerġenza ta' stat ta' kriżi jew periklu eċċezzjonali u imminenti li jaffetwa parti minn jew il-popolazzjoni ta' pajjiż kollu u jhedded id-drittijiet fondamentali u l-libertajiet ta' l-individwu.

    2. Fejn l-operazzjonijiet jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni ser taġixxi bl-aktar meżżi effiċjenti wara li tikkonsulta ma' l-Istati Membri. Ħamest ijiem utli ser jiġu allokati fejn l-Istati Membri jistgħu jressqu xi oġġezzjonijiet. Fil-każ li jkun hemm xi oġġezzjonijiet, il-kumitat, imsemmi fl-Artikolu 14, għandu jeżamina l-kwistjoni fil-laqgħa li jkun imiss.

    3. Il-Kummisjoni ser tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14, fil-laqgħa li jkun imiss, dwar il-miżuri ta' emerġenza ffinanzjati taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

    Artikolu 16

    Il-Kumitat jista' jeżamina kull kwistjoni ġenerali jew speċifika li tikkonċerna l-għajnuna li tingħata mill-Komunità f'dan il-qasam u għandha ukoll jkollha rwol utili bħala mezz biex ittejjeb il-koerenza tad-drittijiet tal-bniedem u l-azzjonijiet ta' demokratiżżazzjoni mill-Unjoni Ewropea lejn pajjiżi terzi darba fis-sena għandu jeżamina il-pjanijiet għas-sena finanzjarja li jkun imiss jew inkella jiddiskuti linji ġenerali li għandhom jittieħdu fis-sena li jmiss ippreżentati mir-rappreżentant ta' l-operazzjonijiet tal-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament.

    Artikolu 17

    1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità taħt dan ir-Regolament biex tistabilixxi jekk intlaħqux l-għanijiet tagħhom u biex tipproduċi linji biex ittejjeb l-effetività ta' operazzjonijiet li jittieħdu wara. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-kumitat sommarju ta' l-eżerċizzji ta' evalwazzjoni li saru, li jekk neċċessarju, il-kumitat għandu jeżamina. Ir-rapporti ta' l-evalwazzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożsizzjoni ta' l-Istati Membri li ser jitolbuhom.

    2. Fuq talba ta' l-Istati membri, il-Kummissjoni tistà tevalwa, magħhom, ir-riżultati ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità u l-programmi taħt dan ir-Regolament.

    Artikolu 18

    Il-kuntratti kollha jew il-patti finanzjarji konklużi taħt dan ir-Regolament ser jipprovdu partikolarment li l-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jistgħu jagħmlu kontrolli fuq il-post u fil-kwartjieri tas-soċji msemmija fl-Artikolu 5(1) skond il-proċeduri tas-soltu kif stabbiliti mill-Kummissjoni taħt ir-regoli li huma fis-seħħ, partikolarment dawk tar-Regolament Finanzjarju li huma applikabbli taħt il-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 19

    1. Il-Kummissjoni, fi żmien xahar mid-deċiżjoni tagħha, ser tinnotifika l-Istati Membri dwar l-operazzjonijiet u l-proġetti approvati, billi tindika l-ammonti, in-natura ta' l-operazzjoni, il-pajjiż li qed jirċievi u s-soċji involuti.

    2. Fl-egħluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni ser tagħti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'sommarju ta' l-operazzjonijiet iffinanzjati f'dik is-sena.

    Is-sommarju għandu jkollu informazzjoni li tikkonċerna l-aġenziji li ġew intużati fl-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1.

    Ir-rapport għandu jinkludi wkoll reviżjoni ta' kull eżerċizzju ta' evalwazzjoni esterna li seta kien kondott u jistà, fejn xieraq, jipproponi operazzjonijiet speċifiċi.

    Artikolu 20

    Tliet snin wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill stima komplessiva ta' l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità taħt dan ir-Regolament, li jista' jkun akkumpanjat bi proposti xierqa li jikkonċernaw il-futur ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 21

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jgħodd sal-31 ta' Diċembru 2004.

    Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Müller

    [1] ĠU C 282, 18.09.97, p. 14.

    [2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta'April 1999 (għadha m'hijiex pubblikata fil Ġurnal Ufficjali).

    [3] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [4] ĠU C 102, 04.04.1996, p. 4.

    [5] Kunsill Regolamenti (KEE) Nru 2157/91 (ĠU L 201, ta' l-24.7.1991, p. 2). Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru. 1279/96 (ĠU L 165, ta' l-4.7.1996, p. 1).

    [6] Kunsill Regolamenti (KEE) Nru 3906/89 (ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11). Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru. 753/96 (ĠU L 103, tas-26.4.1996, p. 5).

    [7] Kunsill Regolamenti (KEE) Nru 1763/92 (ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 5). Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru. 1488/96 (ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 1).

    [8] Kunsill Regolamenti (KE) Nru. 753/96 (ĠU L 103, tas-26.4.1996, p. 5).

    --------------------------------------------------

    Top