This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R0101
Commission Regulation (EC) No 101/1999 of 15 January 1999 amending Regulation (EEC) No 3143/85 on the sale at reduced prices of intervention butter intended for direct consumption in the form of concentrated butter and Regulation (EEC) No 429/90 on the granting by invitation to tender of an aid for concentrated butter intended for direct consumption in the Community
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 101/1999 tal-15 ta’ Jannar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet mnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għal konsum dirett taħt sura ta’ butir ikkonċentrat u r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 101/1999 tal-15 ta’ Jannar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet mnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għal konsum dirett taħt sura ta’ butir ikkonċentrat u r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità
ĠU L 11, 16.1.1999, p. 14–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1898
Official Journal L 011 , 16/01/1999 P. 0014 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 101/1999 tal-15 ta’ Jannar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet mnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għal konsum dirett taħt sura ta’ butir ikkonċentrat u r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(6) u 7a(3) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru3143/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 [4], jipprovdi għall-bejgħ bi prezzijiet mnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għal konsum dirett fil-Komunità taħt sura ta’ butir ikkonċentrat; billi l-iskema ser tkompli tapplika sakemm il-ħażniet ta’ butir f’ħażna ta’ intervent jippermettu; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 417/98 [6], jipprovdi għall-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat miksub minn butir jew krema mis-suq u maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità; billi dawn ir-Regolamenti u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet mnaqqsa u l-għoti ta’ għajnuna għal krema, butir u butir ikkonċentrat maħsuba għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mill-għaġina, ġelati u prodotti oħra ta’ l-ikel [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1982/98 [8], jipprovdu biex jiżdiedu tracers mal-butir ikkonċentrat sabiex jiġi assigurat użu xieraq mill-prodott finali; billi għandha ssir dispożizzjoni biex l-istess limiti u metodi ta’ referenza japplikaw meta l-kontenut tat-tracers kimiċi msemmija f’dawk ir-Regolamenti ma jiġix osservat; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Madankollu, meta, per eżempju minħabba distribuzzjoni mhux ugwali, il-kontenut ta’ kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(2) jinstab li hu aktar minn 5 % iżda inqas minn 30 % taħt il-kwantitajiet minimi preskritti, 1,5 % tal-garanzija ta’ l-ipproċessar għandha tintilef għal kull punt perċentwali taħt il-kwantitajiet minimi preskritti." 2. Fl-Artiklu 8(4), tar-Regolament (KEE) Nru 429/90, "20 %" huwa sostitwit bi "30 %". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Jannar 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. [3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9. [4] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27. [5] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. [6] ĠU L 52, tal-21.2.1998, p. 18. [7] ĠU L 350, ta’ l-20.12.1997, p. 3. [8] ĠU L 256, tat-18.9.1998, p. 9. --------------------------------------------------