EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0724

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 1999 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunitá ta' prodotti li m'humiex soġġetti għall-ħtiġiet preskritti fir-regoli speċifiċi Komunitarji li hemm referenza dwarhom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE. (notifikat permezz tad-dokument numru C (1999) 3493)Test b'relevanza għall-ŻEE

ĠU L 290, 12.11.1999, p. 32–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/724/oj

31999D0724

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 1999 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunitá ta' prodotti li m'humiex soġġetti għall-ħtiġiet preskritti fir-regoli speċifiċi Komunitarji li hemm referenza dwarhom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE. (notifikat permezz tad-dokument numru C (1999) 3493)Test b'relevanza għall-ŻEE

Official Journal L 290 , 12/11/1999 P. 0032 - 0040
CS.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
ET.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
HU.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
LT.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
LV.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
MT.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
PL.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
SK.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19
SL.ES Chapter 3 Volume 27 P. 11 - 19


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' Ottubru 1999

li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunitá ta' prodotti li m'humiex soġġetti għall-ħtiġiet preskritti fir-regoli speċifiċi Komunitarji li hemm referenza dwarhom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE.

(notifikat permezz tad-dokument numru C (1999) 3493)

(Test b'relevanza għall-ŻEE)

(1999/724/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li m'humiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija preskritti f'regoli Komunitarji speċifiċi li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15,

(1) Billi r-regoli speċifiċi applikabbli għall-preparazzjoni tal-ġelatina intiża għall-użu farmaċewtiku, kożmetiku jew xi użu tekniku ieħor u mezzi mediċi li qegħdin jiġu mħejjija; billi, għalhekk, ir-regolazzjoni ta' dawn il-prodotti jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Deċiżjoni;

(2) Billi l-kondizzjonijiet pubbliċi speċifiċi applikabbli għall-preparazzjoni tal-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu preskritti; billi, sakemm dawn il-kondizzjonijiet ikunu l-istess għall-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem u għall-ġelatina mhux intiża għall-konsum mill-bniedem u sakemm il-kondizzjonijiet iġjeniċi wkoll ikunu l-istess, iż-żewġ tipi ta' ġelatina jistgħu jiġu prodotti u/jew maħżuna fl-istess stabbiliment;

(3) Billi għandhom jiġu ddeterminati l-ħtiġiet ta' l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni, ta' l-ispezzjoni u ta' l-iġjene li l-istabbilimenti li jagħmlu l-ġelatina għandhom isegwu; billi ċerti kondizzjonijiet tas-saħħa li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettaw il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/76/KE [4], u fid-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-iġjene tal-prodotti ta' l-ikel [5], huma relevanti għall-preparazzjoni tal-ġelatina,

(4) Billi l-Kumitat ta' Tmexxija Xjentifiku adotta l-opinjoni dwar is-sigurtà tal-ġelatina fis-26 u s-27 ta' Marzu 1998 li ġiet aġġornata fit-18 u 19 ta' Frar 1999; billi din l-opinjoni tindirizza l-mistoqsijiet taħt liema kondizzjonijiet ta' l-oriġini s-sorsi tal-materjal u/jew tat-tip tal-materjal utilizzat u/jew tal-proċess tal-produzzjoni l-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem tista' tiġi meqjusa bħala ħielsa mill-mard ta' enċefalopatija spunġiforma tal-bhejjem tal-fart (bovine spongiformencephalapathy) (BSE); billi f'din l-opinjoni, il-Kumitat Xjentifiku Ewlieni jiddistingwi l-miżuri rakkomandati bejn il-kategoriji differenti tar-riskju ġeografiku; billi l-implimentazzjoni finali tista' sseħħ biss wara li ssir klassifikazzjoni tal-pajjiżi u tar-reġjuni; billi fil-21 ta' Mejju 1999, fis-sessjoni ġenerali tal-Kumitat ta' l-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Epiżitiċi (UIE) (IOE), proposta tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kodiċi tas-saħħa ta' l-Annimali tal-(UIE - IOE) dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta' l-istat tal-BSE f'pajjiż jew f'żona ġiet adottata; billi bi qbil mal-proċedura preskritta fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/477/KE [6], dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu milqugħa l-applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' l-istat ta' l-epidemiji tal-pajjiżi fir-rigward ta' sponġiforma encephalopathies li jittieħdu, ċerti Stati Membri u pajjiżi terzi pprovdew l-informazzjoni neċessarja għall-eżaminazzjoni tar-riskju ġeografiku tagħhom; billi, b'konsiderazzjoni ta' l-iżvilupp reċenti tal-Kodiċi tal-UIE - IOE dwar il-BSE, sakemm titwettaq l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq u jittieħdu d-deċiżjonijiet sussegwenti, id-daħla fis-seħħ tar-regoli għall-produzzjoni tal-ġelatina magħmula mill-għadam ta' l-annimali li jixtarru (ruminanti) għandha tiġi sospiża sakemm il-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi jew tar-reġjuni rigward l-istat tagħhom tal-BSE tiġi fis-seħħ; billi l-Kummissjoni għandha tibda l-proċess għad-daħla fis-seħħ tar-regoli dwar il-produzzjoni tal-ġelatina magħmula mill-għadam ta' l-annimali li jixtarru (ruminanti) mingħajr dewmien wara l-adozzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi jew tar-reġjuni rigward l-istat tagħhom tal-BSE:

(5) Billi l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 97/534/KE [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/745/KE [8] dwar il-projbizzjoni ta' l-użu ta' materjal li hu ta' periklu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-isponġiforma encephalopathies li tittieħed;

(6) Billi l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 98/272/KE [9] dwar il-programm ta' sorvejlanza epidermiku għall-isponġiforma encephalopathies li tittieħed u li temenda d-Deċiżjoni 94/474/KE; billi din id-Deċiżjoni tipprovdi miżuri li għandom jiġu applikati f'każ ta' suspett li xi annimali għandhom l-isponġiforma encephalopathy li tittieħed (TSE);

(7) Billi reviżjoni tal-Kodiċi dwar is-Saħħa ta' l-Annimali tal-UIE dwar il-BSE (il-Kodiċi tal-UIE fuq il-BSE) ġiet adottata fl-assemblea ġenerali tal-UIE f'Pariġi fid-29 ta' Mejju 1998; billi l-Artikolu 3.2. 13.3 ta' dak il-Kodiċi jirrakkomanda li jekk il-ġelatina u l-kollaġeni (collagen) huma magħmula esklussivament minn ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' l-annimali b'saħħithom, l-amministrazzjoni veterinarja tista' tirrakkomanda, mingħajr restrizzjonijiet, l-importazzjoni u t-transitu ta' din il-ġelatina u kollaġeni fit-territotorji tagħhom, ikun x'ikun l-istat tal-pajjiżi esportaturi; billi l-Artikolu 3.2.13.15 ta' dak il-Kodiċi jirrakkomanda taħt liema kondizzjonijiet ta' l-oriġini s-sorsi u l-ipproċessar jistgħu jiġu nnegozjati l-ġelatina u l-kollaġeni magħmula mill-għadam;

(8) Billi l-ġelatina hi magħmula mill-għadam, ta' l-annimali ta' l-irziezet li jixtarru (ruminanti) u ġlud ħoxnin u ġlud oħra tal-kaċċa tas-selvaġġ, ġlud tal-ħnieżer u tat-tjur, u l-għerq u l-muskoli u l-ġlud u l-għadam tal-ħut; billi l-qtil iġeniku kkontrollat tal-qobla fil-biċċerija tipprevjieni l-kontaminazzjoni tal-ġlud minn materjal li hu ta' periklu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-isponġiform encephalopathies li tittieħed; billi hu xieraq li dawn il-materjali mhux maħduma għandhom joriġinaw minn annimali b'saħħithom u għandhom jiġu ttrattati b'mod iġeniku meta jiġu miġbura, trasportati, maħżuna u mqandla; billi biex jiġi garantit l-intraċċjar ta' dawn il-materjali mhux maħduma hu xieraq li jkun hemm ħtieġa li ċ-ċentri għall-ġbir u konseriji li għandhom l-intenzjoni li jissuplixxu dawn il-materjali jkunu awtorizzati u rreġistrati; billi apparti minn dan, hu xieraq li jiġi pprovdut mudell ta' dokument kummerċjali li għandu jakkumpanja dawn il-materjali mhux maħduma waqt it-trasportazzjoni, żmien għall-konsenja fiċ-ċentri għall-ġbir u fil-konzeriji u fl-impjanti ta' l-ipproċessar tal-ġelatina;

(9) Billi l-Kumitat ta' Tmexxija Xjentifiku jirrakkomanda b'mod sħiħ fl-opinjoni msemmija hawn fuq li l-fabbrikanti tal-ġelatina jimplimentaw u jirrispettaw l-analiżi tal-perikoli u l-proċeduri tal-punti kritiċi tal-kontroll; billi l-miżuri dwar l-ispezzjonijiet tal-istabbilimenti stess ipprovduti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 77/99/KEE huma relevanti għall-ispezzjonijiet magħmula mill-istabbilimenti stess li jipproduċu l-ġelatina kif hemm referenza dwarha fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/118/KEE;

(10) Billi għandhom jiġu mfassla normi għall-prodott finali sabiex ikun assigurat li m'huwiex ikkontaminat b'sustanzi jew mikro-organiżmi li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa tal-konsumaturi; billi sakemm issir evalwazzjoni xjentifika ta' dawn in-normi, hu xieraq li fuq bażi proviżorja jiġu nklużi normi li jirrigwardaw il-kontaminazzjoni, li huma approvati b'mod ġeneriku;

(11) Billi l-ħtiġiet tal-ippakkjar, il-magazzinaġġ u t-trasport tal-prodott finali għandhom jiġu stabbiliti;

(12) Billi hu meħtieġ li jiġu pprovduti regoli speċifiċi dwar is-saħħa rigward l-importazzjoni tal-materjali mhux maħduma li intiżi għall-produzzjoni tal-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem u tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem; billi fejn hu possibbli li jiġu rikonoxxuti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti, pajjiż terz jista' jissottometti proposta għal dan it-tip ta' rikonoxximent lill-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni meħtieġa;

(13) Billi l-adozzjoni ta' regoli speċifiċi għall-produzzjoni tal-ġelatina hu mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' regoli għall-organizzazzjoni tal-prevenzjoni u l-kontroll ta' sponġiforma encephalopathies li tittieħed;

(14) Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni inċiż tal-Kapitolu 2 ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/118/KEE hu hawnhekk imħassar.

Artikolu 2

L-Anness ma' din id-Deċiżjoni hu hawnhekk miżjud bħala l-Kapitolu 4 mal-Anness II tad-Direttiva 92/118/KEE.

Artikolu 3

L-Anness ma' din id-Deċiżjoni jista' jiġi emendat bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/118/KEE, b'mod partikolari biex jiġu kkunsidrati żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, u fid-dawl tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku xieraq tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2000. Ma tapplikax għall-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem li ġiet prodotta qabel dik id-data.

B'dana kollu, l-Parti II, il-punt 2 u l-Parti IV, il-punt 1, l-ewwel inċiż, ta' l-Anness għandhom japplikaw mit-tali żmien li l-Kummissjoni, li taġixxi bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/118/KEE, tistabbilixxi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ottubru 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, pġ. 31

[3] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85

[4] ĠU L 10, tas-16.1.1998, pġ. 25

[5] ĠU L 175, tad-19.7.1993, pġ. 1

[6] ĠU L 212, tat-30.7.1998, pġ. 58

[7] ĠU L 216, tat-8.8.1997, pġ. 95

[8] ĠU L 358, tal-31.12.1998, pġ. 113

[9] ĠU L 122, ta’ l-24.4.1998, pġ. 59

--------------------------------------------------

ANNESS

"KAPITOLU 4 KONDIZZJONIIJIET SPEĊIFIĊI TAS-SAĦĦA ĠĦALL-ĠELATINA INTIŻA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Dan il-kapitolu jipprovdi l-kondizzjonijiet tas-saħħa li japplikaw għall-ħruġ fis-suq u għall-importazzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, izda bl-esklużjoni tal-ġelatina intiża għall-użu farmaċewtiku, kożmetiku jew għal xi użu tekniku ieħor u għall-apparati mediċi.

Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

- ġelatina: proteina naturali, solubbli, li tagħqad u li ma tagħqadx, miksuba permezz ta' l-idroliżi parzjali tal-kollaġini magħmul mill-għadam, ġlud ħoxnin u ġlud oħra, l-għerq u l-muskoli ta' l-annimali (inklużi l-ħut u t-tjur),

- ġlud ħoxnin u ġlud oħra: kull nisġa taċ-ċelluli tal-ġilda jew ta' taħt il-ġilda,

- l-ikkunzar: it-twebbis tal-ġlud ħoxnin, permezz ta' l-użu ta' l-aġenti veġetali ta' l-ikkunzar, melħ tal-kromju jew sustanzi oħra bħalma hu l-melħ ta' l-aluminju, il-melħ tal-ħadid, il-melħ ta' l-aċidu siliċiku, aldehydes u quinones, jew l-aġenti sintetiċi li jwebbsu,

- pajjiż jew reġjun tal-kategorija 1: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala ħieles mill-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,

- pajjiż jew reġjun tal-kategorija 2: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala proviżorjament ħieles mill-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,

- pajjiż jew reġjun tal-kategorija 3: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala ta' riskju baxx tal-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,

- pajjiż jew reġjun tal-kategorija 4: pajjiż jew reġjun klassifikat bħala ta' riskju għoli tal-BSE bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja,

Il-ġelatina intiza għall-konsum mill-bniedem għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet segwenti:

I. Kondizzjonijiet għall-istabbilimenti li jipproduċu l-ġelatina

Il-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem għandha tkun miksuba minn stabbilimenti li:

1. ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II, V, VI, VII, VIII, IX u X ta' l-Anness mad-Direttiva 93/43/KEE;

2. huma awtorizzati u rreġistrai bi qbil ma' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 77/99/KEE;

3. huma soġġetti għas-sorveljanza tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bi qbil mal-Kapitolu IV ta' l-Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE kif xieraq;

4. iwettqu programm ta' sorveljanza magħmul minnhom stess bi qbil ma' l-Artikolu 7 (1) u (3) tad-Direttiva 77/99/KEE;

5. iżommu reġistru għal sentejn tas-sorsi tal-materjali mhux maħduma kollha li jidħlu u tal-prodotti li joħorġu;

6. jintroduċu u jimplimentaw sistema li tagħmel mezz biex tagħmel konnessjoni bejn kull lott tal-produzzjoni mibgħuta, il-konsenji tal-materjali mhux maħduma li jidħlu, il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u l-ħin tal-produzzjoni.

II. Ħtiġiet għall-materjali mhux maħduma biex jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina

1. Għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, jistgħu jintużaw is-segwenti materjali mhux maħduma:

- għadam

- ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' l-annimali li jixtarru (ruminanti) imrobbija fl-irziezet,

- ġlud tal-majjal,

- ġlud tat-tjur,

- għerq u muskoli,

- ġlud ħoxnin u ġlud oħra tal-kaċċa ferjali,

- ġlud u għadam tal-ħut.

2. L-użu ta' l-għadam miksub mill-annimali li jixtarru (ruminanti) mwielda, imrobbija u maqtula f'pajjiżi jew f'reġjuni tal-kategorija 4 huwa pprojbit.

3. L-użu tal-ġlud ħoxnin u ġlud oħra li ġew soġġetti għall-proċessi ta' l-ikkunzar huwa pprojbit.

4. Il-materjali mhux maħduma li huma elenkati fl-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom ġew ikkunsidrati tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet magħmula qabel u wara l-qatla.

5. Il-materjal mhux maħdum elenkat fis-sitt inċiż tal-paragrafu 1 għandu jinkiseb minn annimali maqtula li l-karkassi tagħhom ġew ikkunsidrati tajbin għall-konsum mill-bniedem wara l-ispezzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE [1].

6. Il-materjal mhux maħdum elenkat fl-ewwel sitt inċiżi tal-paragrafu 1 għandu jinkiseb minn biċċeriji, impjanti tat-tqattiegħ, stabbilimenti fejn jiġi pproċessat il-laħam, impjanti fejn tiġi pproċessata l-kaċċa ferjali, impjanti fejn jiġi maqlugħ ix-xaħam mill-għadam, konzeriji, ċentri tal-ġbir, ħwienet li jbiegħu bl-imnut, jew xi fond li jmiss punti tal-bejgħ, fejn il-qtugħ u l-magazzinaġġ tal-laħam u l-laħam tat-tjur isir bl-uniku skop li jissupplixxi lill-konsumatur finali direttament.

7. Il-materjali mhux maħduma elenkati fl-aħħar inċiż tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu minn impjanti li jiffabbrikaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum mill-bniedem approvati jew irreġistrati bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE [2].

8. Iċ-ċentri tal-ġbir u l-konzeriji li għandhom l-għan li jissuplixxu l-materjal mhux maħdum għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop u rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jilħqu l-ħtiġiet segwenti:

(i) (a) għandhom ikollhom imħażen bl-art iebsa u l-ħjut lixxi li jiġu faċilment imnaddfa u ddiżinfettati;

(ii) (b) meta hu xieraq, għandhom ikunu mgħammra b'faċilitajiet refriġeranti;

(iii) (ċ) l-imħażen għandhom jiġu miżmuma fi stat ta' ndafa u riparazzjoni sodisfaċenti, sabiex ma jkunux fonti ta' kontaminazzjoni għall-materjali mhux maħduma;

(iv) (d) jekk il-materjal mhux maħdum li ma jkun konformi ma' din il-parti jiġi maħżun u/jew ipproċessat f'dawn il-postijiet, għandu jiġi ssegregat mill-materjal mhux maħdum li jkun konformi ma' din il-parti tul il-perjodu meta jiġu kkonsenjati, maħżuna, ipproċessati u mibgħuta;

(v) (e) għandhom iseħħu spezzjonati mill-awtorità kompetenti f'intervalli regolari biex jiġi assigurat li dan il-kapitolu jkun segwit u biex jiġu eżaminati d-dokumenti tal-kontijiet u/jew iċ-ċertifikati tas-saħħa li jgħinu fl-intraċċjar ta' l-oriġini tal-materjal mhux maħdum.

9. L-importazzjoni fil-Komuntà tal-materjal mhux maħdum li jkun sejjer jintuża għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem hu soġġett għad-disposizzjonijiet segwenti:

- L-Istati Membri għandom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' dan il-materjal mhux maħdum minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3] jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [4] jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE [5] jew fid-Deċiżjoni 94/86/KE [6] biss, skond kif inhu meħtieġ,

- kull konsenja tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.

III. It-trasport u l-magazzinaġġ tal-materjali mhux maħduma

1. It-trasportazzjoni tal-materjali mhux maħduma li jkunu sejrin jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina għandha sseħħ f'kundizzjonijiet ta' ndafa permezz ta' mezzi tat-trasport xierqa.

Waqt it-trasportazzjoni, fil-ħin tal-konsenja fiċ-ċentru tal-ġbir u fil-konzerija u fl-istabbiliment fejn tiġi pproċessata l-ġelatina, il-materjali mhux maħduma għandhom ikollhom magħhom dokument kummerċjali li jkun konformi mal-mudell stabbilit fil-Parti VIII ta' dan il-Kapitolu.

2. Il-materjali mhux maħduma għandhom jiġu ttrasportati u maħżuna fil-kesħa jew iffriżati, sakemm ma jiġux ipproċessati fi żmien 24 siegħa mit-tluq tagħhom.

Bħala deroga mis-subparagrafu preċedenti, l-għadam mingħajr xaħam jew imnixxef jew l-għadam mingħajr għelk, ġlud ħoxnin u ġlud oħra li huma mmelħin, imnixxfin u mgħaddsa fl-ilma tal-ġir u ġlud ħoxnin u ġlud oħra li huma ttrattati bl-alkali jew aċidu jistgħu jiġu ttrasportati u maħżunin f'temperatura normali.

3. L-imħażen għandhom jiġu miżmuma fi stat ta' ndafa u riparazzjoni sodisfaċenti, sabiex ma jkunux fonti ta' kontaminazzjoni għall-materjali mhux maħduma;

IV. Kondizzjonijiet li għandhom jrid ikun hemm konformità magħhom għall-manifattura tal-ġelatina

1. Il-ġelatina għandha tiġi magħmula permezz ta' proċess li jassigura li:

- kull materjal ta' l-għadam ta' l-annimali li jixtarru (ruminanti) li hu akkwistat minn annimali mwielda, imrobbija u maqtula f'pajjiżi jew reġjuni li jaqgħu fil-kategorija 3 ikun soġġett għal proċess li jassigura li kull materjal ta' l-għadam hu mfarrak b'mod irqiq ferm u jiġi mneħħi minnu x-xaħam permezz tal-misħun u jiġi ttrattat bl-aċidu idroklriku dilwit (b'konċentrazzjoni minima ta' 4 % u pH < 1,5) tul perjodu ta' mill-inqas 20 ġurnata b'pass ta' sterilizzazzjoni ta' 138-140 °C għal erba' sekondi jew bi proċess ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku xieraq,

- il-materjal mhux maħdum ta' xorta oħra għandu jkun soġġett għal trattament bl-aċidu jew bl-alkali, segwit bi tlaħlieħ jew aktar minn tlaħliħa waħda. Il-pH għandu sussegwentement ikun aġġustat. Il-ġelatina għandha tiġi estratta billi tiġi applikata s-sħana darba jew aktar drabi wara xulxin, u in segwitu bil-purifikazzjoni permezz tal-filtrazzjoni u l-isterilizzazzjoni.

2. Wara li tkun ġiet soġġetta għall-proċessi elenkati fil-paragrafu 1, il-ġelatina tista' tiġi soġġettata għal proċess ta' tnixxif u, fejn hu xieraq, għal proċess ta' pulverizzazzjoni jew laminazzjoni.

3. L-użu tal-preservattivi, għajr id-diossidu tal-kubrit u l-hydrogen peroxide, hu pprojbit.

4. Sakemm il-ħtiġiet għall-ġelatina mhux intiża għall-konsum mill-bniedem huma eżatt l-istess bħal dawk għall-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, il-produzzjoni u l-magazzinaġġ jistgħu jseħħu fl-istess stabbiliment.

V. Ħtiġiet għall-prodotti lesti

Kull lott ta' produzzjoni tal-ġelatina għandu jiġi soġġett għal testijiet biex ikun assigurat li jilħaq il-kriterji segwenti:

1. Kriterji mikrobijoloġiċi

Parametri mikrobijoloġiċi | Limitu |

Batterja erobika totali | 103/g |

Koliformi (30 °Ċ) | 0/g |

Koliformi (44,5 °Ċ) | 0/10 g |

Batterja li m'hijiex erobika li tnaqqas il-kubrit (mingħajr il-produzzjoni tal-gass) | 10/g |

Clostridium perfringens | 0/g |

Staphylicoccus aureus | 0/g |

Salmonella | 0/25 g |

2. Residwi

Elementi | Limitu |

As | 1 ppm |

Pb | 5 ppm |

Cd | 0,5 ppm |

Hg | 0,15 ppm |

Cr | 10 ppm |

Cu | 30 ppm |

Zn | 50 ppm |

Umdità (105 0Ċ) | 15% |

Irmied (550 0Ċ) | 2% |

SO2 (Reith Williems) | 50 ppm |

H2O2 (European Pharmacopia1986 (V2O2)) | 10 ppm |

VI. L-ippakkjar, il-magazzinaġġ u t-trasport

1. Il-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem għandha tiġi mgeżwra, ippakkjata, maħżuna u ttrasportata f'kondizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti, b'mod partikolari:

- kamra għandha tiġi pprovduta għall-materjali tal-magazzinaġġ, it-tgeżwir u l-ippakkjar,

- it-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom isiru f'kamra jew f'post maħsub għal dan l-għan.

2. Il-materjali li fihom tiġi mgeżwra u ppakkjata l-ġelatina għandhom:

- ikollhom marka ta' l-identifikazzjoni li tagħti d-dettalji segwenti:

l-isem jew l-ittra jew ittri inizjali tal-pajjiż tal-konsenja stampati b'ittri kbar, i.e.: AT-B-DK-D-EL-E-F-FI-IRL-I-L-NL-P-SE-UK, imbagħad in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment u waħda mis-settijiet ta' l-inizjali li ġejjin: CE-EC-EF-EG-EK-EY

u

- ikollhom il-kliem 'Ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem'.

3. Il-ġelatina għandha, waqt it-trasportazzjoni tagħha, tiġi akkumpanjata b'dokument kummerċjali bi qbil ma' l-Artikolu 3(A)(9)(a) tad-Direttiva 77/99/KEE, li għandu jkollu l-kliem 'Ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem' u d-data tal-preparazzjoni.

VII. Importazzjoni tal-ġelatina minn pajjiżi terzi

A. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ġelatina intiza għall-konsum mill-bniedem tiġi importata biss jekk:

- toriġina minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista tal-Parti XIII ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE [7],

- toriġina minn stabbilimenti li jsegwu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I ta' dan il-kapitolu,

- ġiet prodotta minn materjal mhux maħdum li kien konformi mal-ħtiġiet tal-Partijiet II u III ta' dan il-kapitolu,

- ġiet iffabrikata b'konformità mal-kondizzjonijiet elenkati fil-Parti IV ta' dan il-kapitolu,

- tissodisfa l-kriterji tal-Parti V u l-ħtiġiet tal-Parti VI.1 ta' dan il-kapitolu,

- ikollha fuq il-materajli li jintużaw għat-tgeżwir u għall-ippakkjar marka ta' l-identifikazzjoni li tagħti d-dettalji segwenti;

ir-referenza tal-pajjiż ta' l-oriġini skond il-kodiċi ta' l-ISO, imbagħad in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment

u

- tkun akkumpanjata b'ċertifikat li jkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.

B. Bi qbil mal-proċedura ta' l-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi l-miżuri tas-saħħa li jiġu applikati minn pajjiżi terzi għall-produzzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem, bħala li jagħtu garanziji ekwivalenti għal dawk li jiġu applikati biex jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità, jekk il-pajjiż terz jagħti provi oġġettivi rigward dan.

Meta l-Kummissjoni tirrikonoxxi dan it-tip ta' ekwivalenza tal-miżuri tas-saħħa ta' pajjiż terz, għandha tadotta bi qbil ma' l-istess proċedura, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni tal-ġelatina intiża għall-konsum mill-bniedem inkluż iċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-prodott.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 35

[2] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 15

[3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ. 15

[4] ĠU L 44, tas-17.2.1994, pġ. 31

[5] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, pġ. 21

[6] ĠU L 44, tas-17.2.1994, pġ. 33

[7] ĠU L 120, tal-11.5.1994, pġ. 44

--------------------------------------------------

Top