Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0392

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers issottomessi għal eżami ddettaljat bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli taż-ZA 1296 (mesotrijone), il-Iodosulfuron-methyl-sodium (AEF 115008), is-Silthiopham (MON 65500) u l-Gliocladium catenulatum fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (innotifikata fid-dokument numru C(1999) 1400)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 148, 15.6.1999, p. 44–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/392/oj

    31999D0392



    Official Journal L 148 , 15/06/1999 P. 0044 - 0045


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-31 ta’ Mejju 1999

    li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers issottomessi għal eżami ddettaljat bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli taż-ZA 1296 (mesotrijone), il-Iodosulfuron-methyl-sodium (AEF 115008), is-Silthiopham (MON 65500) u l-Gliocladium catenulatum fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (innotifikata fid-dokument numru C(1999) 1400)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (1999/392/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE [1] ta’ l-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/1/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

    (1) Billi d-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ‘il quddiem imsejħa "id-Direttiva") ipprovdiet għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja tas-sustanzi attivi awtorizzati sabiex jiġu imdaħħla fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

    (2) Billi l-applikanti ssottomettew dossiers għal erba’ sustanzi attivi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bil-ħsieb li jiksbu l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva;

    (3) Billi ġie ssottomess dossier għas-sustanza attiva ZA 1296 (mesotrijone) miż-Zeneca Agrochemicals lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-23 ta’ April 1998;

    (4) Billi ġie ssottomess dossier għas-sustanza attiva Iodosulfuron-methyl-sodium (AEF 115008) mill-Hoechst Schering Agrevo GmbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fl-14 Diċembru 1998;

    (5) Billi ġie ssottomess dossier għas-sustanza attiva Silthiopham (MON 65500) mill-Monsanto Crop Protection lill-awtoritajiet Irlandiżi fl-14 ta’ Diċembru 1998;

    (6) Billi ġie ssottomess dossier għas-sustanza attiva Gliocladium catenulatum mill-Kemira Agro Oy lill-awtoritajiet Finlandiżi fid-19 ta’ Mejju 1998;

    (7) Billi l-awtoritajiet imsemmija indikaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ eżami ta’ l-ewwel dwar il-kompletezza tad-dossier rigward il-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif ipprovvduti fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III mad-Direttiva; billi sossegwentement, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), id-dossiers kienu ssottomessi mill-applikanti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

    (8) Billi d-dossiers dwar iż-ZA 1296 (mesotrijone), l-Iodosulfuron-methyl-sodium (AEF 115008), is-Silthiopham (MON 65500) u l-Gliocladium catenulatum kienu rriferiti lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 Frar 1999;

    (9) Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ li jiġi kkonfermat fil-livell Komunitarju illi kull dossier għandu jitqies li jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u t-tagħrif ipprovduti fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III mad-Direttiva;

    (10) Billi din il-konferma hija meħtieġa sabiex jiġi segwit l-eżami ddettaljat tad-dossier kif ukoll biex tinfetaħ il-possibbiltà għall-Istati Membri li jikkonċedu awtorizzazzjoni proviżorja għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva b’rigward xieraq tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-kondizzjoni li ssir stima ddettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti rigward il-ħtiġiet tad-Direttiva;

    (11) Billi din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax illi jistgħu jintalbu iktar informazzjoni u tagħrif minn għand l-applikant meta jkun jidher matul l-eżami ddettaljat illi din l-informazzjoni jew dsn it-tagħrif ikunu meħtieġa għabiex tiddieħed Deċiżjoni;

    (12) Billi huwa mifhum bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni illi r-Renju Unit irid isegwi l-eżami ddettaljat tad-dossier dwar iż-ZA 1296 (mesotrijone), illi l-Ġermanja trid issegwi l-eżami ddettaljat tad-dossier dwar il-Iodosulfuron-methyl-sodium (AEF 115008), illi l-Irlanda trid issegwi l-eżami ddettaljat tad-dossier dwar is-Silthiopham (MON 65500), u li l-Finlandja trid issegwi l-eżami ddettaljat tad-dossier dwar il-Gliocladium catenulatum;

    (13) Billi r-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Irlanda u l-Finlandja jridu jirrapportaw il-konklużjonijiet ta’ l-eżamiijiet tagħhom akkumpanjati b’kull rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ l-inklużjoni u ta’ kull kondizzjoni li għandha x’taqsam magħhom lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn perjodu taż-żmien ta’ sena; billi meta dan ir-rapport jiġi rċevut irid jissokta l-eżami ddettaljat bil-kompetenza ta’ l-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti;

    (14) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dossiers li ġejjin jissodisfaw fil-prinċipju l-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif ipprovvduti fl-Anness II u, għal mill-inqas għal prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interesata, fl-Anness III mad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti:

    1. Id-dossier sottomess miż-Zeneca Agrochemicals lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi inkluż iż-ZA 1296 (mesotrijone) bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u li kien irriferit lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Frar 1999.

    2. Id-dossier sottomess mill-Hoechst Schering Agrevo GmbH lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi inkluż il-Iodosulfuron-methyl-sodium (AEF 115008) bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u li kien irriferit lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Frar 1999.

    3. Id-dossier sottomess mill-Monsanto Crop Protection lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi inkluż is-Silthiopham (MON 65500) bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u li kien irriferit lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Frar 1999.

    4. Id-dossier sottomess mill-Kemira Agro Oy lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi inkluż il-Gliocladium catenulatum bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u li kien irreferit lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-11 ta’ Frar 1999.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Mejju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 21, tat-28.1.1999, p. 21.

    --------------------------------------------------

    Top