This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0312
1999/312/EC: Council Decision of 29 April 1999 amending Decision 93/383/EEC on reference laboratories for the monitoring of marine biotoxins
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 dwar il-laboratorji ta’ referenza sabiex isir monitoraġġ tal-bio-tossini marini
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 dwar il-laboratorji ta’ referenza sabiex isir monitoraġġ tal-bio-tossini marini
ĠU L 120, 8.5.1999, p. 37–39
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
Official Journal L 120 , 08/05/1999 P. 0037 - 0039
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 dwar il-laboratorji ta’ referenza sabiex isir monitoraġġ tal-bio-tossini marini (1999/312/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], (1) Billi l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 93/383/KEE [4] li tistabbilixxi l-laboratorju nazzjonali ta’ referenza sabiex jiġu mmonitorjati l-bijotossini marini; billi l-laboratorju msemmi bidel ismu; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Artikolu 3 jiġi emendat kif jixraq; (2) Billi d-Deċiżjoni 93/383/KEE ma tinkludix proċedura għar-reviżjoni mgħaġġla ta’ dan l-Anness; billi għandha għalhekk issir disposizzjoni għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tirrevedi dan l-Anness wara notifika magħmula minn Stat Membru; (3) Billi l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 93/383/KEE jistabbilixxi l-lista tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza nnominati minn kull Stat Membru sabiex jiġu mmonitorjati l-bijotossini marini; (4) Billi l-laboratorji oriġinarjament innominati mill-Belġju, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, ir-Renju Unit u l-Isvezja bħala laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex jiġu mmonitorjati l-bijotossini marini ma għadhomx jikkonformaw mal-funzjonijiet li għalihom kienu nnominati jew bidlu isimhom minn dak iż-żmien; billi l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 93/383/KEE għandu jiġi emendat kif jixraq sabiex iqis in-notifikazzjonijiet issottomessi mill-Istati Membri rigward il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 93/383/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 3 Il-’Laboratorio de biotoxinas marinas del Area de Sanidad’ f’Vigo huwa hawnhekk innominat bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità sabiex jiġu mmonitorjati l-bijotossini marini." 2. L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 4: "— jgħinu lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex jimplimentaw sistema approprjatà ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità msejsa fuq il-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju (PTL) u l-kriterji ta’ l-EN45000;" 3. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 5: "Artikolu 5a Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni meta meħtieġ wara kull notifika ssottomessa lilha minn Stat Membru li tirrigwarda l-laboratorju nazzjonali ta’ referenza biex jiġu mmonitorjati l-bijotossini marini. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u kull aġġornament tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej." Artikolu 2 L-Anness mad-Deċiżjoni 93/383/KE għandu jiġi mibdul bit-test ta’ l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta’ April 1999. Għall-Kunsill W. Müller Il-President [1] ĠU C 331, tas-6.11.1996, p. 12 u ĠU C 189, tal-20.6.1997, p. 9. [2] ĠU C 200, tat-30.6.1997, p. 257 u l-opinjoni tat-13 ta’ April 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 66, tat-3.3.1997, p. 47. [4] ĠU L 166, tat-8.7.1993, p. 31. -------------------------------------------------- ANNESS “ANNESS Il-Belġju u l-Lussemburgu: - Ministère des Affaires Sociales, de la Santé Publique et de l’Environment Institut Scientifique de la Santé Publique – Louis Pasteur Section "Denrées alimentaires" Département "Pharmaco-Bromatologie" Rue Juliette Wytsman 14 B-1050 Bruxelles Id-Danimarka: - The Danish Veterinary and Food Administration Institute of Food Research and Nutrition Mørkhøj Bygade 19 DK-2860 Søberg Il-Ġermanja: - Bundesinstitut für gesundheitlichen Verbraucherschutz und Veterinärmedizin Postfach 330013 D-14191 Berlin Il-Greċja: - Ινστιτούτο Υγιεινής Τροίμων Θεσσαλονίκης 28ης Οκτωβρίου 80 GR-54627 Θεσσαλονίκη Il-Spania - Laboratorio de Biotoxinas Marinas Area de Sanidad Estación Marítima s/n E-36271 Vigo Franza: - Laboratoire central d’hygiène alimentaire 43, rue de Dantzig F-75015 Paris L-Irlanda: - Fisheries Research Center Abbotstown IRL-Dublin 15 L-Italja: - Centro Ricerche Marine Viale Vespucci 2 I-47042 Cesenatico (FO) L-Olanda: - Postbus 1 Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieuhygiëne (RIVM) NL-3720 BA Bilthoven Il-Portugall - Laboratório do Instituto Nacional de Investigação das Pescas (INIP) Av. Brasília s/n P-1400 Lisboa Il-Finlandja: - Tullilaboratorio/Tullaboratoriet PL/PB 53 FIN-02151 Espoo/Esbo L-Isvezja: - Institutionen för klinisk bakterologi Göteborg universitet S-41124 Göteborg Ir-Renju Unit: - Marine Laboratory P.O.Box 101,Victoria Road UK Aberdeen AB11 9DB” --------------------------------------------------