Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0008

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Diċembru 1998 li jaddotta l-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/05/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/8(1)/oj

31999D0008



Official Journal L 005 , 09/01/1999 P. 0071 - 0071


Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-31 ta' Diċembru 1998

li jaddotta l-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

(1999/8/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153 tat-Trattat,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi b'mod konformi ma' l-Artikolu 109ċ(2) tat-Trattat Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jkun mwaqqaf fil-bidu tat-tielet stadju;

Billi l-Kunsill adotta fil-21 ta' Diċembru 1998 Deċiżjoni fuq il-komposizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju [1];

Tfakkar li fis-16 ta' Ġunju 1997 il-Kunsill Ewropew addotta resoluzzjoni fuq it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monitarja [2];

Tfakker li fid-13 ta' Diċembru 1997 il-Kunsill Ewropew addotta rislouzzjoni fuq il-politika ta' ko-ordinament ekonomiku fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekomomika u monetarja u fuq l-Artikolu 109 u 109b tat-Trattat [3];

Tfakkar li, f'dawn ir-risoluzzjonijiet, ċertu rwol maħsub għall-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju;

Billi, għalhekk, l-Istatuti għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom ikunu addottati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju huma hawnhekk addottati.

It-Test ta' l-Istatuti huma stabiliti ma' l-Anness t'hawnhekk.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fil-Ġuranal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hi għandu jkollha effett mill-1 ta' Jannar 1999.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Diċembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Edlinger

[1] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 109.

[2] ĠU C 236, tat-2.8.1997, p. 5.

[3] ĠU C 35, tat-2.2.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Statuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

Artikolu 1

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jwettaq il-kompiti mfissra fl-Artikolu 109ċ(2) u (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jista', fost l-oħrajn:

- ikun ikkonsultat fil-proċedura li twassal għad-deċiżjoni dwar il-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tat-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II),

- mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 151 tat-Trattat, jipprepara r-reviżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżviliupp tar-rata tal-kambju ta' l-ewro,

- jipprovdi l-qafas li fih id-djalogu bejn il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) jista' jkun ippreparat u jitkompla fil-livell ta' uffiċjali anzjani minn ministeri, banek ċentrali nazzjonali, il-Kummissjoi u l-ECB.

Artikolu 3

Il-membri tal-Kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu ggwidati, fit-twettieq tad-dmirijiet tagħhom, mill-interessi ġenerali tal-Komunità.

Artikolu 4

L-opinjonijiet, ir-rapporti jew il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu adottati permezz ta' maġġoranza tal-membri jekk ikun mitlub vot. Kull membru tal-Kumitat għandu jkollu vot wieħed. Iżda, meta jingħata parir jew xi opinjoni dwar kwistjonijiet li dwarhom il-Kunsill jista' sussegwentement jieħu xi deċiżjoni, il-membri mill-banek ċentrali u l-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fid-diskussjonijiet iżda ma jistgħux jipparteċipaw fil-vot. Il-Kumitat għandu wkoll jirraporta dwar veduti ta' minoranza jew ta' nuqqas ta' qbil espressi fil-kors tad-diskussjoni.

Artikolu 5

Il-Kumitat għandu jeleġġi minn fost il-membri tiegħu, permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu, President għal perjodu ta' sentejn. Il-perjodu ta' sentejn għandu jkun jista' jiġġedded. Il-President għandu jkun elett minn fost il-membri li huma uffiċjali anzjani fl-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-President għandu jiddelega d-dritt tiegħu/tagħha tal-vot lis-sostitut/a tiegħu/tagħha.

Artikolu 6

Fil-każ li ma jitħalliex iħares id-dmirijiet tiegħu/tagħha, il-President għandu jkun sostitwit mill-Viċi-President tal-Kumitat li għandu jkun elett skond l-istess regoli.

Artikolu 7

Kemm-il darba l-Kumitat ma jiddeċiedix mod ieħor, is-sostituti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat. Dawn ma jistgħux jivvotaw. Kemm-il darba l-Kumitat ma jiddeċiedix mod ieħor dawn m'għandhomx jieħdu parti fid-diskussjonijiet.

Membru li ma jkunx jista' jattendi xi laqgħa tal-Kumitat jista' jiddelega l-funzjonijiet tiegħu/ha lil wieħed mis-sostituti. Hu/hi jista'/tista' jiddelegahom/tiddelegahom li membru ieħor. Il-President u s-Segretarju għandhom ikunu infurmati bil-miktub qabel laqgħa. F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-President jista' jaqbel ma' l-arranġamenti alternattivi.

Artikolu 8

Il-Kumitat jista' jiddelega l-istudju ta' kwistjonijiet speċifiċi lill-membri sostituti tiegħu, lil sotto-kumitati jew lil kumitati tax-xogħol. F'dawn il-każijiet, il-presidenza għandha tkun assunta minn xi membru jew xi membru sostitut tal-Kumitat, maħtur mill-Kumitat. Il-membri tal-Kumitat, is-sostituti tiegħu, u s-sotto-kumitati jew kumitat tax-xogħol jistgħu isejħu esperti biex jassistuhom.

Artikolu 9

Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-President jew fuq l-inizzjattiva proprja tiegħu/tagħha, jew fuq talba tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew ta' mill-inqas żewġ membri tal-Kumitat.

Artikolu 10

Bħala regola l-President jirrapreżenta l-Kumitat; b'mod partikolari l-President jista' jkun awtorizzat mill-Kumitat li jirraporta dwar id-diskussjonijiet u jagħti l-kummenti verbalment dwar l-opinjonijiet u l-komunikazzjonijiet ippreparati mill-Kumitat. Il-President tal-Kumitat għandu jkollu r-responsabbiltà li jżomm ir-relazzjonijiet tal-Kumitat mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 11

Il-proċeduri tal-Kumitat għandhom ikunu konfidenzjali. L-istess regola għandha tgħodd għall-proċeduri tas-sostituti tiegħu, is-sotto-kumitati jew il-kumitati tax-xogħol.

Artikolu 12

Il-Kumitat għandu jkun assistit minn segretarjat taħt id-direzzjoni ta' Segretarju. Is-Segretarju u l-impjegati meħtieġa għas-segretarjat għandhom jiġu provduti mill-Kummissjoni. Is-Segretarju għandu jkun maħtur mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat. Is-Segretarju u l-impjegati tiegħu/tagħha jaġixxi/taġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat meta dawn jaqdu l-funzjonijiet tagħhom lejn il-Kumitat.

L-ispejjeż tal-Kumitat għandhom ikunu nklużi fl-estimi tal-Kummissjoni.

Artikolu 13

Il-Kumitat għandu jadotta l-arranġamenti proċedurali tiegħu.

--------------------------------------------------

Top