Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1661

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/98 tas-27 ta' Lulju 1998 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 211, 29.7.1998, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1661/oj

    31998R1661



    Official Journal L 211 , 29/07/1998 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/98

    tas-27 ta' Lulju 1998

    li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistitikali dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1048/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament ta' hawn fuq, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-Nomenklaura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull Nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull sud-diviżjoni magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffa u l-miżuri l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati ġewwa l-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

    Billi huwa aċċettat li t-tagħrif li jorbot dwar it-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw jiġu invokati, skond id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja [3], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tat-Tariffa u tan-Nomenklatura Statistikali tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda ġewwa l-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija hawn fuq.

    Artikolu 2

    It-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal- Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 151, tal-21.5.1998, p. 1.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni | Kodiċi NM | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    It-Tħejjija tal-kunzar, fil-għamla ta' trab aħdar imsejjes fuq il-komposti inorganiċi jkun fiha: bejn wieħed u ieħor 26 % tal-kromju espress bħala ossidu tal-kromjubejn wieħed u ieħor 8 % tas-sodju u 17 % tal-kubritb'bażiċità ta' madwar 33 % | 32029000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 sabiex tiġi interpretata n- Nomenklatura Magħquda, in-nota 1 (a) tal-Kapitolu 28 u l-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet NM 3202 u 3203000 Ara wkoll in-noti ta' spjega I u I(B) tal-HS ma’ l-intestatura 3202. |

    --------------------------------------------------

    Top