This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R0327
Commission Regulation (EC) No 327/98 of 10 February 1998 opening and providing for the administration of certain tariff quotas for imports of rice and broken rice
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' fl-10 ta' Frar 1998. li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' fl-10 ta' Frar 1998. li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur
ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2011; Imħassar b' 32011R1273
Official Journal L 037 , 11/02/1998 P. 0005 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' fl-10 ta' Frar 1998. li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL ifformolata wara l-konkużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV(6) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja bi qbil ma' l-Artikolu XXIII [2] tal-GATT, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi, taħt n-negozjati konklużi bi qbil ma' l-Artikolu XXIV(6) tal-GATT wara l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fil-Komunità Ewropea, ġie miftiehem li mill-1 ta' Jannar 1996 jinfetħu l-kwoti annwali ta' importazzjoni gat-63000 tunnellata ta' ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 100630 ta' bla dazju għal 20000 tunnellata ta' ross bil-qoxra kopert bil-kodiċi NM 100620 b' dazju fiss ta' ECU 88 għal kull tunnellata; billi dawn il-kwoti ġew inklużi fil-lista tal-Komunità Ewropea li għaliha hemm provdut fl-Artikolu II(1)(a) tal-GATT 1994; billi matul in-negozjati ġie miftiehem ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li għandhom isiru aktar konsultazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu mplimentati l-kwoti miftehma; billi dawn il-konsultazzjonijiet għadhom ma ntemmux; billi l-importazzjonijiet tar-ross mill-Istati Uniti taħt il-kwoti ta' tariffi għandhom iseħħu biss meta jintemmu l-konsultazzjonijiet; Billi, taħt il-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja bi qbil ma' l-Artikolu XXIII tal-GATT, ġie miftiehem li tinfetaħ kwota annwali għal 80000 tunnellata ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 10064000 b'dazju ta' importazzjoni imnaqqas b'ECU 28 għal kull tunnellata; Billi l-impenni msemmija qabel jipprovdu li l-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti tagħti kas tal-fornituri tradizzjonali; Billi, sabiex importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti ma jitħallewx jikkawżaw disturb għall-marketing normali ta' ross imkabbar fil-Komunità, importazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu mifruxin fuq is-sena sabiex ikunu jistgħu jiġu assorbiti aktar faċilment mis-suq tal-Komunità; Billi, sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba tal-kwoti msemmija qabel u b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet stabbiliti ma jiġux maqbuża, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati speċjali biex ikopru is-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzi; billi regoli dettaljati bħal dawn għandhom jew jissupplimentaw jew jidderogaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati u komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati li jiffissaw minn qabel għall-prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1404/97 [4]; Billi għandu jiġi stipulat li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta' sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni għal ċereali u ross [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 932/97 [6], japplika taħt dan ir-Regolament; Billi l-Kummissjoni adottat miżuri dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' dawn il-kwoti ta' tariffi tal-5 ta' Lulju 1996; billi dawn il-miżuri ma kienux skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali; billi l-Kummissjoni iddeferit l-applikazzjoni tagħhom u kkomunikathom lill-Kunsill; billi, skond l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/96 [8], il-Kunsill ħa deċiżjoni differenti fi żmien xahar; billi dik id-deċiżjoni għandha x'taqsam mal-kontroll mill-Kummissjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ tradizzjonali għall-Komunità, b'mod partikolari f'termini ta' importazzjoni f'pakketti żgħar, u għar-riskju possibbli tas-sussidju; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet introdotti mill-Kunsill f'dan ir-rigward fir-Regolament (KE) Nru 1522/96 ta' l-24 ta' Lulju 1996 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 112/97 [10], għandhom jiġu nklużi; Billi, taħt il-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja bi qbil ma' l-Artikolu XXIII tal-GATT, ġie miftiehem li jiġu addattati ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1522/96, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-perjodu ta' validità tal-liċenzi ta' importazzjoni u d-distribuzzjoni ta' kwantitajiet ta' kwoti għal ross mitħun għal kollox u ross miksur; billi, sabiex jiġu mħarsa r-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet, it-tranche ta' Jannar 1998 għal ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox li joriġina fit-Tajlandja u għal ross miksur tal-pajjiżi kollha ta' oriġini għandu jiġi kkompletat bi tranche addizzjonali li għandu jinfetaħ sa minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament; Billi, għal raġunijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1522/96 għandu jiġi rrevokat u mibdul b'dan ir-Regolament; Billi il-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Kwota ta' tariffi annwali huma b'dan il-mezz miftuħa għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta': (a) 63000 tunnellata ta' ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 100630 bla dazju (numru serjali tal-kwota 09.4076), suddiviż skond il-pajjiż ta' oriġini kif ġej: - 38721 tunnellata mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, - 21455 tunnellata mit-Tajlandja, - 1019-il tunnellata mill-Awstralja, - 1805 tunnellati minn pajjiżi oħra; (b) 20000 tunnellata ta' ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 100620 b'dazju ta' ECU 88 għal kull tunnellata (numru serjali tal-kwota 09.4077), suddiviż skond il-pajjiż ta' oriġini kif ġej: - 10429 tunnellata mill-Awstralja, - 7642 tunnellata mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, - 1812-il tunnellata mit-Tajlandja, - 117-il tunnellata minn pajjiżi oħra; (ċ) 80000 tunnellata ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 10064000 bi tnaqqis ta' ECU 28 għal kull tunnellata fuq id-dazju stabbilit fin-Nomenklatura Magħquda (numru serjali tal-kwota 09.4078), suddiviż skond il-pajjiż ta' oriġini kif ġej: - 41600 tunnellata mit-Tajlandja, - 12913-il tunnellata mill-Awstralja, - 8503 tunnellati mill-Gujana, - 7281 tunnellata mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, - 9703 tunnellati minn pajjiżi oħra. 2. Minkejja t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(3), il-kwantitajiet ta' ross li ġejjin mill-Istati Uniti, kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, ma għandhomx jiġu mportati taħt il kwoti ta' tariffa sakemm il-konsultazzjonijiet ma' l-Istati Uniti ikunu waslu fit-tmiem. Artikolu 2 1. Għandhom jinħarġu liċenzi ta' importazzjoni għal kwantitajiet ta' kwoti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 taħt it-tranches li ġejjin, imfissra f'tunnellati: (a) fil-każ tal-kwota imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a): | Jannar | April | Lulju | Settembru | Istati Uniti | 9681 | 19360 | 9680 | — | Tajlandja | 10727 | 5364 | 5364 | — | Awstralja | — | 1019 | — | — | Pajjiżi oħra | — | 1805 | — | — | | 20408 | 27548 | 15044 | — | (b) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(b): | Jannar | April | Lulju | Settembru | Awstralja | 2608 | 5214 | 2607 | — | Istati Uniti | 1911 | 3821 | 1910 | — | Tajlandja | — | 1812 | — | — | Pajjiżi oħra | — | 117 | — | — | | 4519 | 10964 | 4517 | — | (ċ) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ): | Jannar | Lulju | Tajlandja | 29120 | 12480 | Awstralja | 6456 | 6457 | Gujana | 4251 | 4252 | Stati Uniti | 3640 | 3641 | Pajjiżi oħra | 4851 | 4852 | | 48318 | 31682 | 2. Iżda, sabiex ikun jista' jsir il-ħruġ tal-liċenzi għal Jannar 1998 għall-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1(a) fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw fit-Tajlandja, u fil-paragrafu 1(ċ) fir-rigward tal-pajjiżi kollha ta' oriġini, għandu jinfetaħ tranche sa massimu ta': (i) ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 100630 Oriġini | Kwantità | Tajlandja | 5363 | (ii) ross miksur kopert bil-kodiċi NM 10064000 Oriġini | Kwantità | Tajlandja | 18720 | Awstralja | 3227 | Gujana | 2125 | Stati Uniti ta' l-Amerika | 1820 | Pajjiżi oħra | 2426 | Applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jiddaħħlu fl-ewwel għaxart'ijiem xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. 3. Kwantitajiet mhux koperti b'liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tranche għandhom jinġarru għat-tranche ta' wara tal-kwota relevanti. Għal kwantitajiet mhux koperti b'liċenzi ta' importazzjoni maħruġa taħt it-tranche ta' Settembru, l-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni jistgħu jiddaħħlu fir-rigward tal-pajjiżi ta' oriġini kollha koperti bil-kwota relevanti taħt tranche addizzjonali f'Ottubru skond l-Artikolu 4(1), għajr fir-rigward tal-kwantitajiet msemmija fil-paragrafu 1(ċ) fuq. Artikolu 3 Fejn jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni fir-rigward ta' ross u ross miksur li joriġina fit-Tajlandja u ross li joriġina fl-Awstralja taħt l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 1, dawn għandhom ikunu akkompanjati biċ-ċertifikat ta' esportazzjoni oriġinali, kif muri fl-Annessi I u II, li għandu jinħareġ mill-korp kompetenti indikat fihom. Rigward sezzjonijiet 7, 8 u 9 ta' l-Anness I, id-daħliet mhumiex obbligatorji. Ċertifikati ta' esportazzjoni maħruġin fir-rigward tat-tranches speċifikati fl-Artikolu 2 għandhom jibqgħu validi biss għas-sena relevanti. Artikolu 4 1. L-applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jiddaħħlu għand l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru konċernat fl-ewwel għaxart'ijiem xogħol tax-xahar li jikkorrispondi għal kull tranche. 2. Minkejja l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, id-depożitu għal-liċenzi ta' importazzjoni għandu jkun: - ECU 46 għal kull tunnellata għall-kwoti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1)(a), - ECU 22 għal kull tunnellata għall-kwoti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1)(b), - ECU 5 għal kull tunnellata għall-kwoti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1)(ċ). 3. Il-pajjiż ta' oriġini għandu jiddaħħal fis-sezzjoni 8 ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzi u għal liċenzi ta' importazzjoni u l-kelma "iva" għandha tiġi mmarkata b'salib. 4. Is-sezzjoni 24 tal-liċenzi għandu jkollha waħda mid-daħliet li ġejjin: (a) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(a): - Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98] - Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (Forordning (EF) nr. 327/98) - Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98) - Ατελώς μέχρι τπν ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού ġκανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98]. - Exemption from customs duty up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98) - Exemption du droit de douane jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [Règlement (CE) no 327/98] - Esenzione dal dazio doganale limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [regolamento (CE) n. 327/98] - Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98) - Isenção de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98] - Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98) - Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98); (b) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(b): - Derecho de aduana reducido a 88 ecus/t hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98] - Nedsat told 88 ECU/t op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (Forordning (EF) nr. 327/98) - Ermäßigter Zollsatz von 88 ECU/t bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98) - Μειωμένος δασμός σε 88 Ecu ανά τόνο μέχρι τπν ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού ġκανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98] - Reduced duty to ECU 88 per tonne up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98) - Droit réduit à 88 écus par tonne jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat (Règlement (CE) no 327/98) - Dazio ridotto a 88 ECU/t limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo (regolamento (CE) n. 327/98) - Verminderd douanerecht van 88 ECU/ton voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98) - Direito reduzido a 88 ecus/t até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98] - Tulli, joka on alennettu 88 ecuun/t tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98) - Tullsatsen nedsatt till 88 ecu/t upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98); (ċ) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ): - Derecho de aduana reducido de 28 ecus/t hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98] - Reduceret afgift med 28 ECU/t op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (Forordning (EF) nr. 327/98) - Um 28 ECU/t ermäßigter Zollsatz bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98) - Μειωμένος δασμός κατά 28 Ecu ανά τόνο μέχρι τπν ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού ġκανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98]. - Reduced duty by ECU 28 per tonne up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98) - Droit réduit de 28 écus par tonne jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat (Règlement (CE) no 327/98) - Dazio ridotto di 28 ECU/t limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo (regolamento (CE) n. 327/98) - Douanerecht verminderd met 28 ECU/ton voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98) - Direito reduzido em 28 ecus/t até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98] - Tulli, jota on alennettu 28 ecua/t tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98) - Tullsatsen nedsatt med 28 ecu/t upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98). 5. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti: - l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi minn persuni naturali jew legali li, f'għallinqas sena mit-tlett snin ta' qabel id-data ta' sottomissjoni ta' l-applikazzjoni, kienu nvoluti fin-negozju tar-ross jew issottomettew applikazzjonijiet ta' liċenzi ta' importazzjoni li jkopru r-ross u li ġew imdaħħla f'reġistru pubbliku ta' Stat Membru, - l-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-Istat Membru fejn huma mdaħħlin f'reġistru pubbliku. Fejn applikazzjonijiet jiġu sottomessi mill-istess persuna f'żewġ Stati Membri jew aktar, ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma għandha tiġi aċċettata, - fejn mhuwiex meħtieġ ebda ċertifikat ta' esportazzjoni, l-applikati għandhom jissottomettu biss applikazzjoni waħda fi ħdan il-kwantità massima li għaliha hemm provdut fir-rigward ta' kull tranche u pajjiż ta' oriġini. Artikolu 5 1. Fi żmien jumejn xogħol mid-data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzi, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta' fax jew telex u skond l-Anness III għal dan ir-Regolament bil-kwantitajiet, suddiviżi skond kodiċi NM bi tminn figuri u l-pajjiż ta' oriġini, kopert mill-applikazzjonijiet ta' liċenzi ta' importazzjoni, b'dettalji tan-numru tal-liċenza li għaliha saret l-applikazzjoni u l-isem u l-indirizz ta' l-applikant. Għandha ssir notifikazzjoni bħal din ukoll fejn ma tkun ġiet sottomessa ebda applikazzjoni fi Stat Membru. L-informazzjoni ta' fuq għandha tiġi nnotifikata separatament minn dik li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjonijiet ta' liċenzi ta' importazzjoni oħrajn li jkopru r-ross u bi qbil ma' l-istess proċedura. 2. Fi żmien 10 t'ijiem mid-data ta' għeluq tan-notifikazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha: - tiddeċiedi sa liema punt tista' tiġi aċċettata l-applikazzjoni. Fejn il-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni jaqbżu dawk disponibbli fir-rigward tat-tranche u l-pajjiż ta' oriġini msemmi, hija għandha tistabbilixxi perċentwali ta' tnaqqis sabiex ikun applikat għal kull applikazzjoni, - tistabbilixxi l-kwantitajiet disponibbli taħt it-tranche li ġej u, fejn xieraq, taħt it-tranche addizzjonali f'Ottubru. 3. Jekk it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel inċiż ta' paragrafu 2 jirriżulta fi kwantità waħda jew aktar ta' inqas minn 20 tunnellata għal kull applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jallokaw it-total ta' dawn il-kwantitajiet billi jiġbru l-lottijiet f'lottijiet ta' 20 tunnellata u, fejn applikabbli, il-lott li jibqa. Artikolu 6 1. Fi żmien tlett ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jinħarġu l-liċenzi ta' importazzjoni għall-kwantitajiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(2). Fejn il-kwantitajiet koperti mil-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa huma inqas minn dawk li tkun saret applikazzjoni għalihom, is-sigurtà stabbilita fl-Artikolu 4(2) għandha tiġi mnaqqsa b'mod proporzjonali. 2. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-drittijiet ipprovduti mil-liċenzi ta' importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli. Artikolu 7 1. Ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma għandux japplika. 2. Il-benefiċji fit-termini tad-dazji doganali li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1) ma għandhomx japplikaw għall-kwantitajiet importati taħt it-tolleranza speċifikata taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88. 3. Artikolu 33(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu japplika. 4. Minkejja l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 u taħt l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88: - il-liċenzi ta' importazzjoni għal ross imnaddaf, ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox għandhom ikunu validi mid-data attwali ta' ħruġ sa l-aħħar tat-tielet xahar minn hemm 'il quddiem, - liċenzi ta' importazzjoni għal ross miksur għandhom ikunu validi mid-data attwali tal-ħruġ sal-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ tal-liċenza. Iżda, il-perjodu ta' validità għal liċenzi ta' importazzjoni ma jistax jestendi aktar mill-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ. Artikolu 8 Il-korpi kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta' fax jew telex u skond l-Anness III għal dan ir-Regolament: - fi żmien jumejn xogħol mid-data tal-ħruġ tagħhom, tal-kwantitajiet, suddiviżi skond il-kodici NM ta' tminn figuri u l-pajjiż ta' oriġini, koperti mil-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa, b'dettalji tad-data ta' meta nħarġu, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tal-pussessur, - fi żmien xahrejn mill-għeluq tal-perjodu ta' validità ta' kull liċenza, tal-kwantitajiet, suddiviżi skond kodiċi NM ta' tminn figuri, ippakkjar u l-pajjiż ta' oriġini, fil-fatt rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, b'dettalji tad-data ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, in-numru tal-liċenza wżat u l-isem u l-indirizz tal-pussessur. Notifikazzjonijiet bħal dawn għandhom isiru wkoll meta ma tkun inħarġet ebda liċenza u meta ma jkunu seħħew ebda importazzjonijiet. Artikolu 9 1. Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-kwantitajiet ta' oġġetti mportati taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari bil-għan li tistabbilixxi: - kemm huma mibdula ċ-ċirkolazzjonijiet tal-kummerċ tradizzjonali, f'termini ta' volum u preżentazzjoni, għall-Komunità mkabbra, u - jekk hemmx sussidju bejn esportazzjonijiet li jibbenefikaw dirattament minn dan ir-Regolament u esportazzjonijiet soġġetti għal ħlas ta' importazzjoni normali. 2. Jekk xi wieħed mill-kriterji stabbilit fl-inċiż ta' paragrafu 1 jiġi sodisfatt, u b'mod partikolari jekk l-importazzjonijiet tar-ross f'pakketti ta' ħames kilogrammi jew inqas jaqbżu l-figura ta' 33428 tunnellata, u fi kwalunkwe każ fuq bażi annwali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill akkompanjat, jekk ikun hemm bżonn, bi proposti xierqa sabiex jevitaw disturbi għas-settur tar-ross tal-Komunità. 3. Kwantitajiet importati f'pakketti tat-tip li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 u rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera għandhom ikunu indikati fil-liċenza ta' importazzjoni relevanti skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3719/88. Artikolu 10 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1522/96 huwa sostitwit. 2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal liċenzi maħruġa bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1522/96. Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-10 ta' Frar 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1. [2] ĠU L 122, tat-22.5.1996, p. 15. [3] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1. [4] ĠU L 194, tat-23.7.1997, p. 5. [5] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2. [6] ĠU L 135, tas-27.5.1997, p. 2. [7] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. [8] ĠU L 126, ta' l-24.5.1996, p. 37. [9] ĠU L 190, tal-31.7.1996, p. 1. [10] ĠU L 20, tat-23.1.1997, p. 23. -------------------------------------------------- ANNESS I ANEXO IBILAG IANHANG IΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙANNEX IANNEXE IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGA I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II ANEXO IIBILAG IIANHANG IIΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IIANNEX II — ANNEXE IIALLEGATO IIBIJLAGE IIANEXO IILIITE IIBILAGA II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------