Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0299

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 299/98 tal-5 ta' Frar 1998 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2351/97 li jissospendi d-dazju preferenzjali tad-dwana u jerġa’ jistabbilixxi d-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importi tal-ward tal-fjuri żgħar li joriġinaw fil-Marokk

    ĠU L 31, 6.2.1998, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/299/oj

    31998R0299



    Official Journal L 031 , 06/02/1998 P. 0005 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 299/98

    tal-5 ta' Frar 1998

    li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2351/97 li jissospendi d-dazju preferenzjali tad-dwana u jerġa’ jistabbilixxi d-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importi tal-ward tal-fjuri żgħar li joriġinaw fil-Marokk

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dazji preferenzjali tad-dwana fuq l-importazzjoni ta' ċerti fjuri li joriġinaw f'Ċipru, fl-Iżrael, fil-Ġordan, fil-Marokk u fix-Xatt tal-Punent u l-Istrippa ta' Gaża [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1300/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

    Billi eżami fid-dettal tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2350/97 tas-27 ta' Novembru 1997 li jistabbilixxi l-prezzijiet tal-produttur u ta' l-importazzjoni tal-Komunità għall-qronfol u l-ward bl-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti li jirregolaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-fjorikultura li joriġinaw f'Ċipru, fl-Iżrael, fil-Ġordan, fil-Marokk u x-Xatt tal-Punent u fl-Istrippa ta' Gaża [3] wera li l-Anness mhux korrett fil-każ tal-ward tal-fjuri żgħar; billi fil-verżjoni korretta ta' l-Anness ma hemm l-ebda figura dwar il-ward tal-fjuri żgħar importat mill-Marokk; billi, għalhekk, id-dazji preferenzjali tad-dwana introdotti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1981/94 tal-25 ta' Lulju 1994 li jintroduċi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għall-prodotti varji li joriġinaw fl-Alġerija, f'Ċipru, fl-Eġittu, fl-Iżrael, fil-Ġordan, f'Malta, fil-Marokk, fix-Xatt tal-Punent u fl-Istripp ta' Gaża, fit-Tuneżja u fit-Turkija, kif ukoll ir-regoli ddettaljati li jestendu u jaġġustaw dawn il-kwoti [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1667/97 [5], għandhom jinżammu; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2351/97 [6] għandu għalhekk jitħassar,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dazju preferenzjali tad-dwana fuq l-importazzjoni tal-ward tal-fjuri żgħar li joriġinaw fil-Marokk hawhekk jerġa’ jibda jgħodd b'effett mit-30 ta' Novembru 1997.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 2351/97 huwa hawnhekk imħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda jgħodd mit-30 ta' Novembru 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-5 ta' Frar 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 382, tal-31.12.1987, p. 22.

    [2] ĠU L 177, tal-5.7.1997, p. 1.

    [3] ĠU L 326, tat-28.11.1997, p. 17.

    [4] ĠU L 199, tat-2.8.1994, p. 1.

    [5] ĠU L 236, tas-27.8.1997, p. 3.

    [6] ĠU L 326, tat-28.11.1997, p. 19.

    --------------------------------------------------

    Top