Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0260

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/98 tat-30 ta' Jannar 1998 li jemenda kemm ir-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar ir-regoli ta' l-applikazzjonii għall-liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u r-Regolamenti (KE) Nru 589/96, (KE) Nru 935/97, (KE) Nru 936/97, (KE) Nru 995/97, (KE) Nru 996/97, (KE) Nru 1006/97, (KE) Nru 1042/97, (KE) Nru 1376/97, (KE) Nru 1939/97 u (KE) Nru 1940/97

    ĠU L 25, 31.1.1998, p. 42–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/260/oj

    31998R0260



    Official Journal L 025 , 31/01/1998 P. 0042 - 0048


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/98

    tat-30 ta' Jannar 1998

    li jemenda kemm ir-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar ir-regoli ta' l-applikazzjonii għall-liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u r-Regolamenti (KE) Nru 589/96, (KE) Nru 935/97, (KE) Nru 936/97, (KE) Nru 995/97, (KE) Nru 996/97, (KE) Nru 1006/97, (KE) Nru 1042/97, (KE) Nru 1376/97, (KE) Nru 1939/97 u (KE) Nru 1940/97

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2634/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 u 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 715/90 tal-5 ta' Marzu 1990 dwar l-arranġamenti applikabli għall-prodotti agrikoli u ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati ACP jew fil-pajjiżi u t-territorji mbiegħda (OCT) [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 619/96 [4], u partikolarment l-Artikolu 27 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL mfassal mal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT (l-Artikolu XXIV (6)) [5], u partikolarment l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi Komunitarji għall-ċerti prodotti agrikoli u jipprovdu għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Ftehim Ewropej biex jittieħed akkont tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konklużi matul il-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali tal-Kummerċ [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1595/97 [7], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 tas-7 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għall-ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm disposizzjoni dwarhom fil-ftehim dwar il-kummerċ ħieles u l-materji irrelatati mal-kummerċ mal-Estonja, il-Latvja u l-Lituwanja, biex jittieħed akkont tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż waqt in-negozjati multilaterali tal-kummerċ tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj [8], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi l-garanziji kontra l-liċenzi ta' l-importazzjoni għall-annimali ħajjin u l-laħam mhumiex konistenti fir-regolamenti varji; billi għandhom jiġu aġġornati u armonizzati;

    Billi l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 dwar ir-regoli ta' l-applikazzjoni għall-liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u jabolixxi r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2616/97 [10], jistabbilixxi t-terminu ta' żmien li bih u l-metodi li bihom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta' prodotti li dwarhom ikunu nħarġu l-liċenzi ta' l-importazzjoni;

    Billi hemm serje ta' numri fit-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC) li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali, il-prodotti involuti u f'ċerti każi l-oriġini tagħhom; billi l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jpoġġu dawn in-numri fuq il-liċenzi ta' l-importazzjoni jew l-estratt(i) tagħhom u jużawhom fin-notifiki lill-Kummissjoni;

    Billi mhux ir-Regolamenti kollha li jistabilixxu r-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni għall-kwoti ta' l-importazzjoni jinkludu serje ta' numri TARIC għall-kwoti; billi n-numri għandhom ikunu inklużi fir-Regolamenti in kwistjoni;

    Billi ċerti Regolamenti li jistabbilixxu r-regoli ta' l-applikazzjoni għall-importazzjoni tal-prodotti mill-ifrat jirrikjedu li l-Istati Membri jinnotifkaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet fil-fatt impurtati; billi, biex tikkjarifika u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi żejda, dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikunu ssimplifikati u introdotti fir-Regolament (KE) Nru 1445/95;

    Billi l-awtorità kompetenti nazzjonali li toħroġ il-liċenza ta' l-importazzjoni mhux dejjem tkun taf il-pajjiż ta' l-oriġini tal-kwantitajiet impurtati permezz tal-kwoti tat-tariffi miftuħa għall diversi pajjiżi jew tal-kwantitajiet importati soġġetti għad-dazji CCT; billi l-identifikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini fil-każ ta' kwoti ta' tariffi jew fil-każ ta' l-importazzjoni mhux preferenzjali għandhom ikunu ħtiġiet primarji skond l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' garanziji għall-prodotti agrikoli [11], kif l-aħħart emendat bir-Regolament (KE) Nru 3403/93 [12], u l-annotazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini għall-kwoti f'dan il-każ u għall-importazzjoni mhux preferenzjali fil-kolonna 31 tal-liċenza ta' l-importazzjoni jew l-estratt tagħha għandhom għalhekk ikunu meħtieġa;

    Billi kull liċenza ta' l-importazzjoni għandha f'kull każ tkun akkumpanjata b'garanzija, jekk hija aktar minn 5 ECU; billi għandu jkun hemm deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati għall-prodotti agrikoli [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1404/97 [14];

    Billi, biex tħaffef ir-ritorn tal-liċenza ta' l-importazzjoni jew l-estratt tagħha, għandha ssir deroga mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għall-dak li jirrigwardja s-sekwestru parzjali ta' garanzija u ż-żmien massimu biex tipprovdi provi ta' l-importazzjoni;

    Billi l-inklużjoni tad-disposizzjonijiet t'hawn fuq f'regolament wieħed ifisser li d-disposizzjonijiet korrespondenti fir-regolamenti l-oħra li diġa huma fis-seħħ għandhom ikunu mħassra; billi dawn ir-regolamenti segwenti tal-Kummissjoni għandhom ikunu emendati kif xieraq:

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/96 ta' 2 April 1996 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill fis-settur taċ-ċanga u l-vitella tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 715/90 dwar l-arranġamenti applikabli għall-prodotti agrikoli u ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku jew fil-pajjiżi u t-territorji mbiegħda [15],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 935/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni tal-barrin, tal-baqar u ta' l-għoġġiela, apparti minn dawk li mhumiex intiżi għall-qattla, ta' ċerti razzez ta' l-Alpini u tal-muntanja, għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998 [16],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-ċanga ta' kwalità għolja, friska, mkesħa jew iffriżata, u għall-laħam iffriżat tal-buflu [17], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 31/98 [18],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 995/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi, għall-perjodu ta' l-1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998, regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga li hemm disposizzjoni dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 għall-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja [19],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa għall-falda l-irqiqa ffriżata ta' l-annimali tal-ifart li jaqgħu fil-kodiċi NM 02062991 [20], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2048/97 [21],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1006/97 tal-4 ta' Ġunju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa għaċ-ċanga ffrizżata intiża biex tkun ipproċessata (1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998) [22],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/97 tal-10 ta' Ġunju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-kwota ta' tariffa għall-laħam friżat ta' annimali tal-ifrat li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0202 u l-prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 02062991 (1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998) [23],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1376/97 tas-17 ta' Lulju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa għall-annimali tal-ifrat maskili żagħżagħ għas-simna (1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998) [24],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1939/97 tat-3 ta' Ottubru 1997 li jistabbilixxi għall-perjodu l-1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998, regoli għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga u l-vitella li hemm disposizzjoni dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 għar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2512/96 u 1441/97 [25]

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1940/97 tat-3 ta' Ottubru 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kwoti ta' tariffi għall-baqar u l-għoġġiela tar-razza speċifika tal-muntanji li joriġinaw minn pajjiżi terzi apparti minn dawk għal-qattla, fil-perjodu ta' 1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998, u lijemenda ir-Regolament (KE) Nru 2514/96 [26];

    Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1445/95 huwa emendat kif ġej:

    1. Artikolu 4 huwa mibdul bi:

    "Artikolu 4

    Il-garanziji għal-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu:

    - 5 ECU kull ras għall-annimali ħajjin,

    - 12 ECU għall-kull 100 kg piż nett għall-prodotti l-oħra."

    2. Artikolu 5 huwa mibdul bi:

    "Artikolu 5

    1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar speċifiċi, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom ikunu magħmula għall-prodotti ta':

    - subintestatura singola tan-Nomenklatura Magħquda,

    jew

    - wieħed mill-gruppi tas-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda elenkati fl-Anness I.

    L-informazzjoni murija fuq l-applikazzjoni għandha tkun ukoll fuq il-liċenza.

    2. Il-korp li joħroġ il-liċenzi ta' l-importazzjoni għandu jindika in-numru serjali tal-kwota fit-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC) fil-kaxxa 20 tal-liċenza jew is-siltiet minnha."

    3. Artikolu 6 huwa mibdul bi:

    "Artikolu 6

    Qabel l-għaxar jum ta' kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bit-telex jew il-fax, il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu ġew maħruġa l-liċenzi fix-xahar preċedenti.

    In-notifiki kollha, inlużi dawk b'rendikont "Xejn", għandhom ikunu magħmula kif indikat fl-Anness II(A), bl-użu tal-kodiċi indikati u, fil-każ ta' l-arranġamenti preferenzjali, in-numru serjali għall-kwoti fit-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC)."

    4. Dawn l-artikoli li ġejjin huma miżjuda wara l-Artikolu 6:

    "Artikolu 6a

    Qabel l-10 ta'Novembru ta' kull sena, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz, b'telex jew b'fax, il-kwantitajiet tal-prodotti li kienu attwalment importati matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Lulju tas-sena preċedenti sat-30 ta' Ġunju tas-sena f'dak il-każ.

    In-notifiki kollha, inklużi b'rendikont "Xejn", għandhom isiru kif indikat fl-Anness II(B), u għandhom ikun fihom il-kwantitajiet importati:

    - fil-każ ta' l-arranġamenti preferenzjali, għall-kull numru serjali f'kull regolament, maqsuma bix-xahar ta' l-impoprtazzjoni u l-pajjiż ta' l-oriġini u, fil-każ ta' ċerti kwoti għall-annimali ħajjjin, bil-kodiċi tal-prodott,

    - fil-każ ta' l-arranġamenti mhux preferenzjali, għall-kull kodiċi tal-prodott, maqsuma bix-xahar ta' l-importazzjoni u pajjiż tal-konsennja.

    Artikolu 6b

    Fil-kaz ta' l-importazzjonijiet mhux preferenzjali jew kwoti ta' tariffi li huma miftuħa għall diversi pajjiżi terzi, fil-kolonna 31 tal-liċenza ta' l-importazzjoni jew l-estratt minnha ma l-informazzjoni diġa stipulata bir-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-pajjiż ta' l-oriġini fil-każ ta' l-importazzjoni preferenzjali u fil-każ ta' l-importazzjoni mhux prefernzjali għandhom ikunu murija meta l-kwantita attwalment impurtata hija attribwita għall-liċenza jew l-estratt.

    Il-ħtieġa stabbilita f'dan l-Artikolu hija l-ħtieġa primarja fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85.

    Artikolu 6ċ

    It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandux japplika.

    Artikolu 6d

    Minkejja l-Artikolu 33(3) (b) (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, iż-żmien massimu għall-disposizzjoni tal-prova ta' l-importazzjoni b'sekwestru parzjali tal-garanzija għandu jkun ta' erba' xhur wara l-iskadenza tal-liċenza u s-sekwestru parzjali għandu jkun stabbilit fi 50 %."

    5. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    6. L-Anness II huwa mibdul b' l-Annessi II(A) u II(B) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 589/96 huwa emendat kif ġej:

    1. Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 1(1):

    "Il-kwantitajiet annwali mill-pajjiżi differenti indikati hawn fuq għandhom ikollhom dawn in-numri serjali: għall-kwota tal-Botswana 09.4052, għall-Kenya: 09.4054, għall-Madagaskar: 09.4051, għas-Sważilandja: 09.4053, għaż-Żimbabwe: 09.4055 u għan-Namibja: 09.4056."

    2. Artikolu 6 huwa mħassar.

    3. Anness II huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 935/97 huwa emendat kif ġej:

    1. Artikolu 5(7) hu mibdul b'dan li ġej:

    "7. Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandux japplika."

    2. Artikoli 5(8), 8 u 9 huma mħassra.

    3. Anness III huwa mħassar.

    Artikolu 4

    Fir-Regolament (KE) Nru 936/97 l-Artikoli 10(3), 10(4), 11 u 12 huma mħassra.

    Artikolu 5

    Fir-Regolament (KE) Nru 995/97 l-Artikoli 4(3), 4(4), 5 u 6 huma mħassra.

    Artikolu 6

    Fir-Regolament (KE) No 996/97 l-Artikoli 9(3), 9(4), 10 u 11 huma mħassra.

    Artikolu 7

    Ir-Regolament (KE) Nru 1006/97 huwa emendat kif ġej:

    1. Artikoli 5(5), 5(6), 10 u 11 huma mħassra.

    2. Anness II huwa mħassar.

    Artikolu 8

    Fir-Regolament (KE) Nru 1042/97 it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(4) u l-Artikoli 8(5), 9 u 10 huma mħassra.

    Artikolu 9

    Ir-Regolament (KE) Nru 1376/97 huwa emendat kif ġej:

    1. Artikolu 5(5)(b) huwa mibdul bi:

    "(b) fil-kaxxa 16 waħda mill-kodiċi NM xierqa."

    2. Artikoli 6(3), 6(4), 8 u 9 huma mħassra.

    3. Anness II huwa mħassar.

    Artikolu 10

    Fir-Regolament (KE) Nru 1939/97 l-Artikoli 6 u 7 huma mħassra.

    Artikolu 11

    Ir-Regolament (KE) Nru 1940/97 huwa emendat kif ġej:

    1. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(6) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "B'dankollu, l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandux japplika."

    2. Artikoli 9 u 10 huma mħassra.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun japplika għall-liċenzi ta' importazzjoni li tkun saret applikazzjoni għalihom mill-1 ta' Frar 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 Jannar 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franza Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 13.

    [3] ĠU L 84, tat-30.3.1990, p. 85.

    [4] ĠU L 89, ta' l-10.4.1996, p. 1.

    [5] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

    [6] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31.

    [7] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 1.

    [8] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 1.

    [9] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

    [10] ĠU L 353, ta' l-24.12.1997, p. 8.

    [11] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

    [12] ĠU L 310, ta' l-14.12.1993, p. 4.

    [13] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

    [14] ĠU L 194, tat-23.7.1997, p. 5.

    [15] ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 22.

    [16] ĠU L 137, tat-28.5.1997, p. 3.

    [17] ĠU L 137, tat-28.5.1997, p. 10.

    [18] ĠU L 5, tad-9.1.1998, p. 3.

    [19] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 2.

    [20] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 6.

    [21] ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 10.

    [22] ĠU L 145, tal-5.6.1997, p. 10.

    [23] ĠU L 152, tal-11.6.1997, p. 2.

    [24] ĠU L 189, tat-18.7.1997, p. 3.

    [25] ĠU L 272, ta' l-4.10.1997, p. 23.

    [26] ĠU L 272, ta' l-4.10.1997, p. 28.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    LISTA LI HEMM REFERENZA DWARHA FL-ARTIKOLU 5

    - 01029005

    - 01029021, 01029029

    - 01029041 sa 01029049

    - 01029051 sa 01029079

    - 02011000, 02012020

    - 02012030

    - 02012050

    - 02012090

    - 02013000, 02061095

    - 02021000, 02022010

    - 02022030

    - 02022050

    - 02022090

    - 02023010

    - 02023050

    - 02023090

    - 02062991

    - 02102010

    - 02102090, 02109041, 02109090

    - 16025010, 16029061

    - 16025031

    - 16025039

    - 16025080

    - 16029069

    --------------------------------------------------

    ANNESS II(A)

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS II(B)

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top