EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998F0123(01)

Att tal-Kunsill tat-18 ta' Dċembru 1997 li jfassal, fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana (98/C 24/01)

ĠU C 24, 23.1.1998, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

31998F0123(01)



Official Journal C 024 , 23/01/1998 P. 0001 - 0001


Att tal-Kunsill

tat-18 ta' Dċembru 1997

li jfassal, fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana

(98/C 24/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt ċ ta' l-Artikolu K.3 (2) tiegħu,

Billi bil-għan li jinkisbu l-għanjiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jqisu l-koperazzjoni tad-dwani bħala materja ta' interess komuni, li tidħol taħt il-koperazzjoni pprovvduta fil-Titolu VI tat-Trattat;

WARA LI DDEĊIEDA illi l-Konvenzjoni, li t-test tagħha jingħata fl-Anness u li ġiet iffirmata llum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, hija b'dan imfassla;

JIRRAKKOMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

--------------------------------------------------

Top