EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2200

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/97 tat-30 ta’ Ottubru 1997 dwar it-titjieb tal-produzzjoni fil-Komunità tat-tuffieħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk

ĠU L 303, 6.11.1997, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1229

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2200/oj

31997R2200



Official Journal L 303 , 06/11/1997 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/97

tat-30 ta’ Ottubru 1997

dwar it-titjieb tal-produzzjoni fil-Komunità tat-tuffieħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi fattur tas-suq tal-Komunità tat-tuffieħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk huwa ċ-ċertu żbilanċ bejn il-produzzjoni u d-domanda; billi din is-sitwazzjoni tiġġustifika ir-riintroduzzjoni u l-estensjoni għal-lanġas tal-miżuri sabiex tittejjeb il-produzzjoni fil-Komunità introdotti għas-snin tas-suq 1990/91 sa 1994/95 fir-rigward tat-tuffieħ u għas-sena tas-suq 1995 fir-rigward tal-ħawħ u n-nuċiprisk;

Billi ż-żoni li jgawdu minn din l-operazzjoni għandhom ikunu limitati u l-ġonna tal-frott l-anqas produttivi għandhom ikunu esklużi minnha; billi dawn iż-żoni għandhom ikunu mqassma bejn l-Istati Membri fuq bażi taż-żona tal-ġonna tal-frott, il-produzzjoni u l-irtirar ta’ kull Stat Membru; billi għandu jkun possibbli illi dan it-tqassim jiġi emendat sabiex tkun imtejba ż-żona tat-tindif tas-sigar mill-għeruq; billi huwa wkoll meħtieġ illi l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu fuq ir-reġuni u l-kundizz jonijiet li taħthom għandha tapplika din l-operazzjoni sabiex l-introduzzjoni tagħha ma tiddisturbax il-bilanċ ekonomiku u ekoloġiku ta’ ċerti reġjuni;

Billi l-premium, li għandu jitħallas darba biss, għandu jkun stabbilit billi jingħata kont kemm tan-nefqa tat-tindif mill-għeruq u t-telf fid-dħul tal-produtturi;

Billi l-għan tal-premium tat-tindif mill-għeruq huwa li jiksbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 39 tat-Trattat; billi għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-miżura tiġi ffinanzjata mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Il-produtturi tat-tuffieħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk fil-Komunità għandhom jikkwalifikaw, fuq applikazzjoni u taħt il-kundizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament, għall-premium għas-sena tas-suq 1997/1998, li jrid jitħallas darba biss għat-tindif mill-għeruq tas-siġar tat-tuffieħ ħlief siġar tat-tuffieħ tas-sidru, siġar tal-lanġas ħlief siġar tal-lanġas għax-xorb mis-sugu tal-lanġas, siġar tal-ħawħ u siġar tan-nuciprisk.

2. Il-premium għandu jingħata għat-tindif tas-siġar mill-għeruq f’żona massima ta’ 10000 ettaru għal kull grupp ta’ prodotti, tuffieħ u lanġas min-naħa l-waħda, ħawħ u nuċiprisk min-naħa l-oħra, maqsuma kif ġej.

Stati Membri | Tuffieħ u lanġas (ha) | Ħawħ u nuciprisk (ha) |

Il-Belġju | 435 | p.m. |

Id-Danimarka | 30 | — |

Il-Ġermanja | 1 100 | 10 |

Il-Greċja | 640 | 3770 |

Spanja | 1 305 | 1640 |

Franza | 2 820 | 1100 |

L-Irlanda | 10 | — |

L-Italja | 2 275 | 3260 |

Il-Lussemburgu | 10 | — |

L-Olanda | 2 275 | p.m. |

L-Awstrija | 150 | 20 |

Il-Portugall | 325 | 200 |

Il-Finlandja | 10 | — |

L-Isvezja | 40 | — |

Ir-Renju Unit | 305 | — |

L-allokazzjoni msemmija hawn fuq tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 sabiex tiġi ottimizzata ż-żona li tikkwalifika għall-premium għat-tindif tas-siġar mill-għeruq, fil-limitu massima tad-daqs taż-żona stipulat fl-ewwel subparagrafu hawn fuq.

3. L-Istati Membri:

- għandhom jindikaw ir-reġjuni li fihom il-premium għat-tindif tas-siġar mill-għeruq għandu jingħata fuq il-bażi tal-kriterji ekonomiċi u ekoloġiċi,

- għandhom jippreskrivu l-kondizzjonijiet sabiex jiżguraw b’mod partikolari l-bilanċ ekonomiku u ekoloġiku tar-reġjuni kkonċernati,

- jistgħu jipprovdu għall-produtturi ta’ kategoriji ta’ prijorità fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi pprovduti bi ftehim mal-Kummissjoni.

Għandhom jinnotifikaw dawn ir-reġjuni, kondizzjonijiet u, fejn xieraq, il-kategoriji lill-Kummissjoni meta dawn jiġu adottati jew nominati.

Stat Membru m’għandux għalfejn jinnomina reġjun. F’dak il-każ, għandu jinforma l-Kummissjoni b’dan fi żmien xahar minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

L-Artikolu 2

1. Il-premium għandu jingħata bla ħsara għal rabta bil-miktub mir-riċipjent:

(a) sabiex isir tindif mill-għeruq jigġiegħel li jsir tindif mill-għeruq, fi żmien wieħed, qabel data stipulata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, is-siġar tat-tuffieħ, tal-lanġas, tal-ħawħ jew tan-nuciprisk kollha jew parti minnhom, iż-żona mnaddfa mill-għeruq għandha tkun mill-inqas ta’ 0,5 ta’ ettaru għas-siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas u mill-inqas ta’ 0,4 ta’ ettaru għas-siġar tal-ħawħ u tan-nuċiprisk;

(b) li jitwaqqf it-tħawwil tas-siġar tat-tuffieħ, tal-lanġas, tal-ħawħ jew tan-nuċiprisk, skond id-dispożizzjonijiet preskritti bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.

2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, u għal kull wieħed miż-żewġ gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2), "ġnien tal-frott" tfisser kull taqsima miżrugħa fuq l-art b’densità ta’ 300 siġra kull ettaru jew aktar. Madankollu, din id-densità minima għandha tkun imnaqqsa għall-150 siġra kull ettaru għat-taqsim imħawwel b’siġar tat-tuffieħ tal-varjetà Annurca.

L-Artikolu 3

Il-premium għat-tindif mill-għeruq għandhu jkun iffissat waqt li jingħata kont b’mod partikolari ta’ l-ispejjeż tat-tindif mill-għeruq u t-telf fid-dħul tal-produtturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ tindif mill-għeruq.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk ir-recipjenti tal-premjum għat-tindif mill-għeruq ikunux osservaw ir-rabta msemmija fl-Artikolu 2. Għandhom jieħdu kull miżura oħra meħtieġa b’mod partikolari sabiex jiżguraw illi hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din l-iskema. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ittieħdu.

L-Artikolu 5

Il-miżuri provduti f’dan ir-regolament għandhom jitqiesu ta’ intervent maħsub sabiex jistabbilizza s-swieq agrikoli skond it-tifsira ta’ Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 tal-Kunsill tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni [3]. Għandhom ikunu ffinanzjati permezz tas-sezzjoni ta’ Garanzija tal-FAEGG.

L-Artikolu 6

Il-premium ghat-tindif mill-għeruq għandu jiġi stabbilit u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [4].

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta’ Ottubru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 124, tal-21.4.1997, pg. 26.

[2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Ottubru 1997 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1).

[4] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

Top