EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0997

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 997/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1447/95 u (KE) 1251/96 li jistabilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-bajd u laħam tat-tjur u jtawwal it-terminu tal-validità ta' ċerti liċenzji f'dawk l-oqsma

ĠU L 144, 4.6.1997, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1385

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/997/oj

31997R0997



Official Journal L 144 , 04/06/1997 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 997/97

tat-3 ta' Ġunju 1997

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1447/95 u (KE) 1251/96 li jistabilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-bajd u laħam tat-tjur u jtawwal it-terminu tal-validità ta' ċerti liċenzji f'dawk l-oqsma

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad- 29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1516/96 [2], u partikolarment l-Artikoli 3(2), 6 (1) u 15 tiegħu

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad- 29 ta Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2916/95 [4], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-20 ta' Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni ta' kummerċ għall-ovalbumina u lattalbumina [5], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2916/95 (2), u partikolarment l-Artikoli 2(1), 4 (1) u 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, laħam tat-tjur, qamħ u meslin, u granza, smida u residwi oħra [6], kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 [7], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet ta' l-Iskeda CXL magħmula fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' l-Artikolu XXIV.6 tan-negozjati tal-GATT [8]

Billi kwoti ta' tariffi ingħataw għal ċerti prodotti fl-oqsma tal-bajd u tal-laħam tat-tjur sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 tat-22 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fil-qasam tal-laħam tat-tjur u l-arranġamenti ta' l-importazzjoni li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill Nru 774/94 [9] li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti agrikoli oħra, kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 958/96 [10], sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1474/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fil-qasam tal-bajd [11], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1219/96 [12] u sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1251/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-qasam tal-laħam tat-tjur [13]; billi, sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi, għandha tkun possibbli l-importazzjoni tal-bajd u l-laħam tat-tjur mingħajr l-obbligazzjoni li jimportaw mill-pajjiż ta' l-oriġini, li għandu minkejja kollox ikun imsemmi għal raġunijiet ta' stastika fis-sezzjoni 8 tal-liċenza;

Billi, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għal-liċenzi ta' l-importazzjoni li t-terminu tal-validità tagħhom għadu ma skadiex u li ma ġewx użati jew ġew użati biss parzjalment;

Billi, sabiex iħallu lill-operaturi jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet il-ġodda stabbiliti f'dan ir-Regolament qabel id-data ta' l-iskadenza tal-liċenzi, il-validità ta' ċerti liċenzji għandha tkun imtawwla;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1431/94 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(ċ) is-sezzjoni 8 ta' l-applikazzjoni għal liċenzi u l-liċenzi, għandhom juru l-pajjiż ta' l-oriġini; il-liċenzi għandhom iġorru magħhom l-obligazzjoni ta' l-importazzjoni mill-pajjiż indikat apparti milli għal gruppi 3 u 5"

.

Artikolu 2

L-Artikolu 4(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1474/95 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(ċ) is-sezzjoni 8 ta' l-applikazzjoni għal liċenzi u l-liċenzi, għandhom juru l-pajjiż ta' l-oriġini."

Artikolu 3

L-Artikolu 4(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1251/96 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(ċ) is-sezzjoni 8 ta' l-applikazzjoni għal liċenzi u l-liċenzi, għandhom juru l-pajjiż ta' l-oriġini."

Artikolu 4

1. Il-validità tal-liċenzi maħruġa matul l-ewwel kwart ta' l-1997 permezz tar-Regolament (KE) Nru 1431/94 għal gruppi 3 u 5 hija mtawwla sal-31 ta' Lulju 1997.

2. Il-validità tal-liċenzi maħruġa matul l-ewwel u t-tieni kwarti ta' l-1997 permezz tar-Regolament (KE) Nru 1251/96 hija mtawwla sal-31 ta' Lulju 1997.

3. Il-validità tal-liċenzji maħruġa matul l-ewwel kwart ta' l-1997 permezz tar-Regolament (KE) Nru 1474/95 hija mtawwla sal-31 ta' Lulju 1997.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal-liċenzi li l-validità tagħhom għadha ma skadietx u li ma ġewx użati jew ġew użati biss parzjalment.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu fuq u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.

[2] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 99.

[3] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

[4] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.

[5] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 104.

[6] ĠU L 91, tat-8.4.1994, p. 1.

[7] ĠU L 221, tad-19.9.1995, p. 3.

[8] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

[9] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.

[10] ĠU L 130, tal-31.5.1996, p. 6.

[11] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 47.

[12] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 55.

[13] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.

--------------------------------------------------

Top