This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997L0054
Directive 97/54/EC of the European Parliament and of the Council of 23 September 1997 amending, as regards the maximum design speed of wheeled agricultural or forestry tractors, Council Directives 74/150/EEC, 74/151/EEC, 74/152/EEC, 74/346/EEC, 74/347/EEC, 75/321/EEC, 75/322/EEC, 76/432/EEC, 76/763/EEC, 77/311/EEC, 77/537/EEC, 78/764/EEC, 78/933/EEC, 79/532/EEC, 79/533/EEC, 80/720/EEC, 86/297/EEC, 86/415/EEC and 89/173/EEC
Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 1997 li temenda, fir-rigward tal-veloċità massima skond id-disinn ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttivi tal-Kunsill 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE
Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 1997 li temenda, fir-rigward tal-veloċità massima skond id-disinn ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttivi tal-Kunsill 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE
ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Impliċitament imħassar minn 32013R0167
Official Journal L 277 , 10/10/1997 P. 0024 - 0025
Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 1997 li temenda, fir-rigward tal-veloċità massima skond id-disinn ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttivi tal-Kunsill 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], Billi l-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-tip ta’ approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4] hija fil-preżent limitata għal tratturi li għandhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa; Billi l-veloċità massima skond id-disinn ta’ għadd kbir ta’ tratturi illum teċċedi 30 km/siegħa; billi sar għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva 74/150/KEE u d-Direttivi separati li jagħmlu parti mis-sistema Ewropea ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi sħaħ applikabbli għal dawn il-vetturi, biex jiġi evitat li l-proċedura tkun tapplika għal anqas u anqas vetturi; Billi d-Direttivi separati 74/151/KEE [5], 74/152/KEE [6], 74/346/KEE [7], 74/347/KEE [8], 75/321/KEE [9], 75/322/KEE [10], 76/432/KEE [11], 76/763/KEE [12], 77/311/KEE [13], 77/537/KEE [14], 78/764/KEE [15], 78/933/KEE [16], 79/532/KEE [17], 79/533/KEE [18], 80/720/KEE [19], 86/297/KEE [20], 86/415/KEE [21] u 89/173/KEE [22], fihom definizzjoni speċifika ta’ l-ambitu tagħhom dwar il-veloċità massima disinjata; billi dawn id-direttivi jeħtieġu wkoll wkoll li jiġu emendati taħt il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE, biex jiġi evitat li dawn ikunu applikabbli biss għal anqas u anqas vetturi; Billi żieda xierqa fil-veloċità skond id-disinn hija minn 30 sa 40 km/siegħa; Billi awment fil-veloċità massima disinjata użat biex jiddefinixxi l-ambitu tad-Direttiva 74/150/KEE u ċerti direttivi individwali jeħtieġ ukoll bidla fid-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE tas-6 ta’April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’l-Istati Membri relatati mal-mekkaniżmu tal-brejkijiet ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [23]; billi din il-bidla, li ssir f’att separat, għandha tidħol fis-seħħ mhux aktar tard minn din id-Direttiva; Billi huwa meħtieġ li jittejbu u jiġu armonizzati l-aspetti kollha ta’ sigurezza bħall-istallazzjoni ta’ ċinturini tas-sigurezza; Billi t-tniġġiż mit-tratturi għandu jkun is-suġġett ta’ leġislazzjoni Komunitarja fil-futur, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Il-kliem ‘30 km/siegħa’ għandhom jiġu sostitwiti b’40 km/siegħa’: - fl-Artikolu 1(2) tad-Direttivi 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE, - fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 78/764/KEE, - il-punt 1.5 fl-Anness għad-Direttiva 74/152/KEE. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva qabel it-23 ta’ Settembru 1998. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom. Dawn għandhom japplikaw il-miżuri mit-23 ta’ Settembru 1998. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew għandu jkun hemm magħhom referenza ta’ din ix-xorta meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-forma tar-referenza għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Settembru 1997. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-robles Għall-Kunsill Il-President F. Boden [1] ĠU C 186, tas-26.6.1996, p. 11. [2] ĠU C 56, ta’ l-24.2.1997, p. 74. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 1996 (ĠU C 20, ta’ l-20.1.1997, p. 25), il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 1997 (ĠU C 157, ta’ l-24.5.1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’Lulju 1997 (ĠU C 286, tat-22..9.1997). Id-Deċizjoni tal-Kunsill tad-29 ta’Lulju 1997. [4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’l-Adeżjoni tal-1994. [5] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25. [6] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33. [7] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 1. [8] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 5. [9] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24. [10] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 28. [11] ĠU L 122, 8. 1976. 1974, p. 5. [12] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 135. [13] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 1. [14] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 38. [15] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 1. [16] ĠU L 325, ta’ l-20.11.1978, p. 16. [17] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 16. [18] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 20. [19] ĠU L 194, tat-28.7.1980, p. 1. [20] ĠU L 186, tas-7.8.1986, p. 19. [21] ĠU L 240, tas-26.8.1986, p. 1. [22] ĠU L 67, ta’ l-10.3.1989, p. 1. [23] ĠU L 122, tat-8.5.1976, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 96/63 (ĠU L 253, ta’ l-10.5.1996, p. 1). --------------------------------------------------