This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997F0661
97/661/JHA: Common Position of 6 October 1997 defined by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union on negotiations in the Council of Europe and the OECD relating to corruption
Posizzjoni Komuni tas-6 tA' Ottobru 1997 iddefinita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar negozjati fil-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD rigward il-korruzzjoni
Posizzjoni Komuni tas-6 tA' Ottobru 1997 iddefinita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar negozjati fil-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD rigward il-korruzzjoni
ĠU L 279, 13.10.1997, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 279 , 13/10/1997 P. 0001 - 0002
Posizzjoni Komuni tas-6 ta' Ottobru 1997 iddefinita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar negozjati fil-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD rigward il-korruzzjoni (97/661/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikoli K.3 (2) (a) u K.5 tiegħu, Billi l-Istati Membri jħarsu lejn il-ġlieda kontra il-korruzzjoni fuq livell internazzjonali bħala fattur ta' interess komuni; Wara li kkunsidraw il-Protokoll, imfassal mill-Kunsill fis-27 ta' Settembru 1996, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [1]; Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra il-korruzzjoni fejn huma involuti uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Kunsill fis-26 ta' Mejju 1997 [2]; Wara li kkunsidraw il-komunikazzjoni tal-21 ta' Mejju 1997 mill-Kummissjoni lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Politika Unita kontra l-korruzzjoni; Billi f'Novembru ta' l-1996 il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill Ewropew adottaw programm ta' azzjoni kontra il-korruzzjoni li jinkludi t-tfassil ta' konvenzjoni tal-liġi kriminali fuq il-korruzzjoni bħala kwistjoni ta' prijorità; Billi fis-26 ta' Mejju 1997 il-Kunsill fuq Livell Ministerjali ta' l-OECD adotta rakommandazzjoni dwar il-korruzzjoni f'transazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u iddeċieda li jibda negozjati fuq konvenzjoni internazzjonali sabiex tixħim ta' uffiċjali pubbliċi barranin jsir reat kriminali, li għandha tkun miftuħa għall-iffirmar sa l-aħħar ta' l-1997; B'kunsiderazzjoni għall-proċeduri li qed isiru fil-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD u b' konsapevolezza tal-bżonn li tiġi aċċertata l-kompatibilità max-xogħol li qed isir mill-Unjoni Ewropea; Xewqana li jipproteġu l-interessi ta' l-Unjoni u jevitaw dupplikazzjoni li mhux neċessarja jew inkompatibilità bejn iż- żewg strumenti internazzjonali imfassla mill-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD; Billi il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Amsterdam approva il-pjan ta' azzjoni ta' l-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Kriminalità Organizzata, liema grupp huwa favur pjan faċli biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, IDDEFINIXXA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw t-tfassil ta' strumenti internazzjonali approprjati li jipprovdu għat-tixħim ta' uffiċjali barranin u uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex dan isir reat kriminali. Bla ħsara għal mistoqsijiet dwar ġurisdizzjoni r-reat għandu jkopri korruzzjoni li għandha x'taqsam ma' kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni internazzjonali. 2. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, jekk neċessarju billi jdaħħlu klawsola speċifika għal dan il-għan, li d-disposizzjonijiet ta' strumenti mfassla mill-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD huma kompatibbli ma' l-istrumenti imfassla bejniethom, b'mod partikolari dwar l-għajnuna ġudizzjarja, l-estradizzjoni, il-ġlieda kontra il-korruzzjoni u l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità. 3. L-Istati Membri għandhom jiffavorixxu kordinazzjoni tax-xogħol fuq il-korruzzjoni libħalissa qiegħed isir fil-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD biex jaċċertaw li m' hemm l-ebda inkompatibilità bejn il-proċeduri f'abbozzi differenti ta' konvenzjonijiet u sabiex xogħol li qiegħed isir minn organizzazzjoni ma jostakolax jew ma jidduplikax xogħol mhux neċessarju li qiegħed isir minn organizzazzjoni oħra. 4. Fin-negozjati fil-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OECD rigward il-korruzzjoni, l-Istati Membri għandhom, sa fejn hu possibbli, jikkordinaw il-posizzjoni tagħhom, fuq l-inizzjattiva tal-Presidenza, u jippruvaw jaslu għal punti di vista komuni fuq kwistjonijiet li għandhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-interessi ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tkun kompletament involuta f'dan ix-xogħol. Artikolu 2 Din il-posizzjoni komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-6 ta' Ottubru 1997. Għall-Kunsill Il-President J. Poos [1] ĠU C 313, tat-23.10.1996, p. 2. [2] ĠU C 195, tal-25.6.1997, p. 1. --------------------------------------------------