Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0751

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ konnesjoni għall-interface ta’ tagħmir terminali għal konnessjoni ma’ linji mikrija diġitali mhux strutturati u strutturati ta’ 140 Mbit/s

    ĠU L 305, 8.11.1997, p. 66–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/751/oj

    31997D0751



    Official Journal L 305 , 08/11/1997 P. 0066 - 0068


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-31 ta’ Ottubru 1997

    dwar ir-regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ konnesjoni għall-interface ta’ tagħmir terminali għal konnessjoni ma’ linji mikrija diġitali mhux strutturati u strutturati ta’ 140 Mbit/s

    (Test b’relevanza għaż-żEE)

    (97/751/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April, 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], kif emendat bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(2), it-tieni inċiż, ta’ dan,

    Billi l-Kummissjoni identifikat it-tip ta’ tagħmir terminali li għalih hemm bżonn regolament tekniku komuni, kif ukoll stqarrija ta’ l-qasam ta’ applikazzjoni assoċjata miegħu;

    Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f’regolamenti tekniċi komuni;

    Billi r-regolament tekniku komuni li hemm provdut għalih f’din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta’ l-ACTE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ħtiġiet għal tagħmir terminali li hu maħsub li jiġi konness mal-linji mikrija diġitali ONP 139246 kbit/s mhux strutturati (D140U) tal-punt terminali tan-network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet jew ma’ linji mikrija diġitali ONP 139264 kbit/s strutturati (D140S) b’rata ta’ trasferiment ta’ informazzjoni ta’ 138240 kbit/s mingħajr restrizzjoni fuq kontenut binarju u li jaqgħu fi ħdan il-qasam ta’ applikazzjoni tal-istandard armonizzat identifikata fl-Artikolu 2(1).

    2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta’ konnessjoni għal tagħmir terminali.

    Artikolu 2

    1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi tal-istandard armonizzat mħejji mill-korp relevanti ta’ standardizzazzjoni li jimplimenta sal-punt safejn ikunu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(d) u (f) tad-Direttiva 91/263/KEE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness.

    2. Tagħmir terminali kopert b’din id-Deċiżjoni għandu josserva r-regolament tekniku komuni li għalih jirreferi l-paragrafu 1, għandu jimxi mal-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/263/KEE, u għandu jimxi mal-ħtiġiet ta’ kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [3] u 89/336/KEE [4].

    Artikolu 3

    Il-korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/263/KEE għandhom, rigward tagħmir terminali kopert mill-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu tal-istandard armonizzat li għalih jirreferi fl-Artikolu 2(1) fi żmien sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzara lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Ottubru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 128, tat-23.5.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 220, tal-31.8.1993, p. 1.

    [3] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

    [4] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli

    L-istandard armonizzat li għaliha jirreferi l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tkun:

    TeleKommunikazzjonijiet tal-Kummerċ (BTC)

    140 Mbit/s linji mikrija digital mhux strutturati u strutturati (D140U and D140S)

    Ħtiġiet għall-interface ta’ taġhmir terminali

    ETSI

    Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjonijiet

    Segretarjat ta’ ETSI

    TBR 25 - Lulju 1997

    (minbarra d-daħla)

    Informazzjoni addizzjonali

    L-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

    L-istandard armonizzat li għalih jirreferi hawn fuq kien prodott skond mandat maħruġ skond il-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

    It-test sħiħ tal-istandard armonizzat li għaliha jirreferi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand:

    L-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjonijiet 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel |

    [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top