Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0740

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatatiTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 299, 4.11.1997, p. 42–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/740/oj

    31997D0740

    Official Journal L 299 , 04/11/1997 P. 0042 - 0046

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997

    dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatati

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (97/740/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-‘proċedura l-anqas oneruża possibli li tkun konsistenti mas-sigurtà’; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew għal familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-manifattur, tkunx il-kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mat-twettieq tal-kriterja msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat tal-attestazzjoni ikunx għalhekk meħtieġ;

    Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fuq il-mandat u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implementati, b’referenza għall-Anness III, għall-kull prodott jew familja ta’ prodotti, la darba l-Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibilitajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi għas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-ewwel possibilità, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti u l-familji tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom iċċertifikta bi proċedura li biha l-manifattur ikollu r-responsabbilità unika tiegħu is-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika biex jassigura li l-prodott ikun f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

    Artikolu 2

    Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom iċċertifikata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produżżjoni fil-fabbrika operati mill-manifattur, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fl-assessjar u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 3

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

    Artikolu 4

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Ottubru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Bini bil-ġebel u prodotti relatati

    - Unitajiet ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija II biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji,

    - Unitajiet speċjali ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija II b’materjali ta’ insulazzjoni termika inkorporati fihom biex ikunu użati fil-ħitan u d-diviżjori u li ma humiex inklużi fl-Anness II,

    - tajn tal-bini bil-ġebel maħduma fil-fabbrika preskritti biex ikun użat fil-ħitan, kolonni u diviżorji,

    - tajn tat-tikħil/l-illixxar maħduma fil-fabbrika biex ikun użat fil-ħitan, kolonni, diviżorji u l-illixxar tas-soqfa, u

    - irbit, qfiel ta’ saħħa, spallieri tat-travi, mensuli, angoli tas-sostenn, infurzament ta’ l-għaqdiet fil-pedamenti u blajjiet biex ikunu nkorporati f’ħitan, kolonni u diviżorji tal-ġebel.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Bini bil-ġebel u prodotti relatati

    - Unitajiet ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija I biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji,

    - Unitajiet speċjali ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija I jew II b’materjali ta’ insulazzjoni termika inkorporati fihom ikklassifikati taħt waħda mill-Ewro-klassijiet A, B jew C li dwarhom ir-reazzjoni ta’ kif iġibu rwieħhom waqt nirien huwa suxxettibbli għal kambjament matul il-proċess tal-produzzjoni (ġeneralment, dawk magħmula minn materja prima kombustibbli) jew li huma mibdula permezz ta’ l-inkorporazzjoni ta’ ċerti aġenti, bħal ma huma l-fire retardants, li għandhom ikunu wżati fil-ħitan u d-diviżorji suġġetti għar-regolamenti rigward ir-reazzjoni lejn in-nar, imma biss meta dan il-materjal ikun suxxettibbli li jkun espost għal-nirien fis-sitwazzjoni aħħarija tiegħu, u

    - tajn tal-bini bil-ġebel maħduma fil-fabbrika iddisinjati biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI (1/3)

    Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti:

    Is-Sistema 2+: Ara l-Annes III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibbilità, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat.

    Is-Sistema 4: Ara l-Annes III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbilità.

    Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tal-konformità tas-sistema(i) |

    Unitajiet ta’ bini bil-ġebel kategorija I | Fil-ħitan, kolonni jew diviżorji | — | 2+ |

    Magħmulin fil-fabbrika, tajn maħsub għall-bini bil-ġebel |

    Unitajiet ta’ bini bil-ġebel Kategorija II | Fil-ħitan, kolonni jew diviżorji | — | 4 |

    Magħmulin fil-fabbrika, tajn preskritt, għall-bini bil-ġebel |

    Magħmulin fil-fabbrika, tajn tat-tikħil/l-illixxsar | Fl-illixxar tal-ħitan, kolonni, diviżorji u soqfa |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI (2/3)

    Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti:

    Sistema 3: Ara l-Anness III 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

    Prodott(i) | Użu(i) intiż(i) | Livel(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità |

    Irbit, ċintorini ta’ l-isikkar, spallieri tat-travi, mensuli, angoli ta’ sostenn, għaqdiet għat-tisħiħ tal-pedamenti u blajjet | fil-ħitan u d-diviżorji | — | 3 |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    TAL-BINI U L-PRODOTTI RELATATI (3/3)

    Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti:

    Is-Sistema 1: Ara l-Anness III (2) (i) tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr l-awditjar tat-testijiet tal-kampjuni.

    Is-Sistema 3: Ara l-Anness III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbilità.

    Is-Sistema 4: Ara l-Anness III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbilità.

    Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (Reazzjoni għan-nar) | attestazzjoni tal-konformità tas-sistema(i) |

    Unitajiet tal-bini bil-ġebel li jinkorporaw materjali ta’ l-insulazzjoni termika imqiegħda fuq il-wiċċ suxxettibbli li jkun espost għan-nar | Fil-ħitan jew fid-diviżorji suġġetti għal reazzjoni rigward ir-regolamenti dwar in-nirien | A, B jew C | 1 |

    A, B jew C | 3 |

    D, E jew F | 4 |

    Top