EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0622

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 1997 li tikkonċerna l-kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fis-settur ta' l-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE)

ĠU L 256, 19.9.1997, p. 13–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/03/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/622/oj

31997D0622



Official Journal L 256 , 19/09/1997 P. 0013 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Mejju 1997

li tikkonċerna l-kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fis-settur ta' l-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE)

(97/622/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 fuq l-istandardizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi li jirrelataw mal-Ambjent [1], u partikolarment l-Artikolu 5 u 6 u l-Anness VI tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 Lulju 1975 fuq skart [2], kif ġiet emendata aħħar bid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [3],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 fuq skart perikoluż [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/31/KE [5],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq l-ippakkjar u l-iskart tal-ippakjar [6]

billi l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/689/KEE jirrikjedi li Stati Membri jittrasmettu lill-Kummisjoni informazzjoni fuq l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-kuntest tar-rapport li hemm provdut fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 75/442/KEE;

Billi l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE tirrikjedi li Stati Membri jittrasmettu lill-Kummissjoni informazzjoni fuq l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE;

Billi l-Artikolu 16 tad-Direttiva 75/442/KEE, ġie mibdul bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE li tirrikjedi li l-Istati Membri jittrasmettu lill-Kummissjoni informazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi tal-Komunità fil-format ta' rapport settorali;

Billi, dan ir-rapport irid ikun stabbilit fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew ta' abbozz magħmul mill-Kummissjoni li jrid ikun jaqbel mall-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE;

Billi l-ewwel rapport settorali se jieħu ħsieb il-perjodi 1998 sal-2000 inklużi;

Billi il-miżuri previsti b'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni espressa mill-Kumitat stabbilit bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad- Direttiva hawn fuq imsemmija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwestjonarji mhemuża ma' din id-Deċiżjoni, li jirrelataw mad-Direttiva 91/689/KEE u d-Direttiva 94/62/KE, huma adottati hawn.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jużaw dawn il-kwestjonarji bħala bażi biex isiru rapporti settorali li jridu jagħtu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE u tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KEE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Mejju 1997.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

[2] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[3] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

[4] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

[5] ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 28.

[6] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA' KWESTJONARJI

1. Kwestjonarju dwar id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 fuq skart perikoluż [1], kif ġie emendat l-aħħar bid- Direttiva 94/31/KE [2].

2. Kwestjonarju dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 94/62/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq l-ippakjar u l-iskart tal-ippakjar [3].

[1] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

[2] ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 28.

[3] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

--------------------------------------------------

Top