EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0176

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti ta’ l-injam għal użu strutturali u prodotti anċillariTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 73, 14.3.1997, p. 19–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/176/oj

31997D0176



Official Journal L 073 , 14/03/1997 P. 0019 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Frar 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti ta’ l-injam għal użu strutturali u prodotti anċillari

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/176/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata mid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tattesta l-konformità ta’ prodott, ‘il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà; billi dan ifisser li hu neċessarju li wieħed jiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hija kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija f’ l-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni approvat hi meħtieġa għal dak l-iskop;

Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk determinata għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall fl-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE; billi hu neċessarju għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati b’ referenza għal l-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, ladarba l-Anness III jagħti preferenza lil xi sistemi;

Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi provduti fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi mqiegħda fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbilità, għas-sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji tal-prodotti provduti fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika li tassigura li l-prodott hu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti provduti fl-Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li permezz tagħha, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni hu involut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif provdut fl-Anness III għandha tiġi indikata fil-mandati għal standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] () ĠU Nru L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] () ĠU Nru L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Qafliet għall-prodotti ta’ l-injam għal użu strutturali

Konnetturi għall-injam konnetturi split ring, tuqqali f’ forma ta’ ċilindru ta’ l-azzar u ta’ l-injam, viti ta’ l-injam, threaded bolts, imsiemer ta’ l-injam.

Dawn il-prodotti jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Prodotti solidi ta’ l-injam għal użu strutturali

Elementi

Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, traversi, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizz, rafters, kolonni, arbli, munzelli.

Kitts

Ħemliet, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet.

Dawn il-prodotti jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati.

Arbli ta’ l-injam

Prodotti strutturali laminati mwaħħla bil-kolla u prodotti oħra ta’ l-injam imwaħħla bil-kolla

Elementi

Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizz, rafters, kolonni, arbli, munzelli.

Kitts

Irfid, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet.

Dawn il-prodotti jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IL-FAMILJA TAL-PRODOTT

PRODOTTI TA’ L-INJAM GĦAL UŻU STRUTTURALI (1/3)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsuba elenkati taħt, CEN/Cenelec (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni/Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja/in ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati rilevanti:

Prodott(i) | Użu(ijiet) maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ rejazzjoni għan-nar | Attestazzjoni ta’ sistema(i) ta’ konformità |

Il-Prodotti ta’ din il-kolonna jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. | Pontijiet, mogħdijiet tal-ferroviji u bini | A, B, Ċ | 1 |

Prodotti solidi ta’ l-injam għal użu strutturali | | A, B, Ċ, A, D, E, F | 2 + |

Elementi | | | |

Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, traversi, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizzi, rafters, kolonni, arbli, munzelli. | | | |

Kitts | | | |

Irfid, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet. | | | |

Arbli ta’ l-injam | Linji għaddejjin minn fuq. | | 2 + |

Prodott(i) | Użu(i) maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ reazzjoni għan-nar | Attestazzjoni ta’ sistema(i) ta’ konformità |

Il-Prodotti ta’ din il-kolonna jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. | Pontijiet u bini | | 1 |

Prodotti strutturali laminati mwaħħla bil-kolla u prodotti oħrajn ta’ l-injam imwaħħla bil-kolla | | | |

Elementi | | | |

Elementi tal-pontijiet, elementi ta’ l-irfid, elementi ta’ l-art, elementi tal-ħitan, elementi tas-soqfa bħal travi, arkati, serratizzi, rafters, kolonni, arbli, munzelli. | | | |

Kitts | | | |

Ħemliet, artijiet, ħitan, soqfa, frejmijiet. | | | |

Prodott(i) | Użi(i) maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ reazzjoni għan-nar | Attestazzjoni ta’ sistema(i) ta’ konformità |

Il-Prodotti ta’ din il-kolonna jistgħu jkunu trattati kontra n-nar, l-attakk bioloġiku, jew ma jkunux hekk trattati. | Prodotti strutturali ta’ l-injam | | 3 |

Qafliet għal prodotti strutturali ta’ l-injam | | | |

Konnetturi għall-injam, konnetturi split-ring, tuqqali f’forma ta’ ċilindru ta’ l-azzar u ta’ l-injam, viti ta’ l-injam, threaded bolts, imsiemer ta’ l-injam. | | | |

--------------------------------------------------

Top