Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0465

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 465/96 ta’ l-14 ta’ Marzu 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2898/95 dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards ta’ kwalità għal banana

    ĠU L 65, 15.3.1996, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2012; Imħassar b' 32011R1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/465/oj

    31996R0465



    Official Journal L 065 , 15/03/1996 P. 0005 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 465/96

    ta’ l-14 ta’ Marzu 1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2898/95 dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards ta’ kwalità għal banana

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2898/95 [3] jipprovdi li r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-verifika tal-konformità tal-istandards ta’ kwalità għal banana stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94 [4] għandhom jidħlu fis-seħħ nhar l-1 ta’ April 1996; billi dik id-data tad-dħul fis-seħħ għandha tkun posposta sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-verifika u sabiex jitwettaq it-tixrid tal-informazzjoni lin-negozjanti;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Banana,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2898/95, ‘1 ta’ April 1996’ hi b’dan mibdula bi ‘1 ta’ Lulju 1996’.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Brussel, fl-14 ta’ Marzu 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 304, tas-16.12.1995, p. 17.

    [4] ĠU L 245, ta’ l-20.9.1994, p. 6.

    --------------------------------------------------

    Top