EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996F0610

Azzjoni konġunta tal-15 ta' Ottubru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħila speċjalizzati anti-terroristiċi biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni anti-terroristika bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 273, 25.10.1996, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/02/2016; Imħassar b' 32016R0095

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/1996/610/oj

31996F0610



Official Journal L 273 , 25/10/1996 P. 0001 - 0002


Azzjoni konġunta

tal-15 ta' Ottubru 1996

adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħila speċjalizzati anti-terroristiċi biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni anti-terroristika bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(96/610/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju Unit,

Waqt li jfakkar li, skond l-Artikolu K.1 (9) tat-Trattat, il-koperazzjoni tal-pulizija għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terrorismu hija meqjusa kwistjoni ta' interess komuni bejn l-Istati Membri;

Billi fid-Dikjarazzjoni tiegħu dwar it-Terrorismu adottata fil-15 u s-16 ta Diċembru 1995, il-Kunsill Ewropew iddikjara li, sabiex jiġu prevjenuti u miġġielda b'mod effettiv azzjonijiet terroristiċi, hemm il-ħtieġa ta' kordinazzjoni bil-għaqal bejn l-Istati Membri;

Billi l-Kunsill iqis li, waqt li diġà hekk koperazzjoni estensiva u effettiva bejn l-aġenziji kollha ta' l-Istati Membri responsabbli għall-ġlieda kontra t-terrorismu, huma għandhom ifittxu li jtejjbu dik il-koperazzjoni;

Billi aġenziji nazzjonali kontra t-terrorismu, bi tweġiba għat-theddid varju terroristiku ffaċċat mill-Istati Membri, żviluppaw żoni ta' kompetenzi speċjalizzati, kapaċitajiet u ħila, li għandhom fil-prinċipju jintgħamlu disponibbli fuq it-talba tagħhom lill-aġenziji adattati fl-Istati Membri kollha kif u meta jkun hemm il-ħtieġa tagħhom;

Billi l-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' dawn iż-żoni ta' kompetenzi speċjalizzati, kapaċitajiet u ħila jagħmilhom disponibbli f'firxa aktar wiesa' u malajr lill-aġenziji ta' l-Istati Membri kollha, u b'hekk tittejjeb il-kapaċita anti-terroristika ta' l-Istati Membri;

Billi d-Direttorju maħsub minn din l-azzjoni konġunta m'huwiex maħsub li jissostitwixxi jew jaffettwa xi arranġamenti ezistenti bilaterali jew multilaterali għall-koperazzjoni anti-terroristika, li jkun il-mutur għall-iskambju ta' intelliġenza operazzjonali, lanqas ma jeħtieġ it-twaqqif ta' xi strutturi ġodda fil-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

1. Il-Kunsill b'dan jinnomina lir-Renju Unit bħala responsabbli matul il-fażi tal-bidu ta' sena biex jikkompila, iżomm u jiddissemina Direttorju ta' kompetenzi speċjalizzati anti-terroristiċi, kapaċitajiet u ħila, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" id-Direttorju'. Wara dan, il-kompitu għandu jkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza.

2. L-Istat Membru nominat għandu jaħtar uffiċċju partikolari biex jikkompila, jżomm u jiddissemina d-Direttorju hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "L-Amministratur tad-Direttorju".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-kontribuzzjonijiet tagħhom biex jiddaħħlu fid-Direttorju lill-Amministratur tad-Direttorju.

2. L-Amministratur tad-Direttorju għandu jikkompila d-Direttorju fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.

3. Meta jagħmlu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għad-Direttorju, l-Istati Membri għandhom jagħtu kont sħiħ tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà u l-protezzjoni stabbilita minn kull Stat Membru.

4. Sussegwentement l-Amministratur tad-Direttorju għandu jkun responsabbli għall-inkorporazzjoni eżatta ta' kull emenda u addizzjonijiet fid-Direttorju fuq il-bażi ta' aktar kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, u biex jiġbed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri għal dawn l-emendi u żidiet.

5. L-Amministratur tad-Direttorju għandu jkun responsabbli biex iżomm l-istatistika dwar l-użu tad-Direttorju, u jagħmel rapport darbtejn fis-sena lill-Kunsill dwar l-effettività ta' l-iskema.

Artikolu 3

1. Kul Stat Membru għandu jikkontribwixxi lid-Direttorju indikazzjoni ta' xi kompetenzi speċjalizzati anti-terroristiċi, kapaċitajiet jew ħila li jkun żviluppa u li huwa jqis utli li jagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha.

2. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, li jistgħu konvenjentement jintgħamlu fuq pro-formi li għandhom jiġu mifthema fi ħdan il-Kunsill, għandhom bħala minimu jagħtu deskrizzjoni effiċjenti ta' kull kompetenza partikolari, kapaċita jew ħila biex jippermettu lill-aġenziji adattati fl-Istati Membri li jagħmlu deċiżjonijiet raġunati dwar ir-relevanza probabbli tagħhom fit-twettieq tad-dmirijiet tagħhom anti-terroristiċi. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ukoll jindikaw eżattament kif jista' jsir il-kuntatt, direttament u malajr, jew mal-lok li jipprovdi din il-kompetenza, kapaċita jew ħila jew ma' punt ċentrali ta' kuntatt ġewwa l-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornar ta' dawn id-dettalji ta' kuntatt fejn meħtieġ.

4. L-Istati Membri jistgħu f'kull żmien jikkontribwixxu daħliet addizzjonali għal, jew jitolbu li daħliet jiġu rtirati mid-Direttorju.

5. Ebda tagħrif personali, minbarra l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt meħtieġa għall-operazzjoni ta' l-iskema, ma għandhom jinżammu fid-Direttorju.

Artikolu 4

1. Kull Stat Membru għandu jżomm kopja tad-Direttorju. Kull aġenzija relevanti fi Stat Membru li tixtieq li tutilizza xi kompetenza partikolari msemmija fid-Direttorju għandha tavviċina l-punt relevanti ta' kuntatt fl-Istat membru li jkun daħħal l-informazzjoni.

2. Stat Membru li jkun ikontribwixxa għal kompetenza, kapaċità jew ħila għad-Direttorju jista' jirrifjuta li jagħmilha disponibbli f'każ partikolari jekk iċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu.

3. L-Istati Membri jaqblu li, jekk jagħmlu kuntatt permezz tad-Direttorju, huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji bażiċi, li għandhom jiġu miftiehma mill-Kunsill, lill-Amministratur tad-Direttorju, biex tkun permessa s-sorveljanza effettiva ta' l-utilità tad-Direttorju.

Artikolu 5

Id-deċiżjonijiet minn jew ġewwa l-Kunsill fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti bl-Artikoli 1, 3 u 4 għandhom isiru fuq il-bażi ta' unanimità.

Artikolu 6

Din l-azzjoni konġunta għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-15 ta' Ottubru 1996.

Għall-Kunsill

Il-resident

B. Howlin

--------------------------------------------------

Top