Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0340

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 1996 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità rreferuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEETest b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 129, 30.5.1996, p. 35–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/340/oj

    31996D0340



    Official Journal L 129 , 30/05/1996 P. 0035 - 0043


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-10 ta' Mejju 1996

    li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità rreferuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (96/340/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li twaqqaf il-ħtiġijiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummreċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġijiet stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità rriferuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/103/KE [2], u b'mod partikolari it-tieni paragrafu ta' l Artikolu 15 u l-Anness II Kapitolu 2 tagħha,

    Billi l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-pubbliku li jgħoddu għall-bebbux u s-saqajn taż-żrinġijiet għandhom jiġu stabbiliti biex ma jitħalliex li dawn il-prodotti jkunu ta' theddida għas-saħħa tal-konsumatur;

    Billi ċerti kondizzjonijiet ta' saħħa li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1991 li twaqqaf il-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tas-sajd [3] huma relevanti għall-kummerċ tal-bebbux u s-saqajn taż-żrinġijiet;

    Billi r-regoli li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/356/KE ta' l-20 ta' Mejju 1994 li twaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE fir-rigward ta' kontrolli tas-saħħa tagħhom stess fuq prodotti tas-sajd [4] huma relevanti għall-kontrolli tas-saħħa minnhom stess magħmula minn impjanti li jipproduċu bebbux u saqajn taż-żrinġijiet kif riferuti fl-Artikolu 4 punt 2 tad-Direttiva 92/118/KEE;

    Billi bebbux ippreparat misjur għandu jiġi meqjus bħala ikel ippreparat u suġġett għad-disposizzjonijet tal-Kapitolu IX ta' l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra ġejjin mill-annimali [5], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 95/68/KE [6];

    Billi kondizzjonijiet ekwivalenti għandhom jgħoddu għall-bebbux u s-saqajn taż-żrinġijiet importati minn pajjiżi terzi; billi b'mod partikolari li kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa li hemm provduti fl-Artikolu 10 (2) (ċ) tad-Direttiva 92/118/KEE għandhom jiġu mfassla;

    Billi l-miżuri li hemm provduti f' din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Amministrattiv,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fit-tielet inċiż tal-Kapitolu 2 ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/118/KEE il-kelmiet 'saqajn taż-żrinġijiet u bebbux' huma hawnhekk imħassra.

    Artikolu 2

    L-Anness ta' din id-Deċiżjoni hija hawnhekk magħduda bħala l-Kapitolu 3 ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/118/KEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta Jannar 1997.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, l-10 ta' Mejju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49.

    [2] ĠU L 24, tal-31.1.1996, pġ. 28.

    [3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 15.

    [4] ĠU L 156, tat-23.6.1994, pġ. 50.

    [5] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85.

    [6] ĠU L 332, tat-30.12.1995, pġ. 10.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "KAPITOLU 3

    I. Kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika li jgħoddu għall-kummerċ fi u l-importazzjonijiet ta' bebbux maħsub għall-konsum tan-nies

    A. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet tal-Komunità, nazzjonali jew internazzjonali fuq il-protezzjoni għall-fawna selvaġġa, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, "bebbux" tfisser gastropodi ta' l-art ta' l-ispeċi Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u speċi tal-familja Achatinidae.

    B. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bebbux bla qoxra, imsajjar u ppreparat jew ippreservat ikun mibjugħ għall-konsum uman biss jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (1) Għandu jiġi minn impriżi:

    - li jħarsu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 (2) ta' din id-Direttiva,

    - li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti b'mod konformi mal-ħtiġijiet tal-Kapitoli III u IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE,

    - li jsirilhom sorveljar mill-awtoritajiet kompetenti tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u kontrolli tas-saħħa skond il-Kapitolu V (I) (3) u (5) u (II), (3) u (4) tad-Direttiva 91/493/KEE,

    - li jagħmlu kontrolli fuqhom infushom skond id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/356/KE

    (2) Għandu jsirilhom kontrolli organoleptiku magħmul bit-teħid ta' kampjuni. Jekk l-istħarriġ organoleptiku jirrivela li l-bebbux mhux tajjeb għall-konsum uman, għandhom jittieħdu passi biex jiġi rtirat mis-suq u denaturat b'tali mod li ma jkunx jista' jintuża għall-konsum uman.

    (3) Għall-preparazzjoni ta' laħam tal-bebbux bla qoxra,

    (a) jiddependi mill-iskala tal-ħidma, l-impriżi għandu jkollhom kmamar speċjali jew żoni għal:

    - il-ħżin għall-materjal ta' pakkjar u sarr,

    - l-ilqugħ u l-ħżin ta' bebbux ħaj,

    - il-ħasil, smit jew tgħollija, fejn jnqala' mill-qoxra u jitranġa,

    - il-ħżin u, fejn meħtieġ, tindif u trattament tal-qxur,

    - it-trattament tas-sħana tal-laħam tal-bebbux, fejn meħtieġ,

    - is-sarr jew l-ippakkjar tal-laħam tal-bebbux,

    - il-ħżin tal-prodott imlesti f'maħżen tal-friża;

    (b) il-bebbux għandu jiġi kontrollat qabel ma jitgħalla. Bebbux mejjet m'għandux jiġi preparat għall-konsum uman;

    (ċ) wara li jitneħħa mill-qoxra, il-hepatopancreas imneħħija waqt it-tirqim m'għandhiex tintuża għall-konsum tan-nies.

    (4) Bebbux fil-landi

    L-impriżi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet imwaqqfa fil-Kapitolu IV (IV) (4) ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (5) Bebbux imsajjar u ppreparat

    (a) Jiddependi mill-iskala tal-ħidma, l-impriżi għandu jkollhom apparti kmamar speċjali jew żoni għall-:

    - ħżin ta' laħam tal-bebbux mingħajr qoxra f'imħażen tal-friża,

    - ħżin ta' qxur nadif,

    - ħżin għall-prodotti tal-panura,

    - il-preparazzjoni tal-mili,

    - it-tisjir u t-tberrid,

    - il-mili tal-qxur b'laħam tal-bebbux u mili, u ppakkjar f'kamra b'temperatura kkontrollata,

    - fejn applikabbli, friżar,

    - il-ħżin tal-prodotti mlestija f'imħażen tal-friża;

    Il-prodotti għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet relevanti stabbiliti fil-Kapitolu IX ta' l-Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE.

    (b) Il-laħam tal-bebbux użat biex jimtela l-qxur qabel ma jissajjar irid jissodisfa l-kondizzjonijiet imwaqqfa fir-rigward ta' laħam tal-bebbux maħruġ mill-qoxra.

    (6) Kontrolli mikrobijoloġiċi

    B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva, kriterji mikrobijoloġiċi, inklużi pjani għat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analiżi, jistgħu jiġu mwaqqfa fejn ikun kemm il-ħtieġa li tkun protetta s-saħħa pubblika.

    (7) Il-bebbux għandu jkun imqiegħed, jiġi ppakkjat, maħżun u trasportat taħt il-kondizzjonijiet xierqa ta' iġjene mwaqqfa fil-Kapitoli VI u VIII ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (8) L-ippakkjar u s-sarr tal-bebbux għandu jkollhom marka ta' identifikazzjoni li ġġib id-dettalji li ġejjin:

    l-isem tal-pajjiż li kkunsinjah f'ittri kbar jew l-ewwel ittra jew ittri tal-pajjiż li jikkunsinjah f'ittri kbar stampati, jiġifieri: AT, B, DK, D, EL, E, F, FI, IRL, I, L, NL, P, SE, UK segwiti min-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-impriża, u wieħed minn dawn is-settijiet ta' inizjali li ġejjin: CE, EC, EF, EG, EK, EY.

    Ċ. Għall-importazzjonijiet:

    (1) l-ippakkjar u s-sarr ta' bebbux maqlugħ mill-qoxra, imsajjar u ppreparat jew ippreservat għandu jkollu l-isem jew il-kodiċi ISO tal-pajjiż ta' oriġini u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-impriża tal-produzzjoni fi stampar indelibbli;

    (2) dan li ġej huwa eżempju ta' kampjun ta' ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Artikolu 10 (2) (c) ta' din id-Direttiva, li għandu jkun hemm ma' kull kunsinna ta' bebbux bla qoxra, imsajjar u ppreparat jew bebbux ippreservat ġej minn pajjiżi terzi.

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    II. Isem (ismijiet) u numru (numri) uffiċjali ta' approvazzjoni ta' impriża(i) approvata(i) mill-awtorità kompetenti għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea:

    A. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Komunità, nazzjonali jew internazzjonali fuq il-protezzjoni tal-fawna selvaġġa, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, 'Saqajn taż-żrinġijiet' tfisser il-parti ta' wara tal-ġisem diviża minn qatgħa trasversali wara s-saqajn ta' quddiem, svixxerata u mqaxxra, ta' l-ispeċi Rana app. (familja Ranidae), ippreżentati friski, iffriżati jew ipproċessati.

    B. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-saqajn taż-żrinġijiet jinbiegħu għall-konsum tan-nies biss jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (1) Iż-żrinġijiet iridu jkunu ġew maqtula, tneħħielhom id-demm, ippreparati u, fejn xieraq, imkessħa, iffriżati, ipproċessati, ippakkjati u maħżuna ġo impjanti li:

    - jħarsu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4, punt 2 ta' din id-Direttiva,

    - huma approvati mill-awtorità kompetenti skond il-ħtiġijiet tal-Kapitoli III u IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE,

    - isirilhom monitoraġġ mill-awtorità kompetenti tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u kontroll ta' saħħa skond il-Kapitolu V (I) (3) u (5) u (II) (3) u (4) ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE,

    - jagħmlu kontrolli fuqhom infushom skond id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 94/356/KE.

    (2) Is-saqajn taż-żrinġijiet iridu jkunu suġġetti għal kontrolli organoleptiku magħmula bit-teħid ta' kampjuni. Jekk l-eżami organoleptiku jirrivela li s-saqajn taż-żrinġijiet mhumiex tajbin għall-konsum tan-nies, iridu jittieħdu miżuri biex jiġu rtirati mis-suq u jiġu denaturati b'mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw għall-konsum uman.

    (3) Barra minn hekk, għandha titħalla kamra speċjali għall-ħżin u l-ħasil ta' żrinġijiet ħajjin, u għall-qatla u t-tneħħija tad-demm tagħhom. Il-qatla taż-żrinġijiet għandha ssir biss bi qtil ġo impjant approvat. Żrinġijiet li jinstab li jkunu mejta qabel il-qatla m'għandhomx jiġu ppreparati għall-konsum uman. Il-kamra speċjali trid tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Kapitolu III, paragrafu I, punt 2 ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u għandha tkun fiżikament separata mill-kamra tal-preparazzjoni.

    (4) Immedjatament wara l-preparazzjoni, is-saqajn taż-żrinġijiet iridu jiġu maħsula sewwa ħafna taħt vit ta' l-ilma tax-xorb miftuħ u immedjatament imkessħa f'temperatura ta' silġ jinħall, iffriżati f'temperatura ta' almenu 18 °C jew ipproċessati.

    (5) Meta s-saqajn taż-żrinġijiet ikunu pproċessati, dan għandu jsir skond ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (6) Kontrolli mikrobijoloġiċi

    B'mod konformi mal-poċedura mwaqqfa fl-Artikolu ta' din id-Direttiva, kriterji mikrobijoloġiċi, inklużi impjanti tat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analisi, jistgħu jiġu mwaqqfa meta jkun hemm il-ħtieġa biex tkun protetta s-saħħa pubblika.

    (7) Is-saqajn taż-żrinġijiet għandhom ikunu mqiegħda, ippakkjati, maħżuna u trasportati taħt kondizzjonijiet ta' iġjene xierqa stabbiliti fil-Kapitolu VI u VIII tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (8) L-ippakkjar u l-kontenituri tas-saqajn taż-żrinġijiet għandu jkollhom marka ta' identifikazzjoni li jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

    L-isem tal-pajjiż li jagħmel il-kunsinna f'ittri kbar, jew l-ittra inizjali jew ittri tal-pajjiż li jagħmel il-kunsinna stampati f'ittri kbar, i. e.: AT, B, DK, D, EL, E, F, FI, IRL, I, L, NL, P, SE, UK segwiti bin-numru ta' approvazzjoni ta' l-impjant, u, wieħed minn dawn is-settijiet ta' inizjali: CE, EC, EF, EG, EK, EY.

    Ċ. Għall-importazzjonijiet:

    (1) L-ippakkjar u s-sarr tas-saqajn taż-żrinġijiet għandu jġib l-isem jew il-kodiċi ISO tal-pajjiż ta' oriġini u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-impriża tal-produzzjoni stampat b'mod indelibbli.

    (2) Dan li ġej huwa eżempju ta' kampjun ta' ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Artikolu 10 (2) (ċ) ta' din id-Direttiva, li għandu jkun hemm ma' kull kunsinna ta' saqajn taż-żrinġijiet ġejjin minn pajjiżi terzi:"

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top