EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0081

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE u 94/467/KE li jirrigwardaw kategoriji ta’ equidae maskili li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti rigward l-equine viral arteritisTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 19, 25.1.1996, p. 53–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/81(1)/oj

31996D0081



Official Journal L 019 , 25/01/1996 P. 0053 - 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ Jannar 1996

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE u 94/467/KE li jirrigwardaw kategoriji ta’ equidae maskili li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti rigward l-equine viral arteritis

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(96/81/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali li jirregolaw iċ-ċaqliq u importazzjoni ta’ equidae [1], minn pajjiżi terzi, kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikoli 15(b)(ii), 16 u 19(ii) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [2], kif emendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 9(1)(ċ) tiegħu,

Billi wara l-parir tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/329/KE [3]li tistabbilixxi l-kategoriji ta’ equidae maskili li għalihom il-ħtiġijiet iridu jgħoddu kif jirrigwardaw equine viral arteritis;

Billi l-kundizzjonijiet sanitarji u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati u importazzjoni ta’ equidae reġistrati u equidae għat-tnissil u produzzjoni huma stipulati rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummisssjoni 92/260/KEE [4] u 93/197/KEE [5], it-tnejn kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/323/KEE [6], u għall-importazzjoni ta’ equidae għall- qatla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE [7], kif emendata bid-Deċiżjoni 95/322/KEE [8];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KEE [9] tistipula garanziji sanitarji ghat-trasport ta’ equidae minn pajjiż terz għal iehor skond l-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva 91/496/KEE;

Billi d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE u 94/467/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

"(v) fil-każ ta’annimali maskili mhux imsewwija li għandhom aktar minn 180 jum, kemm jekk equine viral arteritis giet uffiċjalment rekordjata matul l-aħħar sitt xhur (3);

jew

- l-annimal kien ittestjat (4) b’kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni fi… (5) b’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus għal equine viral arteritis b’riżultat negattiv b’taħlita ta’1 f’4;

jew

aliquot ta’ l-isperma intiera tiegħu kien meħud fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni fi… (5) kien ittestjat b’test ta’ iżolament ta’ virus għal equine viral arteritis b’riżultat negativ(3) (4);

jew

- l-annimal kien vaċċinat fi… (5) kontra l-equine viral arteritis taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali b’vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skond il-programm għal vaċċinazzjoni inizjali li ġej u reġa’ ġie vaċċinat f’intervalli regolari (3) (4).

Programmi għal vaċċinazzjoni inizjali kontra l-equine viral arteritis:

Struzzjoni:

Aqta’ barra programmi ta’ vaċċinazzjoni li ma jgħoddux għall-annimali deskritti aktar ’l fuq.

(a) vaċċinazzjoni saret fil-jum li fih ittieħed kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus b’taħlita ta’1 f’4; jew

(b) vaċċinazzjoni saret matul perijodu ta’ iżolament ta’ mhux aktar minn 15-il jum taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali, li jibda fil-jum li ttiehed kampjun tad-demm li gie ittestjat matul dak iż-żmien b’riżultat negattiv f’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus b’taħlita ta’1 f’4; jew

(ċ) vaċċinazzjoni saret meta l-annimal kellu minn 180 sa 270 jum, matul perijodu ta’ iżolament taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali. Matul il-perijodu ta’ iżolament żewg kampjuni ta’ demm meħudin ta’ lanqas f’tul ta’10 jiem irriżultaw f’antibody titre stabbli jew nieżla f’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus għall-equine viral arteritis;"

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 93/196/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-Paragrafu (e) (v) fil-Kapitolu "III. Tagħrif dwar saħħa" ta’ l-ANNESS I huwa mħassar.

2. Il-Paragrafu (e) (v) fil-Kapitolu

"III. Tagħrif dwar saħħa"

ta’ l-ANNESS II hu mibdul b’dan li ġej:

"(v) fil-każ li, il-kunsinna ta’ equidae deskritta aktar ’il fuq ikun fiha annimali maskili mhux imsewwijin li għandhom aktar minn 180 jum, jew equine viral arteritis ma kinitx uffiċjalment rekordjata matul l-aħħar sitt xhur (4),

jew

- l-annimali maskili mhux imsewwija ġew ittestjati b’kampjun ta’ demm meħud fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni fi… (5) b’test ta’ newtralizazzjoni ta’virus għall-equine viral arteritis b’riżultat negattiv f’taħlita ta’1 f’4 f’kull każ(4),

jew

aliquots ta’ l-isperma intiera tagħhom meħudin fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni fi… (5) kienu ittestjati b’iżolament ta’virus għall-equine viral arteritis b’riżultat negattiv f’kull każ (4),

jew

- l-annimali maskili mhux imsewwija ġew vaċċinati fi… (5) kontra l-equine viral arteritis taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali b’vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skond il-programm li ġej għal vaċċinazzjoni inizjali u reggħu ġew vaċċinati f’intervalli regolari (4);

Programmi għal vaċċinazzjoni inizzjali kontra l-equine viral arteritis:

Struzzjoni:

Aqta’ barra programmi ta’ vaċċinazzjon li ma jgħoddux għall-annimali deskritti aktar ’il fuq.

Ivverifika ċertifikazzjoni li tappoġġa ttestjar qabel il-vaċċinazzjoni, vaċċinazzjoni u vaċċinazzjoni mill-gdid.

Speċifika, fejn xieraq il-programm ta’ vaċċinazzjoni għall-annimali identifikati.

(a) vaċċinazzjoni saret fil-jum li ttieħed kampjun ta’ demm li sussegwentement irriżulta negattiv f’test ta’ newtralizazzjoni ta’virus f’taħlita ta’1 f’4; jew

(b) vaċċinazzjoni saret matul perijodu ta’ iżolament ta’ mhux aktar minn 15-il-jum taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali, li jibda fil-jum li kampjun ta’ demm ikun ittieħed li kien ittestjat matul dak iż-żmien b’riżultat negattiv f’test ta’ newtralizazzjoni ta’ virus f’taħlita ta’1 f’4; jew

(ċ) vaċċinazzjoni saret meta l-annimal kellu minn 180 sa 270 jum, matul perijodu ta’ iżolament taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali. Matul il-perijodu ta’ iżolament żewg kampjuni ta’ demm meħudin ta’ lanqas 10 jiem ’il boghod minn xulxin irriżultaw f’antibody titre stabbli jew nieżla f’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus għall-equine viral arteritis;"

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni Nru 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. F’kull ċertifikat ta’ saħħa A, B, C, D u E ta’ l-ANNESS II, il-paragrafu (e) (v) tal-Kapitolu

"III. Tagħrif dwar saħħa"

hu mibdul b’dan li ġej:

"(v) fil-każ ta’annimali maskili mhux imsewwijin li għandhom aktar minn 180 jum, kemm jekk l-equine viral arteritis ma kinitx uffiċjalment rekordjata matul l-aħħar sitt xhur (*);

jew

- l-annimal kien ittestjat b’kampjun ta’ demm meħud fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni fi… (4) b’test ta’ newtralizazzjoni ta’ virus għall-equine viral arteritis b’riżultat negattiv f’taħlita ta’1 f’4 (#);

jew

aliquot ta’ sperma intier tiegħu meħud fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni fi… (4) kien ittestjat b’virus ta’ iżolament għall-equine viral arteritis b’riżultat negattiv (#),

jew

- l-annimal ġie vaċċinat fi… (4) kontra l-equine viral arteritis taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali b’vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skond il-programm li ġej għal vaċċinazzjoni inizjali u reġa’ ġie vaċċinat f’intervalli regolari (#);

Programmi għal vaċċinazzjoni inizjali kontra l-equine viral arteritis:

Struzzjoni:

Aqta’ barra programmi ta’ vaċċinazzjoni li ma jgħoddux għall-annimali deskritti aktar ’il fuq.

Ivverifika ċertifikazzjoni li tappoġġa ittestjar qabel vaċċinazzjoni, vaċċinazzjoni u vaċċinazzjoni mill-gdid.

(a) vaċċinazzjoni saret fil-jum li ttieħed kampjun ta’ demm li sussegwentement irriżulta negattiv f’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus f’taħlita ta’ 1 f’4; jew

(b) vaċċinazzjoni saret matul perijodu ta’ iżolament ta’ mhux aktar minn 15-il jum taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali, li jibda fil-jum li ttiehed kampjun ta’ demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b’riżultat negattiv f’test ta’ newtralizzazzjoni ta’virus f’taħlita ta’1 f’4; jew

(ċ) vaċċinazzjoni saret meta l-annimal kellu minn 180 sa 270 jum, matul perijodu ta’ iżolament taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali. Matul il-perijodu ta’ iżolament żewg kampjuni ta’ demm meħudin ta’ lanqas 10 jiem ’il bogħod minn xulxin irriżultaw f’antibody titre stabbli jew nieżla f’test ta’ newtralizazzjoni ta’ virus għall-equine viral arteritis;"

2. Fil-każi ta’ ċertifikati ta’ saħħa A u B is-sinjal ta’ kundizzjoni ’(#)’ irid jigi mibdul bi ’(2)’ u fiċ-ċertifikati C, D u E bi ’(3).

Artikolu 4

Fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Nru 94/467/KEE il-kliem "Dan iċ-ċertifikat irid ikun fih Sezzjonijiet I, II u III taċ-ċertifikat ta’ saħħa,…" huma mibdulin bil-kliem "Dan iċ-ċertifikat irid ikun fih Sezzjonijiet I, II and III bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (e) (v) taċ-ċertifikat ta’saħħa,…".

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-15-il jum wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, ta’ l-1.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[3] ĠU L 191, tat-12.8.1995, p. 36.

[4] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[5] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[6] ĠU L 190, tal-11.8.1995, p. 11.

[7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

[8] ĠU L 190, tal-11.8.1995, p. 9.

[9] ĠU L 190, tas-26.7.1994, p. 28.

--------------------------------------------------

Top