Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1439

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż

ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/06/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1439/oj

31995R1439



Official Journal L 143 , 27/06/1995 P. 0007 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1439/95

tas-26 ta' Ġunju 1995

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta' Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni tas-suq fil-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (EC) Nru 1265/95 [2], u b'mod partikolari Artikoli 9(2) u 12 (4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur tal-biedja sabiex jiġi implimentat l-ftehim konkluż matul il-Laqgħat tal-Urugwaj dwar negozjati kummerċjali multilaterali [3], u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3491/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim Ewropa li jwaqqaf assoċjazjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ungerija, mill-parti ’l oħra [4], u b'mod partikolari Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3492/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim Ewropa li jwaqqad assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Polonja, mill-parti ’l oħra [5], u partikolari Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3296/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim Ewropa li jwaqqaf assoċjazjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika Ċeka, mill-parti ’l oħra [6], u b'mod partikolari Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament al-Kunsill (KE) Nru 3297/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim Ewropa li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika Slovakka, mill-parti ’l oħra [7], u b'mod partikolari Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3382/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim Ewropa li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Rumanija, mill-parti l-oħra [8], u b'mod partikolari Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3383/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim Ewropa li jwaqqaf assoċjazjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti ’l oħra [9], u b'mod partikolari Artikolu 1 tiegħu,

Billi skond il-Ftehim dwar il-Biedja konkluż fil-qafas tal-Laqgħat tal-Urugwaj ta' negozjati kummerċjali multilaterali [10], il-Komunità indaħlet sabiex tibdel l-imposti varjabbli fuq l-importazzjoni b'dazji doganali fissi mill-1 ta' Lulju 1995; billi l-Ftehim dwar il-Biedja jipprovdi wkoll għall-bdil tal-arranġamenti speċjali preżenti ma’ pajjiżi terzi dwar l-importazzjoni ta' prodotti mis-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż b'sistema ta' kwoti tat-tariffi; billi dan it-tibdil jeħtieġ l-adozzjoni ta' regoli dettajlati ġodda kif ukoll it-tħassir ta' ċerti regoli eżistenti; billi huwa xieraq fl-interess tat-trasparenza illi jiġu miġbura f'Regolament wieħed ir-regoli dwar l-amministrazzjon tal-kwoti kollha tat-tariffi u jiġi provdut għall-ftuħ ta' kwoti varji f'testi legali separati;

Billi minn issa ’l quddiem id-dazju li jrid jitħallas mat-tagħrif għal ġewwa l-Komunità huwa iffissat fit-Tariffa Doganali Komuni;

Billi huwa xieraq li jinżamm l-obbligu li tintbagħat liċenza ma’ l-importazzjoni u ma l-esportazzjoni tal-prodotti kollha fis-settur, għajr fil-każ ta' nagħaġ u mogħoż ta' razza pura u ċerti ġewwenijiet u xaħmijiet;

Billi ġaladarba l-Ftehim dwar il-Biedja jeħtieġ il-konverżjoni ta' Ftehimijiet Volontarji Ristrettivi fi kwoti tat-tariffa speċifiċi huwa meħtieġ li jiġi provdut għal sistema ta' amministrazzjoni li tiżgura illi dawk il-prodotti biss li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu importati skond il-kwoti tat-tariffa; billi din il-kunsiderazzjoni tal-aħħar kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel għar-reġim il-ġdid jeħtieġu sistema fejn il-ħruġ ta' liċenza ta' importazzjoni jsir bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' dokumet tal-orġini maħruġ minn awtorità tal-Istat tal-esportazzjoni li jħares ċerti kriterji u li jkun ġie rikonoxxut mill-Komunità; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu iffissati dawn il-kriterji u b'mod partikolari li jiġi meħtieġ mill-awtoritajiet tal-ħruġ tal-pajjiżi tal-esportazzjoni li jiġu effettwati kontrolli sabiex iż-żamma tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati skond il-kwoti, partikolarment permezz ta' sistema ta' notifikazzjonijiet preċiżi u regolari lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li fir-rigward tagħ hom ikunu ġew maħruġa d-dokumenti tal-oriġini;

Billi għandhom jiġu preskritti regoli dwar il-format u d-dettalji l-oħra tad-dokument tal-oriġini kif ukoll il-proċeduri li jridu jiġu segwiti fir-rigward tal-mod ta' kif irid jinħareġ u l-konverżjoni tiegħu f'liċenza ta' importazzjoni; billi l-introduzzjoni ta' kwoti ta' kull sena tat-tariffa jeħtieġ ukoll regoli stretti rigward il-validità tad-dokumenti tal-oriġini u tal-liċenzi ta' importazzjoni;

Billi l-importazzjonijiet preferenzjali addizzjonali provduti bil-Ftehimijiet ta' Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali għandhom jiġu amministrati bl-istess mod bħall-kwoti lejn pajjiżi speċifiċi li jirriżultaw mil-Laqgħat tal-Urugwaj ta' negozjati kummerċjali multilaterali;

Billi l-Komunità ndaħlet ukoll fil-Laqgħat tal-Urugwaj ta' negozjati kummerċjali multilaterali li tiftaħ kwota tat-tariffa mhux speċifikata għal xi pajjiż għajr dawn li għalihom tkun ġiet provduta kwota speċifika għall-pajjiż; billi huwa xieraq illi din il-kwota tiġi amministrata bl-istess mod bħas-sistema awtonoma ta' importazzjoni preskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3653/85 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2779/93 [12]; billi r-regoli dettaljati għandhom għalhekk jipprovvdu għall-ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni fuq il-bażi ta' kull tlett xhur u, fejn meħtieġ, l-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta' tnaqqis;

Billi l-amministrazzjoni effiċjenti ta' dawn il-kwoti tat-tariffa teħtieġ wkoll kurrent regolari ta' tagħrif mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom jkunu nħarġu l-liċenzi; billi l-frekwenza tan-notifiki li għandhom x'jaqsmu ma’ kwota speċifika għal pajjiż għandhom jiġu miżjuda meta l-kwota ta' kull sena tkun waslet biex tinħela; billi l-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzi ta' esportazzzjoni;

Billi l-abolizzjoni tal-imposta varjabbli fuq l-importazzjoni u d-dħul ta' kwoti tat-tarriffa jeħtieġu li jiġu mħassra r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2668/80 [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3890/92 [14], il-(KEE) Nru 19/82 [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3302/94 [16], (KEE) Nru 20/82 [17], kif l-aħħar emendat bir-Regolamenti (KE) Nru 3302/94 (KEE) Nru 3653/85; billi huwa madankollu meħtieġ illi jiġi provdut illi dawn ir-regolamenti jibqgħu japplikaw għal-liċenzi ta' importazzjoni li jkunu ġew maħruġa taħthom;

Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli detaljati sabiex jiġu applikati Artikoli 9 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89.

Artikolu 2

Minkejja l-kondizzjonijiet preskritti fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament, l-importazzjoni fil-Komunità ta' xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-punti (a), (ċ) u (d) ta' Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru No 3013/89 għandhom ikunu soġġetti għas-sottomissjoni ta' liċenza ta' importazzjoni maħruġa mill-Istat Membru li lil kull applikant li hekk jitlob, irrispettivament mill-post ta' fejn ikun stabbilit fil-Komunità.

Dik il-liċenza ta' importazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha.

Artikolu 3

1. L-esportazzjoni mill-Komunità ta' xi wieħed mill-prodotti elenkati taħt il-punti (a), (c) u (d) ta' Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru No 3013/89 għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' liċenza ta' esportazzjoni maħruġa mill-Istat Membru lil kull applikant li hekk jitlob, irrispettivament mill-post fejn ikun stabbilit fil-Komunità.

2. Il-liċenza ta' esportazzjoni għandha tkun valida għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ tagħha skond it-tifsira ta' Artikolu 21(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [18].

3. L-applikazzjoni għal liċenza ta' esportazzjoni u l-liċenza nnfisha għandhom jiddikjaraw, fit-taqsima 7, il-pajjiż tad-destinazzjoni tal-prodott.

IT-TITOLU I

Sistema Standard ta' Importazzjoni

Artikolu 4

Liċenza ta' importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti mhux koperti bit-Titolu II ta' dan ir-Regolament għandha tkun valida għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ tagħha skond it-tifsira ta' Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88.

Artikolu 5

1. L-applikazzjoni għal liċenza ta' importazzjoni u l-liċenza nfisha għandhom jiġu endorsjati fil-pajjiż tal-oriġini. Il-liċenza ta' importazzjoni għandha ġġorr magħha l-obbligu tal-importazzjoni minn dan il-pajjiż.

2. Il-liċenza ta' importazzjoni għandha tinħareġ fil-ħames jum wara d-data li fiha tiġi depożitata l-applikazzjoni.

Artikolu 6

1. Il-ħruġ ta' liċenza ta' importazzjoni għandu tkun bil-kondizzjoni li tingħata garanzija bħala assigurazzjoni illi l-importazzjoni ssir matul il-perjodu tal-validità tal-liċenza. Il-garanzija għandha tintilef kollha jekk il-ħidma ma titwettaqx jew tintilef parti minnha jekk il-ħidma tkun imwettqa parzjalment biss, matul dan il-perjodu taż-żmien.

2. L-ammont tal-garanzija rigward il-liċenzi ta' importazzjoni għandu jkun:

- 1 ECU għal kull ras ta' annimali ħajjin,

- 7 ECU għal kull 100 kilogramm għal prodotti l-oħra.

Fejn jiġu rifjutati l-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta' importazzjoni, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata fil-pront għall-kwantità li għaliha l-applikazzjoni tkun ġiet rifjutata.

IT-TITOLU II

Kwoti

Artikolu 7

Il-kwantitajiet ta' importazzjoni li għalihom jirreferi dan it-Titolu huma mniżżla fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1440/95 [19] u fir-regolamenti li joħorġu wara dwar il-kwoti tat-tariffa ta' kull sena.

A. L-importazzjoni ta' prodotti taħt il-kodiċi NM 01041030, 01041080, 01042090 u 0204 skond il-kwoti tat-tariffa speċifiċi għall-pajjiż tal-GATT/WTO u skond is-sistemi ta' kwoti preferenzjali

Artikolu 8

L-applikazzjonijiet għal liċenza ta' importazzjoni għall-importazzjoni skond il-kwoti tat-tariffa speċifiċi għall-pajjiż riferiti f'Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89 u għall-importazzjoni skond il-Ftehimijiet Ewropa li jwaqqfu assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa ’l waħda, u l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, l-iSlovakkja u r-Rumanija min-naħa ’l oħra, għandhom ikollhom magħhom dokument validu tal-oriġini.

Artikolu 9

1. Id-dokument tal-oriġini riferit f'Artikolu 8 għandu jkun validu biss jekk ikun mimli kif imiss u endorsjat, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, mill-awtorità tal-ħruġ murija fil-lista f'Anness I.

2. Id-dokument tal-oriġini għandu jitqies li kien endorsjat kif imiss jekk jispeċifika l-post u d-data tal-ħruġ u d-data finali tal-validità, u jekk iġorr it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew il-persuni li għandhom il-poter li jiffirmawh.

Artikolu 10

1. Id-dokument tal-oriġini riferit f'Artikolu 8 għandu jimtela fil-forma ta' oriġinal wieħed u tliet kopji numerati u b'kuluri differenti u għandu jkun ta' għamla li kampjun tagħha huwa muri f'Anness II.

Il-formola għandha tkun ta' qies ta' bejn wieħed u ieħor 210 × 297 mm. L-oriġinali għandu jkun imfassal fuq karta li tikxef kull tbagħbis b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

2. Il-formoli għandhom jiġu stampati u miktuba tal-anqas f'wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità.

3. L-original u l-kopji tiegħu għandhom jimtlew bil-kitba bl-idejn jew bit-tipa. Fil-każ tal-aħħar, iridu jimtlew bil-linka u b'ittri kbar.

4. Kull dokument ta'l-oriġini għandu jġorr numru individwali tas-serje allokat mill-awtorità tal-ħruġ riferita f'Artikolu 9. Il-kopji għandhom iġorru l-istess numru tas-serje bħall-oriġinal.

5. Kull dokument tal-oriġini għandu jkollu r-riferenza "maħruġ skond it-Titolu IIA tar-Regolament (KE) Nru 1439/95."

6. L-awtorità tal-ħruġ għandha żżomm żewġ kopji u tagħti l-oriġinal u kopja waħda lill-applikant.

Artikolu 11

1. Id-dokument tal-oriġini għandu jkun validu għal tliet xhur mid-data attwali tiegħu tal-ħruġ imma f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ tiegħu.

L-oriġinal tad-dokument tal-oriġini għandu jintbagħat, flimkien mal-kopja tiegħu, lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien li tintbagħat l-applikazzjoni korrispondenti mal-liċenza ta importazzjoni.

Madankollu, mill-1 ta' Ottubru, id-dokumenti tal-oriġini li jkunu validi mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu tas-sena li tiġi wara għall-kwantitajiet fil-kwota għal dik is-sena jistgħu jinħarġu bil-kondizzjoni li ma jiġux użati fl-applikazzjoinijiet għal liċenzi ta' importazzjoni qabel l-1 ta' Jannar ta' dik is-sena.

2. L-oriġinal għandu jinżamm mill-awrtorita li toħroġ il-liċenza tal-importazzjoni. Iżda, fejn l-applikazzjoni għal liċenza ta' importazzjoni jkollha x’taqsam biss ma parti mill-kwantità li tidher fid-dokument oriġinali, l-awtorità tal-ħruġ għandha tiddikjara fuq dan tal-aħħar il-kwantità li rigward tagħha jkun ġie wżat u, wara li tkun ittimbratu, għandha tgħaddih lill-parti interessata.

Artikolu 12

1. Awtorità tal-ħruġ murija fil-lista mniżżla f'Anness I għandha:

(a) jkollha l-għarfien bħala tali mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni;

(b) tindaħal sabiex tivverifika l-partikolaritajiet li jidhru fuq id-dokument tal-oriġini;

(ċ) tindaħal sabiex toħroġ id-dokumenti tal-oriġini biss fil-kwantitajiet u d-dazji provduti fir-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti li jiġu wara dwar il-kwoti ta' kull sena tat-tariffa;

(d) tindaħal li tikkomunika lill-Kummissjoni qabel il-ħmistax-il jum ta' kull xahar il-kwantitajiet, inklużi l-kodiċi NM, li rigward tagħhom ikunu nħarġu d-dokumenti tal-oriġini, flimkien man-numru tal-ħruġ ta' kull dokument u s-sena li jirriferi għalih, maqsuma skond id-dazju li jrid jitħallas u d-destinazzjoni maħsuba matul ix-xahar ta' qabel; madankollu, għall-prodotti kollha għandhom hekk kif ikunu ġew maħruġa d-dokumenti tal-oriġini għal 75 % tal-kwantitajiet involuti (jindaħlu, fuq it-talba tal-Kummissjoni, li jittrasmettu lill-Kummissjoni aktar spiss kull informazzjoni rilevanti);

(e) fuq it-talba tal-Kummissjoni, jindaħlu li jfornu lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lill-Istati Membri b'kull oġġett ta' informazzjoni rilevanti li jippermetti li jiġu verifikati l-partikolaritajiet li jidhru fid-dokumenti tal-oriġini.

2. Jekk il-kondizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 ma jiġux imħarsa tista’ tiġi riveduta l-lista jew jista jiġi deċiż illi jiddaħħlu regoli ġodda għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti involuti ta' importazzjoni.

Artikolu 13

1. Il-liċenza ta' importazzjoni riferita f'Artikolu 8 għandha tinħareġ mhux iktar tard minn jum wieħed tax-wieħed xogħol wara dak li fih tkun depożitata l-applikazzjoni. Bla ħsara għat-tielet paragrafu ta' Artikolu 11(1), għandha tibqa’ valida sa’ l-aħħar data tal-validità tad-dokument tal-oriġini mibgħut skond Artikolu 8 iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ tad-dokument tal-oriġini.

Madankollu, f'każi eċċessjonali debitament ġustifikati l-Istati Membri jistgħu jtawwlu l-validità ta' liċenza ta' importazzjoni għall-perjodu ta' żmien sal-25 ta' Jannar tas-sena ta' wara. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena bil-kwantitajiet ta' importazzjoni u ċ-ċirkostanzi involti għal kull pajjiż li jipprovdi.

Madankollu, hekk kif il-Kummissjoni tkun talbet minn għand pajjiż li jipprovdi, b'mod konformi ma’ Artikolu 12(1)(d), tagħrif iktar spiss dwar il-ħruġ ta' dokumenti tal-oriġini, il-Kummissjoni tista titlob illi l-liċenza ta' importazzjoni tinħareġ biss wara li l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi l-informazzjoni kollha fuq id-dokumenti tal-oriġini jaqbel mat-tagħrif riċevut mill-Kummissjoni permezz ta' komunikazzjoni iktar spiss dwar il-materja. ll-liċenza għandha tinħareġ minnufih wara.

2. Il-liċenzi ta' importazzjoni għandhom jinħarġu biss fil-limiti tal-kwantitajiet preskritti fil-kwoti relevanti tat-tariffa u bi tweġiba biss għall-applikazzjoni li tkun akkumpanjata minn dokument validu tal-oriġini maħruġ għall-istess sena kalendarja.

3. Mal-ħruġ tagħha, kull liċenza ta' importazzjoni għandu jkollha fil-Kaxxa 20 il-marka "maħruġa skond it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1439/95".

4. L-ebda garanzija ma hija meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenza ta' esportazzjoni riferita fil-paragrafu 1.

5. Il-liċenza ta' importazzjoni trid tintbagħat lura lill-aġenzija tal-ħruġ malajr kemm jista’ jkun wara l-użu tagħha u mhux iktar tard minn ħamest ijiem minn meta tiskadi.

Artikolu 14

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżel fil-Kaxxa 8 l-isem tal-pajjiż tal-oriġini. Fil-każ ta' prodott li jaqa’ fil-kodiċi NM 01041030, 01041080 u 01042090, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla fil-Kaxex 17 u 18 il-partikolaritajiet tal-massa netta u fejn jixraq in-numru ta' annimali li jkun sejrin jiġu importati.

Liċenza għandha tobbliga l-importazzjoni tal-prodotti mill-pajjiż indikat.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità għad-dispożizzjoni b'xejn m'għamdiex taqbeż il-kaxxi indikati 17 u 18 tal-liċenzja ta' l-importazzjoni;innumru "0" għaldaqstant f'kaxxa 19 tal-liċenzja rispettiva.

3. Il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fir-rigward tal-kwantitajiet riferiti f'Anness 1 li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u r-regolamenti sussegwenti tal-kwoti ta' kull sena tat-tariffa għandu jkollhom imniżża fil-Kaxxa 24 għall-inqas wieħed mid-dħul li ġejjin:

- Derecho limitado a 0 (aplicación del Anexo I del Reglamento (CE) no 1440/95 y de posteriores Reglamentos por los que se establecen contingentes arancelarios anuales)

- Told nedsat til 0 (jf. bilag I til forordning (EF) nr. 1440/95 og efterfølgende forordninger om årlige toldkontingenter)

- Beschränkung des Zollsatzes auf Null (Anwendung von Anhang I der Verordnung (EG) Nr. 1440/95 und der späteren jährlichen Verordnungen über die Zollkontingente)

- Δασμός περιοριζόμενος στο μηδέν (εφαρμογή του παραρτήματος I του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1440/95 και των μεταγενέστερων κανονισμών σχετικά με την ετήσια δασμολογική ποσόστωση)

- Duty limited to zero (application of Annex I of Regulation (EC) No 1440/95 and subsequent annual tariff quota regulations)

- Droit de douane nul (application de l'annexe I du règlement (CE) no 1440/95)

- Dazio limitato a zero (applicazione dell'allegato I del regolamento (CE) n. 1440/95 e dei successivi regolamenti relativi ai contingenti tariffari annuali)

- Invoerrecht beperkt tot 0 (toepassing van bijlage I bij Verordening (EG) nr. 1440/95)

- Direito limitado a zero (aplicação do anexo I do Regulamento (CE) no 1440/95 e regulamentos subsequentes relativos aos contingentes pautais anuais)

- Tulli rajoitettu 0 prosenttiin (asetuksen (EY) N:o 1440/95 liitteen I ja sen jälkeen annettujen vuotuisia tariffikiintiötä koskevien asetusten soveltaminen)

- Tull begränsad till noll procent (tillämpning av bilaga I i förordning (EG) nr 1440/95).

4. Il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fir-rigward tal-kwantitajiet riferiti f'Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti tal-kwoti ta' kull sena tat-tariffa għandhom iġorru fil-Kaxxa 24 għall-inqas wieħed mid-dħul li ġej:

- Derecho limitado a 4 % (aplicación del Anexo II del Reglamento (CE) no 1440/95 y de posteriores Reglamentos por los que se establecen contingentes arancelarios anuales)

- Told nedsat til 4 % (jf. bilag II til forordning (EF) nr. 1440/95 og efterfølgende forordninger om årlige toldkontingenter)

- Beschränkung des Zollsatzes auf 4 % (Anwendung von Anhang II der Verordnung (EG) Nr. 1440/95 und der späteren jährlichen Verordnungen über die Zollkontingente)

- Δασμός περιοριζόμενος στο 4 % (εφαρμογή του παραρτήματος II του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1440/95 και των μεταγενέστερων κανονισμών σχετικά με την ετήσια δασμολογική ποσόστωση)

- Duty limited to 4 % (application of Annex II of Regulation (EC) No 1440/95 and subsequent annual tariff quota regulations)

- Droit de douane 4 % (application de l'annexe II du règlement (CE) no 1440/95)

- Dazio limitato a 4 % (applicazione dell'allegato II del regolamento (CE) n. 1440/95 e dei successivi regolamenti relativi ai contingenti tariffari annuali)

- Invoerrecht beperkt tot 4 % (toepassing van bijlage II bij Verordening (EG) nr. 1440/95)

- Direito limitado a 4 % (aplicação do anexo II do Regulamento (CE) n.o 1440/95 e regulamentos subsequentes relativos aos contingentes pautais anuais)

- Tulli rajoitettu 4 % prosenttiin (asetuksen (EY) N:o 1440/95 liitteen II ja sen jälkeen annettujen vuotuisia tariffikiintiötä koskevien asetusten soveltaminen)

- Tull begränsad till 4 % procent (tillämpning av bilaga II i förordning (EG) nr 1440/95).

5. Il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fir-rigward tal-kwantitajiet riferiti f'Anness III li jinsab mar Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti tal-kwoti annwali tat-tarfiffa għandu jkollhom imniżżla fil-Kaxxa 24 mill-inqas wieħed mid-dħul li ġejjin:

- Derecho limitado a 10 % (aplicación del Anexo III del Reglamento (CE) no 1440/95 y de posteriores Reglamentos por los que se establecen contingentes arancelarios anuales)

- Told nedsat til 10 % (jf. bilag III til forordning (EF) nr. 1440/95 og efterfølgende forordninger om årlige toldkontingenter)

- Beschränkung des Zollsatzes auf 10 % (Anwendung von Anhang III der Verordnung (EG) Nr. 1440/95 und der späteren jährlichen Verordnungen über die Zollkontingente)

- Δασμός περιοριζόμενος στο 10 % (εφαρμογή του παραρτήματος III του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1440/95 και των μεταγενέστερων κανονισμών σχετικά με την ετήσια δασμολογική ποσόστωση)

- Duty limited to 10 % (application of Annex III of Regulation (EC) No 1440/95 and subsequent annual tariff quota regulations)

- Droit de douane 10 % (application de l'annexe III du règlement (CE) no 1440/95)

- Dazio limitato a 10 % (applicazione dell'allegato III del regolamento (CE) n. 1440/95 e dei successivi regolamenti relativi ai contingenti tariffari annuali)

- Invoerrecht beperkt tot 10 % (toepassing van bijlage III bij Verordening (EG) nr. 1440/95)

- Direito limitado a 10 % (aplicação do anexo III do Regulamento (CE) n.o 1440/95 e regulamentos subsequentes relativos aos contingentes pautais anuais)

- Tulli rajoitettu 10 % prosenttiin (asetuksen (EY) N:o 1440/95 liitteen III ja sen jälkeen annettujen vuotuisia tariffikiintiötä koskevien asetusten soveltaminen)

- Tull begränsad till 10 % procent (tillämpning av bilaga III i förordning (EG) nr 1440/95).

B: L-importazzjoni ta' prodotti skond il-kodiċi NM 01041030, 01041080, 01042090 u 0204 skond il-kwoti tat-tariffa speċifiċi għall-pajjiż tal-GATT/WTO

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzi ta' importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti skond il-kwoti tat-tariffa tal-GATT mhux speċifiċi għall-pajjiż lill-pajjiżi li jipprovdu għajr dawk imniżżla fit-Titotlu II. A.

Matul kull wieħed mill-ewwel tliet kwarti ta' kull sena, dawn il-liċenzi ta' importazzjoni għandhom jinħarġu fil-limiti ta' kwart tal-kwantitajiet, espressi f'tunnellati metriċi piż ħaj u riferit f'Anness IV, Taqsima A, u espressi f'tunnellati metriċi tal-karkassi ekwivalenti u riferit f'Anness IV, Taqsima B, li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti tal-kwoti annwi tat-tariffa.

Matul Settembru ta' kull sena l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzi ta' importazzjoni skond il-bilanċ li jibqa’ minn dawn il-kwantitajiet.

Artikolu 16

1. Il-kwantità massima kollox ma’ kollox li għaliha kull parti waħda lista tapplika billi tiddepożita applikazzjoni waħda jew iktar għal-liċenza għandha tkun dik preskritta f'Anness IV li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti ta' kwoti ta' kull sena tat-tariffa għall-ewwel kwart li fih/fihom l-applikazzjoni/jiet għal-liċenza interessata/i tkun/ikunu depożitata/i.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu jiġu depożitati biss matul l-ewwel 10 ijiem ta' kull wieħed mill-ewwel tliet kwarti tas-sena u matul l-ewwel għaxart ijiem ta' Settembru.

3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi, mqassma skond il-prodott (li jirreferu għall-kwantitajiet totali espressi fl-ekwivalent ta' karkassi) u skond il-pajjiż tal-oriġini, għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni mhux iktar tard mis-sittax-il jum ta' kull wieħed mill-ewwel tliet kwarti tas-sena u sas-16 ta' Settembru, sal-5 p.m.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, qabel is-sitta u għoxrin jum ta' kull wieħed mill-ewwel tliet kwarti tas-sena u qabel is-26 ta' Settembru skond il-prodott u skond il-pajjiż tal-oriġini, jew:

(a) li tawtorizza l-ħruġ tal-liċenzi għall-kwantitajiet kollha li dawrhom tkun saret applikazzjoni, jew

(b) li tnaqqas il-kwantitajiet kollha li dwarhom tkun saret applikazzjoni bl-istess perċentwali.

Bla ħsara għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni l-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzi biss skond il-kwantitajiet li għalihom tkun intbagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

5. Il-liċenzi għandhom jinħarġu fit-tletin jum ta' kull wieħed mill-ewwel tliet kwarti tas-sena u fit-30 ta' Settembru.

6. Mal-ħruġ kull liċenza ta' importazzjoni għandu jkollha fil-Kaxxa 20 ir-riferenza "maħruġa skond it-Titolu II. B tar-Regolament (KE) Nru 1439/95."

Artikolu 17

1. Il-liċenzi ta' importazzjoni riferiti f'Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu validi għal tlett xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta' Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3919/88.

2. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla fil-Kaxxa 8 l-isem u l-pajjiż tal-oriġini. Fil-jaż tal-prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 01041030, 01041080 u 01042090, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla fil-Kaxxi 17 u 18 il-partikolaritajiet dwar il-massa netta u fejn xieraq in-numru tal-annimali li jkunu sejrin jiġu importati.

Il-liċenza għandha tagħmilha obbligatorju li l-prodotti jiġu importati mill-pajjiż indikat.

3. Minkejja Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità maħruġa fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma tistgħax taqbeż dik imniżżla fil-Kaxex 17 u 18 tal-liċenza ta' importazzjoni; iċ-ċifra "0" għandha tiddaħħal għal dan l-effett fil-Kaxxa 19 tal-liċenza msemmja.

4. Il-liċenzi ta' importazzjoni fir-rigward tal-kwantitajiet riferiti f'Anness IV, Taqsima A, li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti tal-kwoti ta' kull sena tat-tariffa għandu jkollhom imniżżla fil-Kaxxa24 għall-inqas wieħed mid-dħul li ġej:

- Derecho limitado a 0 (aplicación de la parte A del Anexo IV del Reglamento (CE) no 1440/95 y de posteriores Reglamentos por los que se establecen contingentes arancelarios anuales)

- Told nedsat til 0 (jf. bilag IV, del A til forordning (EF) nr. 1440/95 og efterfølgende forordninger om årlige toldkontingenter)

- Beschränkung des Zollsatzes auf Null (Anwendung von Anhang IV Teil A der Verordnung (EG) Nr. 1440/95 und der späteren jährlichen Verordnungen über die Zollkontingente)

- Δασμός περιοριζόμενος στο μηδέν (εφαρμογή του παραρτήματος IV σημείο Α του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1440/95 και των μεταγενέστερων κανονισμών σχετικά με την ετήσια δασμολογική ποσόστωση)

- Duty limited to zero (application of Annex IV Part A of Regulation (EC) No 1440/95 and subsequent annual tariff quota regulations)

- Droit de douane nul (application de la partie A de l'annexe IV du règlement (CE) no 1440/95)

- Dazio limitato a zero (applicazione dell'allegato IV A del regolamento (CE) n. 1440/95 e dei successivi regolamenti relativi ai contingenti tariffari annuali)

- Invoerrecht beperkt tot 0 (toepassing van bijlage IV deel A bij Verordening (EG) nr. 1440/95)

- Direito limitado a zero (aplicação do anexo IV, ponto A, do Regulamento (CE) n.o 1440/95 e regulamentos subsequentes relativos aos contingentes pautais anuais)

- Tulli rajoitettu 0:a an (asetuksen (EY) N:o 1440/95 liitteen IV kohta A ja sen jälkeen annettujen vuotuisia tariffikiintiötä koskevien asetusten soveltaminen)

- Tull begränsad till noll (tillämpning av bilaga IV, punkt A, i förordning (EG) nr 1440/95).

5. Il-liċenzi ta' importazzjoni fir-rigward tal-kwantitajiet riferiti f'Anness IV, Taqsima B, li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti tal-kwoti ta' kull sena tat-tariffa għandu jkollhom imniżżla fil-Kaxxa 24 għall-inqas wieħed mid-dħul li ġej:

- Derecho limitado a 0 (aplicación de la parte B del Anexo IV del Reglamento (CE) no 1440/95 y de posteriores Reglamentos por los que se establecen contingentes arancelarios anuales)

- Told nedsat til 0 (jf. bilag IV, del B til forordning (EF) nr. 1440/95 og efterfølgende forordninger om årlige toldkontingenter)

- Beschränkung des Zollsatzes auf Null (Anwendung von Anhang IV Teil B der Verordnung (EG) Nr. 1440/95 und der späteren jährlichen Verordnungen über die Zollkontingente)

- Δασμός περιοριζόμενος στο μηδέν (εφαρμογή του παραρτήματος IV σημείο Β του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1440/95 και των μεταγενέστερων κανονισμών σχετικά με την ετήσια δασμολογική ποσόστωση)

- Duty limited to zero (application of Annex IV Part B of Regulation (EC) No 1440/95 and subsequent annual tariff quota regulations)

- Droit de douane nul (application de la partie B de l'annexe IV du règlement (CE) no 1440/95)

- Dazio limitato a zero (applicazione dell'allegato IV B del regolamento (CE) n. 1440/95 e dei successivi regolamenti relativi ai contingenti tariffari annuali)

- Invoerrecht beperkt tot 0 (toepassing van bijlage IV deel B bij Verordening (EG) nr. 1440/95)

- Direito limitado a zero (aplicação do anexo IV, ponto B, do Regulamento (CE) n.o 1440/95 e regulamentos subsequentes relativos aos contingentes pautais anuais)

- Tulli rajoitettu 0:a an (asetuksen (EY) N:o 1440/95 liitteen IV kohta B ja sen jälkeen annettujen vuotuisia tariffikiintiötä koskevien asetusten soveltaminen)

- Tull begränsad till noll (tillämpning av bilaga IV, punkt B, i förordning (EG) nr 1440/95).

Artikolu 18

1. Il-ħruġ tal-liċenza ta' importazzjoni għandu jkun bil-kondizzjoni li tiġi depożitata garanzija bħala sigurtà li l-imortazzjoni ssir matul il-perjodu tal-validità tal-liċenza. Il-garanzija għandha tintilef kollha kemm hi jekk il-ħidma ma tkunx ġiet imwettqa, jew tintilef parzjalment jekk ma’ tkunx ġiet imwettqa ħidma parzjali f dan il-perjodu ta' żmien.

2. Il-livell tal-garanzija li għandu x'jaqsam mal-liċenza ta' importazzjoni għandu jkun:

- 1 ECU għal kull annimal għall-annimali ħajjin,

- 7 ECU għal kull 100 kg għall-prodotti l-oħra.

IT-TITOLU III

Notifikazzjoni

Artikolu 19

1. Fir-rigward tat-Titolu I, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni qabel il-15 ta' Lulju u l-15 ta' Novembru ta' kull sena is-sitwazzjoni kumulattiva rigward il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' żmien minn Jannar sa Ġunju u minn Jannar sa Ottubru rispettivament. Għandhom ukoll jittrasmettu kull sena qabel il-31 ta' Jannar it-total finali kumulattiv tal-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa matul is-sena ta' qabel.

2. Fir-rigward tat-Titolu II. A:

(a) L-istati membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni qabel il-ħames jum tax-xogħol ta' kull xahar, bit-telex jew bil-fax, il-kwantitajiet, skond il-prodott u skond il-pajjiż tal-oriġini, li rigward tagħhom matul ix-xahar ta' qabel:

- ikunu nħarġu l-liċenzi ta' importazzjoni riferiti f'Artikolu 8,

- ikunu ntużaw il-liċenzi ta' importazzjoni mi bgħuta lura lill-aġenzija tal-ħruġ skond Artikolu 13(5).

Iżda, hekk kif il-Kummissjoni tkun talbet minn pajjiż li jipprovdi, skond Artikolu 12(1)(d), tagħrif iktar spiss dwar il-ħruġ ta' dokumenti tal-oriġini, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu wkoll lill-Kummissjoni l-istess tagħrif iktar spiss.

(b) L-Istati Membri għandhom jikkominkaw lill-Kummissjoni qabel il-15 ta' Lulju, il-15 ta' Settembru u l-15 ta' Novembru ta' kull sena, is-sitwazzjoni kumulattiva rigward il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' żmien minn Jannar sa Ġunju, minn Jannar sa Awissu u minn Jannar sa Ottubru rispettivament; għandhom ukoll jittrasmettu qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena it-total finali kumulattiv tal-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa matul is-sena ta' qabel.

3. Fir-rigward tat-Titolu II. B, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni qabel il-15 ta' Frar, il-15 ta' Mejju, il-15 ta' Awissu u l-15 ta' Ottubru ta' kull sena s-sitwazzjoni kumulativa rigward il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fl-ewwel tliet kwarti u f'Settembru ta' kull sena.

4. Fir-rigward tal-esportazzjoni, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni qabel il-ħames jum tax-xogħol ta' kull xahar, bit-telex jew bil-fax, il-kwantitajiet għal kull prodott u skond id-destinazzjoni li fir-rigward tagħhom ikunu nħarġu liċenzi ta' esportazzjoni.

Artikolu 20

Ir-Regolamenti (KEE) Nru No 2668/80, (KEE) Nru 19/82, (KEE) Nru 20/82 u (KEE) Nru 3653/85 huma b'dan imħassara. Madankollu, għandhom jibqgħu japplikaw għall-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa skond dawn ir-regolamenti.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1

[2] ĠU L 123, tat-3.6.1995, p. 1.

[3] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[4] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 1

[5] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 4.

[6] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 14.

[7] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 17.

[8] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 1.

[9] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 5.

[10] ĠU L 336, tat-22.12.1994, p. 22.

[11] ĠU L 348, tal-24.12.1985, p. 21.

[12] ĠU L 252, tad-9.10.1993, p. 10.

[13] ĠU L 276, tal-20.10.1980, p. 39.

[14] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 51.

[15] ĠU L 3, tas-7.1.1982, p. 18.

[16] ĠU L 3, tas-7.1.1982, p. 26.

[17] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 45.

[18] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[19] Ara l-paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Il-Lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi esportaturi bis-setgħa li joħorġu Dokumenti tal-oriġini

1. L-Argentina: Is-Secretaria de agricultura ganaderia y pesca

2. L-Awstralja: L-Australian Meat and Livestock Corporation

3. Il-Bosnja-Ħerzegovina: Il-Kamra Ekonomika tal-Bosnja u l-Ħerzegovina

4. Il-Bulgarija: Il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ

5. Iċ-Ċile: Is-Servicio agricola y ganadero del Ministerio de Agricultura — Santiago

6. Il-Kroazja: L-"EUROINSPEKT", Zagreb

7. L-Ungerija: Il-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali

8. L-Islanda: Il-Ministeru tal-Kummerċ

9. Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Chambre d'économie, Skopje

10. New Zealand: New Zealand Meat Producers Board

11. Il-Polonja: Il-Ministertwe Wspocpracy gospodarczej z zagranica

12. Ir-Rumanija: Il-Ministère du Commerce et du Tourisme — Département pour le commerce extérieur

13. Is-Slovenja: L-"INSPECT", Ljubljana

14. Is-Slovakkja: Il-Ministeru tal-Ekonomija

15. Ir-Repubblika Ċeka: Il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ

16. L-Urugwaj: L-Instituto nacional de carnes (Inac)

--------------------------------------------------

ANNESS II

Id-Dokument tal-oriġini

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top