Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1372

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1372/95 tas-16 ta' Ġunju 1995 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 133, 17.6.1995, p. 26–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2004; Imħassar b' 32004R0633

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1372/oj

    31995R1372



    Official Journal L 133 , 17/06/1995 P. 0026 - 0035


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1372/95

    tas-16 ta' Ġunju 1995

    li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u r-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 3(2), 8(12) u 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat il-ftehim konkluż matul ir-Round ta' l-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jipprovdi illi mill-1 ta' Lulju 1995 l-esportazzjonijiet kollha li għalihom jiġu mitluba rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, minbarra l-esportazzjonijiet ta' flieles ta' jum, għandhom jiġu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem ta' rifużjoni; billi għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi ta' implimentazzjoni għas-settur tal-laħam tat-tjur li għandhom, b'mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, flimkien ma' dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistabilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni u liċenzi ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1199/95 [4]

    Billi, sabiex tiġi assigurata l-amministrazzjoni adattata tas-sistema, ir-rata ta' garanzija għall-liċenzi ta' esportazzjoni taħt is-sistema msemmija għandha tiġi ffissata; billi invista tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fid-sistema fis-settur tal-laħam tat-tjur, il-liċenzi ta' esportazzjoni m' għandhomx ikunu trasferibbli u għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi sabiex jirregolaw l-aċċess min-negozjanti għas-sistema msemmija; billi huwa neċessarju li jkun hemm kondizzjonijiet partikolari għall-aċċess għal ċerti swieq tradizzjonali fil-każ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni sabiex jiġu limitati l-applikazzjonijiet spekulattivi li jistgħu iqiegħdu f'riskju l-produzzjoni li hija speċifikament destinata għal dawk is-swieq għal perjodu transitorju;

    Billi l-Artikolu 8(11) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jipprovdi illi l-konformità ma' l-obbligi konklużi mill-ftehim konkluż fir-Round ta' l-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali rigward il-volum ta' l-esportazzjoni għandha tiġi assigurata abażi tal-liċenzi ta' esportazzjoni; billi għalhekk għandha tiġi stabbilita skeda dettaljata għall-alloġġ ta' applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi;

    Billi, barra minn hekk, id-deċiżjoni li tirrigwarda l-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' l-esportazzjoni għandha tiġi komunikata biss wara perjodu ta' konsiderazzjoni; billi dan il-perjodu kien jippermetti lill-Kummissjoni biex tapprezza l-kwantitajiet applikati għalihom kif ukoll in-nefqa involuta u, jekk approprjat, tieħu miżuri speċifiċi applikabbli b'mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti; billi huwa fl-interess tan-negozjanti li l-applikazzjoni għal liċenzja titħalla tiġi rtirata wara li l-koeffiċjent ta' l-aċċettazzjoni jiġi ffissat;

    Billi, fil-każ ta' applikazzjonijiet li jirrigwardaw kwantitajiet ugwali għal 25 tunnellata metrika jew inqas, il-liċenza ta' l-esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk in-negozjant jitlobha; billi, dawn il-liċenzi għandhom jibbenefikaw, madanakollu, minn rifużjonijiet biss skond il-miżuri li l-Kummissjoni tista' possibbilment tkun ħadet għall-perjodu inkwistjoni;

    Billi sabiex jiġi assigurat kontroll tal-kwantitajiet li għandhom jiġu esportati, għandha tiġi stabbilita deroga mir-regoli rigward it-tolleranzi stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3719/88;

    Billi l-Kummissjoni għandha tiddisponi minn informazzjoni preċiża li tikkonċerna applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista' tamministra din is-sistema; billi, fl-interessi ta' amministrazzjoni effiċjenti, in-notofiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom isiru skond mudell uniformi;

    Billi sabiex tiġi evitata kull interruzzjoni ta' esportazzjonijiet fil-ħin tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tar-Round ta' l-Urugwaj, għandha tingħata awtorizzazzjoni għal liċenzi ta' l-esportazzjoni li għandu jkun hemm applikazzjoni għalihom u maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, imma għall-użu wara dik id-data;

    Billi l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jipprovdi illi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għall-flieles ta' jum jistgħu jingħataw fuq bażi ta' liċenza ta' esportazzjoni "ex- post"; billi għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ta' l-implimentazzjoni għal din is-sistema bl-iskop li jassiguraw il-verifika effiċjenti li jkun hemm konformità ma' l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-ftehim konklużi fil-qafas tan-negozjati fir-Round ta' l-Urugwaj; billi, madankollu, kien jidher illi mhux neċessarju jkun meħtieġ id-depożitu ta' garanzija fil-każ tal-liċenzi li jkun hemm applikazzjoni għalihom wara l-esportazzjoni;

    Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 572/73 tas-26 ta' Frar 1973 li jistabbilixxi l-prodotti mill-bajd u l-laħam tat-tjur eliġibbli għall-iffissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3501/93 [6], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3652/81 tat-18 ta' Diċembru 1981 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal rifużjonijiet fis-settur tal-laħam tat-tjur u l-bajd [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1030/95 [8], huma sostitwiti bid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u bir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1371/95 [9] li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd; billi r-Regolamenti msemmija hawn fuq għandhom għalhekk jitħassru mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar l-Agrikolutura tar-Round ta' l-Urugwaj;

    Billi l-Kumitat Amministrattiv għal-Laħam tat-tjur u l-Bajd ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Mill-1 ta' Lulju 1995, l-esportazzjonijiet kollha ta' prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li għalihom tintalab rifużjoni, ħlief flieles li jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN bin-Nri 010511 u 010519, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 8.

    L-Artikolu 2

    1. Il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ, fis-sens ta' l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, sa l-aħħar tat-tieni xahar wara dik id-data.

    2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom, fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fit-taqsima 16, il-kodiċi tal-prodott bi 11-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

    3. Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13a tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni, huma stabbiliti fl-Anness I.

    4. L-applikazzjonijiet għal liċenzi u l-liċenzi nfushom għandu jkollhom, fit-taqsima 20, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Reglamento (CE) no 1372/95,

    - Forordning (EF) Nru 1372/95,

    - Verordnung (EG) Nru. 1372/95,

    - Kανονισμóς (EK) αριJ. 1372/95,

    - Regulation (CE) Nru 1372/95,

    - Règlement (KE) no 1372/95,

    - Regolamento (CE) n. 1372/95,

    - Verordening (EG) nru 1372/95,

    - Regulamento (KE) n.o 1372/95,

    - Asetus (EY) N:o 1372/95,

    - Foerordning (EG) nru 1372/95.

    L-Artikolu 3

    1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni għandhom jiġu depożitati mal-formola ta' l-awtoritajet kompetenti nhar ta' Tnejn u nhar ta' Erbgħa ta' kull ġimgħa.

    2. L-Applikanti għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni għandhom ikunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, fil-ħin tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet, jistgħu jippruvaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri illi kienu mqabbda fil-kummerċ tas-settur tal-laħam tat-tjur għal mill-inqas 12-il xahar. Madankollu, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbigħu il-prodotti tagħhom lill-konsumaturi ta' l-aħħar ma jistgħux jiddepożitaw applikazzjonijiet.

    Fir-rigward ta' esportazzjonijiet lejn pajjiżi msemmija fl-Anness IV, sat-30 ta' Ġunju 1996 jistgħu japplikaw biss għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni persuni fiżiċi jew ġuridiċi li kapaċi jissodisfaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri illi jkunu esportaw mhux inqas minn 1000 tunnellata metrika ta' prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM bin-Nri 0207, 160220, 160231 u 160239 f'kull waħda mis-sentejn kalendarji li jippreċedu s-sena li fiha l-applikazzjoni tal-liċenza kienet alloġġata.

    3. Il-liċenzi ta' esportazzjoni jinħarġu nhar ta' Tnejn wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, sakemm ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dak iż-żmien mill-Kummissjoni.

    4. Meta applikazzjnijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni jikkonċernaw kwantitajiet u/jew infiq li jeċċedi l-mudelli kummerċjali normali jew meta jkun hemm riskju li jinqabżu, filwaqt li tieħu kont tal-limiti msemmija fl-Artikolu 8(11) tar-Regolament (KE) Nru 2777/75 u/jew tan-nefqa korrispondenti matul il-perjodu inkwistjoni, il-Kummissjoni tista':

    - tistabbilixxi perċentwali waħda li biha jiġu aċċettati l-kwantitajiet applikati għalihom,

    - tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom ikunu għadhom ma ngħatawx liċenzi ta' l-esportazzjoni,

    - tissospendi d-depożitu ta' applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni għal perijodu massimu ta' ħamest ijiem utli. Sospensjoni għal perjodu itwal taż-żmin tista' tiġi deċiża skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75. F'dawn il-każijiet, applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni matul il-perjodu tas-sospensjoni għandhom ikunu inammessibbli.

    Dawn il-miżuri jistgħu jiġu aġġustati skond il-kategorija tal-prodott.

    5. Meta l-kwantitajiet applikati għalihom ma jiġux milqugħa jew jiġu mnaqqsa, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata immedjatament għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma kinitx sodisfatta.

    6. Minkejja l-paragrafu 3, meta perċentwali singola ta' aċċettazzjoni ta' inqas minn 80 fil-mija tiġi stabbilita, il-liċenza għandha tinħareġ fl-iktar tard sal-11-il jum utli wara l-pubblikazzjoni ta' dak il-perċentwali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Matul l-10t ijiem utli wara l-pubblikazzjoni tagħha, l-operatur jista':

    - jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f'liema każ il-garanzija tiġi rilaxxata immedjatament,

    - jew jitlob għall-ħruġ immedjat tal-liċenza, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien imma mhux iktar kmieni mit-Tnejn wara d-depożitu ta' l-applikazzjoni għal-liċenza.

    L-Artikolu 4

    1. Meta l-applikazzjonjiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ikollhom x'jaqsmu ma' 25 tunnellata metrika jew inqas, u jekk l-operatur jitlobha fl-istess waqt, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ immedjatament il-liċenza applikata għaliha billi tindika fit-taqsima 22 mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Certificado de exportación sin perjuicio de medidas especiales de conformidad con el apartado 4 del artículo 3 del Reglamento (CE) no 1372/95,

    - Eksportlicens udstedt med forbehold af saerforanstaltninger i henhold til artikel 3, stk. il-4, i forordning (EF) nr. 1372/95,

    - Ausfuhrlizenz, erteilt unter Vorbehalt der besonderen Massnahmen gemaess Artikel 3 Absatz 4 der Verordnung (EG) Nr. 1372/95,

    - Πιστοποιητικό εξαγωγής που εκδίδεται με την επιφύλαξη των ειδικών μέτρων σύμφωνα με το άρθρο 3 παράγραφος 4 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1372/95,

    - Export licence issue subject to any particuar measures taken under Article 3(4) of Regulation (EC) No 1372/95 -)

    - Certifikat d'exportation délivré sous réserve de mesures particulières conformément à l'L-Artikolu 3 paragraphe 4 du règlement (CE) no 1372/95,

    - Titolo d'esportazione rilasciato sotto riserva d'adozione di misure specifiche a norma dell'L-Artikolu 3, paragrafo 4 del regolamento (CE) n. 1372/95,

    - Uitvoercertificaat afgegeven onder voorbehoud van bijzondere maatregelen zoals bedoeld in artikel 3, lid 4, van Verordening (EG) nr. 1372/95,

    - Certifcado de exportação emitido sem prejuízo de medidas especiais em conformidade com o n.o 4 do artigo 3.o do Regulamento (CE) n.o 1372/95,

    - Vientitodistus myoennetty, jollei asetuksen (EY) N:o 1372/95 3 artiklan 4 kohdan mukaisista erityistoimenpiteistae muuta johdu,

    - Exportlicens utfaerdad med foerbehaall foer saerskilda aatgaerder med stoed av artikel 3.4 i foerordning (EG) nr 1372/95.

    2. Mit-Tnejn wara l-ġimgħa li matulha jkunu ġew depożitati l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti, fuq it-talba ta' l-operatur ikkonċernat, għandha temenda l-liċenza maħruġa, fid-dawl tal-miżuri partikolari meħuda skond l-Artikolu 3(4) għall-ġimgħa inkwistjoni. Għal dan l-iskop, għandha tikkanċella l-indikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tindika fit-taqsima 22 għall-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) jekk ma jkunux ġew mittieħda miżuri partikolari jew jekk tkun ġiet stabbilita perċentwali waħda ta' aċċettazzjoni:

    - Certificado de exportación con fijación anticipada de la restitución por una cantidad de ( …) toneladas de los productos que se indican en las casillas 17 y 18,

    - Eksportlicens med forudfastsaettelse af eksportrestitution for en maengde paa ( …) tons af de i rubrik 17 og 18 anfoerte produkter,

    - Ausfuhrlizenz mit Vorausfestsetzung der Erstattung karburanti eine Menge von (…) Tonnen der in Feld 17 und 18 genannten Erzeugnisse,

    - Πιστοποιητικό εξαγωγής που περιλαμβάνει τον προκαθορισμό της επιστροφής για μία ποσότητα ( …) τόνων προϊόντων που εμφαίνονται στα τετραγωνίδια 17 και 18,

    - Export licence with advance fixing ofthe refund for a quantity of ( …) tonnes of the products shown in sections 17 and 18,

    - Certificat d'exportation comportant fixation à l'avance de la restitution pour une quantité de (…) tonnes de produits figurant aux cases 17 et 18,

    - Titolo d'esportazione recante fissazione anticipata della restituzione per un quantitativo di (…) t di prodotti indicati nelle caselle 17 e 18,

    - Uitvoercertificaat met vaststelling vooraf van de restitutie voor (…) ton produkt vermeld in de vakken 17 en 18,

    - Certificado de exportação com prefixação da restituição para uma quantidade de (…) toneladas de produtos constantes das casas 17 e 18,

    - Vientitodistus, johon sisaeltyy tuen ennakkovahvistus (…) tonnille kohdassa 17 ja 18 mainittuja tuotteita,

    - Exportlicens med foerutfaststaellelse av exportbidrag foer en kvantitet av (…) ton av de produkter som naemns i faelt 17 och 18.

    (b) jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jkunu ġew rifjutati:

    - Certificado de exportación sin derecho a restitución,

    - Eksportlicens, der ikke giver ret til eksportrestitution,

    - Ausfuhrlizenz ohne Anspruch auf Erstattung,

    - Πιστοποιητικό εξαγωγής χωρίς δικαίωμα για οποιαδήποτε επιστροφή,

    - Export licence without entitlement to any refund,

    - Certificat d'exportation ne donnant droit à aucune restitution,

    - Titolo d'esportazione che non dà diritto ad alcuna restituzione,

    - Uitvoercertificaat dat geen recht op een restitutie geeft,

    - Certificado de exportação que não dá direito a qualquer restituição,

    - Vientitodistus ei oikeuta tukeen,

    - Exportlicens som inte ger raett till exportbidrag.

    3. L-esportazzjonijiet li jiġu effettwatti abażi tal-liċenzi maħruġa skond dan l-Artikolu għandhom jibbenefikaw minn rifużjoni biss skond l-indikazzjoni inserita taħt il-punt (a) tal-paragrafu 2.

    L-Artikolu 5

    Il-liċenzi ta' esportazzjoni mhumiex trasferibbli.

    L-Artikolu 6

    Il-kwantità esportata fit-tolleranza msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma għandhiex tagħti intitolament għall-ħlas tar-rifużjoni.

    Fit-taqsima 22 tal-liċenza, għandhom jiġu indikati mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Restitución válida por (…) toneladas (cantidad por la que se expida el certificado),

    - Restitutionen omfatter (…) t (den maengde, licensen vedroerer),

    - Erstattung gueltig fuer (…) Tonnen (Menge, fuer welche die Lizenz ausgestellt wurde),

    - Επιστροφή ισχύουσα για (…) τόνους (ποσότητα για την οποία έχει έκδοθεί το πιστοποιητικό),

    - Refund valid for (…) tonnes (quantity for which the licence is issued),

    - Restitution valable pour (…) tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré),

    - Restituzione valida per (…) t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato),

    - Restitutie geldig voor (…) ton (hoeveelheid waarvoor het attestat wordt afgegeven),

    - Restituição válida para (…) toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado),

    - Tuki on voimassa (…) tonnille (maeaerae, jolle todistus on myoennetty),

    - Ger raett till exportbidrag foer (…) ton (den kvantitet foer vilken licensen utfaerdats).

    L-Artikolu 7

    1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull nhar ta' Erbgħa mis-1 p.m., bil-fax:

    (a) l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li kienu ġew depożitati mit-Tnejn sa l-Erbgħa ta' l-istess ġimgħa;

    (b) il-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzi ta' l-esportazzjoni fil-jum tat-Tnejn ta' qabel;

    (ċ) il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' esportazzjoni ġew irtirati skond l-Artikolu 3(6) matul il-ġimgħa preċedenti.

    2. In-notifika ta' l-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

    - il-kwantità f'piż tal-prodott għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 2(3),

    - it-tqassim skond id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ meta r-rata ta' rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni,

    - ir-rata ta' rifużjoni applikabbli,

    - l-ammont totali ta' rifużjoni ffissat minn qabel fl-ECU għal kull kategorija.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni fuq bażi mensili wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi ta' esportazzjoni l-kwantità tal-liċenzi ta' esportazzjoni mhux użati.

    4. L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, inklużi n-notifiki "nil", għandhom isiru skond il-mudell stabbilit fl-Anness II.

    L-Artikolu 8

    L-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' l-esportazzjoni sabiex jiġu użati għall-esportazzjonijiet mill-1 ta' Lulju 1995, jistgħu jibdew jiġu depożitati mid-19 ta' Ġunju 1995.

    L-Artikolu 9

    1. Għal flieles li jidħlu fil-kodiċijiet CN bin-Nri 010511 u 010519, l-operaturi għandhom jiddikjaraw fil-ħin meta l-formalitajiet doganali għall-esportazzjonijiet jiġu sodisfatti, illi beħsiebhom jitfgħu pretensjoni għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    2. Sa mhux iktar tard minn jum utli wara l-esportazzjoni, l-operaturi għandhom jiddepożitaw ma' l-awtorità kompetenti l-applikazzjoni għal-liċenza ta' l-esportazzjoni ex-post għall-flieles esportati. Fit-taqsima 22 ta' l-applikazzjoni għal-liċenza u tal-liċenza, għandha tiġi indikata l-espressjoni ex-post flimkien ma' l-uffiċċju doganali fejn ikunu ġew sodisfatti l-formalitajiet doganali kif ukoll id-data illi fiha jkunu saru.

    B'deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 l-ebda garanzija m'għandha tkun meħtieġa.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull nhar ta' Tnejn qabel is-1 p.m., bil-fax, in-numru ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni ex-post li jkunu ntalbu jew l-assenza ta' dawn l-applikazzjonijiet, matul il-ġimgħa preċedenti. In-notifiki għandhom isiru skond il-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom jispeċifikaw, meta applikabbli, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).

    4. Liċenzi ta' l-esportazzjoni ex-post għandhom jinħarġu kull nhar ta' Erbgħa ta' wara, sakemm ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fl-Artikolu 3(4) ma tiġi applikata mill-Kummissjoni wara l-esportazzjoni kkonċernata. Meta dawn il-miżuri jittieħdu għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet diġà mwettqa.

    Din il-liċenza tagħti intitolament għall-ħlas tar-rifużjoni applikabbli fil-jum li fih ikunu ġew sodisfatti l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni.

    5. L-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandux japplika għal-liċenzi "ex post" imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

    Il-liċenzi għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-parti interessata lill-aġenzija li tieħu ħsieb il-ħlas ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Din l-aġenzija għandha tattribwixxi u tittimbra l-liċenzja.

    L-Artikolu 10

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 572/73 u (KEE) Nru 3652/81 jitħassru.

    Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 3652/81 għandu jibqa' applikabbli, għall-iffissar bil-quddiem taċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 1995 skond dak ir-Regolament (Nru 3652/81).

    L-Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika għal-liċenzi ta' esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mid-19 ta' Ġunju 1995.

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4, 9 u 10, madankollu, għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Ġunju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 331, tat-2.12.1998, p. 1.

    [4] ĠU L 119, tat-30.5.1995, p. 4.

    [5] ĠU L 56, ta' l-1.3.1973, p. 6

    [6] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 25

    [7] ĠU L 364, tad-19.12.1981, p. 19

    [8] ĠU L 103, tas-6.5.1995, p. 36.

    [9] ĠU L 133, tas-17.6.1995, p. 16

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni [1] | Kategorija | Rata tal-garanzija (ECU/100 kg) Piż nett |

    01051111000 01051119000 01051191000 01051199000 01051990000 | 1 | — |

    01051910000 | 2 | — |

    02072110900 | 3 | 15 [2]4 [3] |

    02072190190 | 4 | 15 [2]4 [3] |

    02072210000 02072290000 | 5 | 4 |

    02074111900 02074151900 02074171190 02074171290 | 6 | 7 |

    02074210990 | 7 | 7 |

    02074251000 02074259000 | 8 | 3 |

    [1] Ir-Regolament tal-Kummissjoni KEE Nru 3846/87, il-parti 8 (ĠU L 366, ta' l-24.12.1987 p.1)

    [2] Għad-destinazzjonijiet li jidhru fl-Anness IV.

    [3] Destinazzjonijiet oħrajn.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1372/95

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DG VI/D/3-Settur tal-laħam tat-tjur

    Applikazzjoni għal-liċenzi ta' esportazzjoni — il-laħam tat-tjur:

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1372/95

    KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DG VI/D/3 — Settur tal-laħam tat-tjur

    Applikazzjoni għal liċenzi ta' l-esportazzjoni ex post — Flieles

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    L-Angola

    L-Eġittu

    Is-Saudi Arabja

    Il-Kuwajt

    Il-Baħrejn

    Il-Qatar

    L-Oman

    L-Emirati Għarab Uniti

    Il-Ġordan

    Ir-Repubblika tal-Jemen

    Il-Libanu

    Is-Sirja

    --------------------------------------------------

    Top