EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0582

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1995 fuq il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq in-naħa l-oħra, li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli

ĠU L 327, 30.12.1995, p. 17–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/582/oj

Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement

31995D0582



Official Journal L 327 , 30/12/1995 P. 0017 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Diċembru 1995

fuq il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq in-naħa l-oħra, li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli

(95/582/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq in-naħa l-oħra, li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli, għandhom ikunu approvati biex jieħu f'kunsiderazzjoni l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq in-naħa l-oħra, li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli b'dan approvati f'isem il-Komunità.

It-testi tal-Ftehim huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jkunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regola tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1] jew id-disposizzjonijiet korrispondenti ta' regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna awtorizzata sabiex tiffirma l-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 u b'hekk torbot lill-Komunità [2].

Magħmul fi Brussel,fl-20 ta' Diċembru 1995.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. M. Eguiagaray

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] Id-dati tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandhom ikunu ppublikati fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top