This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R1043
Council Regulation (EC) No 1043/94 of 12 April 1994 amending Regulation (EC) No 3680/93 laying down certain conservation and management measures for fishery resources in the Regulatory Area as defined in the Convention on Future Multilateral Cooperation in the North West Atlantic Fisheries
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1043/94 tat-12 ta' April 1994 li jemenda r-Regolament Nru 3680/93 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja kif definita fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1043/94 tat-12 ta' April 1994 li jemenda r-Regolament Nru 3680/93 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja kif definita fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
ĠU L 114, 5.5.1994, pp. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1386
Official Journal L 114 , 05/05/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0062
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0062
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1043/94 tat-12 ta' April 1994 li jemenda r-Regolament Nru 3680/93 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja kif definita fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 ta' l-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għas-sajd u l-akwakultura [1], u inpartikolari l-Artikolu 8 ta' l-istess Regolament, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KE) Nru 3680/93 [2] jistabbilixxi kwoti għall-Istati Membri fiż-Żona Regolatorja tal-NAFO għall-1994; Billi dawn il-kwoti kkorispondew mal-proposti addottati min-NAFO fil-laqgħa annwali ta' l-1993; Billi l-Kummissjoni tas-Sajd tan-NAFO, fil-laqgħa speċjali tagħha ta' Frar 1994, addottat proposta għas-sajd tal-merluzz fid-diviżjoni 3NO tan-NAFO għall-1994, fid-dawl ta' l-evidenza xjentifika li turi li proporzjon għolja ħafna tal-bijomassa ta' din il-ħażna huwa ħut ta' daqs inqas minn dak stipulat; Billi l-Kummissjoni tas-Sajd tan-NAFO ippropona deroga mir-regola għad-daqs tal-malju ġenerali ta' 130 mm għax-xbieki magħmula mill-poliamide; Billi r-Regolament (KEE) Nru 3680/93 għandu għaldaqstant jiġi emendat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3680/93 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 4(1) is-segwenti għandu jiġi miżjud wara t-tieni subparagrafu: "Għall-ixbieki magħmula mill-fibri ta' poliamide, il-minimu ekwivalenti ta' daqs tal-malju għandu jkun ta' 120 mm. Bastimenti li jużaw dawn il-materjali sejrin ikollhom abbord ċertifikati, maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-bandiera ta' l-Istat Membru, li jiċċertifikaw illi l-fibri fix-xibka użata jkunu magħmula mill-poliamide." 2. L-ewwel paġna ta' l-Anness I sejjer jiġi mibdul permezz ta' l-Anness għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament sejjer jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-12 ta' April 1994. Għall-Kunsill Il-President F. Constantinou [1] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. [2] ĠU L 341, tal-31.12.1993, p. 42. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I Stock | L-Istati membru | il-kwota 1994 (tunnellati metrici) | Speci | Ir-Regjun ġeografiku | Iż-żona | Merluzz | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 2 J + 3KL | Il-Belġju | Id-Danimarka | | Il-Ġermanja | | Il-Greċja | | L-Ispanja | | Franza | | L-Irlanda | | L-Italja | | Il-Lussemburgu | | L-Olanda | | Il-Portugall | | Ir-Renju Unit | | Disponibbli għall-Istati Membri | | KE totali | 0 | Merluzz | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 NO | Il-Belġju | | Id-Danimarka | | Il-Ġermanja | 5 | Il-Greċja | | L-Ispanja | 1832 | Franza | 28 | L-Irlanda | | L-Italja | | Il-Lussemburgu | | L-Olanda | | Il-Portugall | 345 | Ir-Renju Unit | 3 | Disponibbli għall-Istati Membri | | KE totali | 2213 | Merluzz | Majjistral tal-Atlantiku | NAFO 3 M | Il-Belġju | | Id-Danimarka | | Il-Ġermanja | 513 | Il-Greċja | | L-Ispanja | 1574 | Franza | 221 | L-Irlanda | | L-Italja | | Il-Lussemburgu | | L-Olanda | | Il-Portugall | 2155 | Ir-Renju Unit | 1022 | Disponibbli għall-Istati Membri | | KE totali | 5485 | --------------------------------------------------