EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R0655

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) nru 655/94 ta' l-24 ta' Marzu 1994. li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għar-rigward id-dokument amministrattiv uniku u l-kodiċi li għandhom jintużaw

ĠU L 82, 25.3.1994, p. 15–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32003R2286

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/655/oj

31994R0655



Official Journal L 082 , 25/03/1994 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0103
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0103


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) nru 655/94

ta' l-24 ta' Marzu 1994.

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għar-rigward id-dokument amministrattiv uniku u l-kodiċi li għandhom jintużaw

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [2], emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3665/93 [3], stabbilixxa l-formoli li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjoni tad-dwana;

Billi operazzjonijiet li saru taħt l-arranġamenti ta' pproċessar ekonomiku għal barra għall-tessuti għandhom ikunu identifikati b'mod ċar fuq id-dikjarazzjonijiet tad-dwana;

Billi l-miżuri mogħtija f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hu emendat b'mod konformi ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil — Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-24 ta' Marzu 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[3] ĠU L 335, tal-31.12.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hu b'dan emendat kif ġej:

- it-test li jirreferi għall-Kodiċi 21 u 22 fit-taqsima dwar Kaxxa 37 għandu jaqra kif ġej:

"21. Esportazzjoni temporanja taħt il-proċedura ta' ipproċessar għal barra tad-dwana [1] minbarra dik imsemmija taħt il-Kodiċi 25.

22. Esportazzjoni temporanja u proċedura ta' pproċessar għal barra minbarra dawk imsemmija taħt il-Kodiċi 21 jew il-Kodiċi 25."

- Il-Kodiċi segwenti hu mdaħħal fit-taqsima li għandha x'taqsam ma Kaxxa 37:

"25. Esportazzjoni temporanja fil-każijiet kollha fejn l-arranġamenti għall-ippoċessar ekonomiku għal barra għall-tessuti stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 636/82 tkun applikabbli."

[1] L-Artikolu 145(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92

--------------------------------------------------

Top