Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0001

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE tas-6 ta’ Jannar 1994 li tadotta ċerti teknikalitajiet tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-aerosol dispensers

    ĠU L 23, 28.1.1994, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/1/oj

    31994L0001



    Official Journal L 023 , 28/01/1994 P. 0028 - 0029
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0242
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0242


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE

    tas-6 ta’ Jannar 1994

    li tadotta ċerti teknikalitajiet tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-aerosol dispensers

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-aerosol dispensers [1], kif l-aħħar emendati permezz ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 (3) tiegħu,

    Billi l-klawsola ta’ sigurtà li tinsab fl-Artikolu 10 tad-Diretttiva 75/324/KEE ġiet applikata minn Stat Membru wieħed;

    Billi l-miżuri ta’ sigurtà adottati huma ġustifikati in vista tar-riskji assoċjati mal-użu miżjud f’aerosol dispensers ta’ propellants li jistgħu jaqbdu f’malajr ħafna bħala sostituti għal chlorofluorocarbons (CFCs);

    Billi ċerti sustanzi u/jew preparazzjonijiet li jinsabu f’ċerti aerosol dispensers jistgħu jaqbdu malajr;

    Billi d-dispożizzjonijiet preżentement fis-seħħ mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu ċerti aerosol dispensers milli jikkostitwixxu riskju għas-sigurtà; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom għalhekk ikunu adattati;

    Billi ċerti aerosol dispensers, filwaqt li għandhom sustanzi li jaqbdu u/jew preparamenti, ma jippreżentawx riskju ta’ ħruq, billi deroga minn ċerti ħtiġijiet ta’ tikkettjar għandha għalhekk tingħata;

    Billi d-dispożizzjonijiet li jinsabu f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat dwar l-adozzjoni ta’ progress tekniku,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Direttiva 75/324/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 8(1)(d) jinbidel b’dan li ġej:

    "(d) id-dettalji msemmija fil-punti 2.2 u 2.3 tal-Anness;"

    2. Dan l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 9:

    "Artikolu 9a

    Meta l-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ aerosol dispensers ikollha fil-pussess tagħha riżultati ta’ test jew xi data oħra li turi li għalkemm dawk l-aerosol dispensers għandhom kontenut li jaqbad dawn ma jippreżentawx xi riskju li jaqbdu taħt kundizzjonijiet ta’ użu normali jew li jistgħu jkunu mbassra b’mod raġonevoli, din tista’ fir-responsabbiltà personali tagħha tiddeċiedi li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tal-punti 2.2 (b) u 2.3 (b) tal-Anness.

    Din għandha tagħmel kopja ta’ dawk id-dokumenti disponibbli lill-Istati Membri.

    F’dak il-każ il-kwantità ta’ materjal li jaqbad li jinsab fl-aerosol dispenser għandha tkun iddikjarata b’mod ċar fuq it-tikketta, fil-forma tal-kliem li ġejjin b’mod leġibbli u li ma jitħassarx: "X % tal-massa tal-kontenut jista jaqbad"."

    3. L-Anness hu emendat kif muri fl-Anness ta’ hawnhekk.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ottubru 1994. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    Dawn għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 1995.

    2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Jannar 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    (a)(b) L-Anness tad-Direttiva 75/324/KEE hu emendat kif ġej:

    Punt 1.8 hu sostitwit b’dan li ġej:

    "1.8. Kontenut li jaqbad

    "Kontenut li jaqbad" tfisser is-sustanzi u preparazzjonijiet li jikkorrispondu mal-kriterji stabbiliti għall-kategoriji "jista’ jaqbad malajr ħafna", "jaqbad malajr" u "jista’ jaqbad" u elenkati fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.

    Il-flammabilità u l-punt meta jaqbad tal-kontenut tal-kontenitur għandhom ikunu stabbiliti bl-użu ta’ metodi speċifiċi kif deskritt fil-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva hawn fuq imsemmija."

    Punt 2.2 hu sostitwit b’dan li ġej:

    "2.2. Tikkettjar

    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva li tirreferi għall-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u it-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, b’mod partikolari għar-rigward ta’ periklu għas-saħħa u/jew l-ambjent, kull aerosol dispenser għandu juri b’mod viżibbli l-marki li ġejjin b’mod leġibbli u li ma jitħassarx:

    (a) Ikun xi jkun il-kontenut tiegħu: "Kontenitur taħt pressjoni: ipproteġi mid-dawl tax-xemx u tesponix għal temperatura li teċċedi l-50 °C. Ittaqqabx u taħraqx, anke wara li tkun użajtu.".;

    (b) Meta l-kontenut ikun jista jaqbad skond it-tifsira tal-punt 1.8: is-simbolu tal-fjamma fejn xieraq, l-indikazzjoni li s-sustanzi u/jew preparazzjonijiet li jinsabu fl-aerosol dispenser, inkluż il-propellant jistgħu jaqbdu u l-frażijiet ta’ riskju rilevanti stabbiliti b’mod konformi mal-kriterji fil-punti 2.2.3, 2.2.4 jew 2.2.5 tal-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE u, għar-rigward is-simbolu tal-fjamma u l-indikazzjoni ta’ periklu, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tad-Direttiva hawn fuq imsemmija.

    2.3. Dikjarazzjonijiet speċjali dwar l-użu

    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva li tirreferi għall-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, b’mod partikolari għar-rigward ta’ periklu għas-saħħa u/jew l-ambjent, kull aerosol dispenser għandu juri b’mod viżibbli l-kliem li ġejjin b’mod leġibbli u li ma jitħassarx:

    (a) Ikun xi jkun il-kontenut tiegħu: il-prekawzjonijiet addizzjonali ta’ operazzjoni li jwissu lill-konsumaturi għall-perikli speċifiċi tal-prodott;

    (b) Meta l-kontenut ikun jista jaqbad it-twissijiet li ġejjin:

    - "Tissprejjax fuq il-fjamma jew fuq xi materjal inkandexxenti.".

    - "Żomm ‘il bogħod minn sorsi li jistgħu jieħdu n-nar – Tpejjipx.".

    - "Żomm ‘il bogħod minn fejn jintlaħaq mit-tfal"..".

    --------------------------------------------------

    Top