Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0822

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1994 Dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Affrika t'Isfel

ĠU L 341, 30.12.1994, p. 61–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/822/oj

Related international agreement

31994D0822



Official Journal L 341 , 30/12/1994 P. 0061 - 0061
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 34 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 34 P. 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1994

Dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Affrika t'Isfel

(94/822/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130y, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-linji ta' gwida ġenerali maħruġa mill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Ottubru 1993, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1993 dwar l-iżvilupp ta' kooperazzjoni fil-futur ma' l-Affrika t'Isfel u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/678/CFSP tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar sostenn għat-transizzjoni għal Affrika t'Isfel demokratika u multi-razzjali [2] jiddisponu għall-ħolqien ta' qafas xieraq biex jikkonsolida s-sisien ekonomiċi u soċjali ta' din it-transizzjoni;

Billi fil-laqa' tiegħu tat-18 u d-19 ta' April 1994 il-Kunsill iddeċieda li jadotta pakkett ta' miżuri għall-Affrika t'Isfel, inkluża offerta li jiġi konkluż ftehim malajr;

Billi l-Komunità għandha tapprova, għall-kisba ta' l-għanijiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet barranin, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni negozjat ma' l-Affrika t'Isfel,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Affrika t'Isfel hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

[1] Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 1994 (għad mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 316, tas-17.12.1993, p. 45.

--------------------------------------------------

Top