This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0442
94/442/EC: Commission Decision of 1 July 1994 setting up a conciliation procedure in the context of the clearance of the accounts of the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF) Guarantee Section
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Lulju 1994 li tistabbilixxi proċedura ta' konċiljazzjoni fil-kuntest tal-kjariment tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) Sezzjoni ta' Garanzija
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Lulju 1994 li tistabbilixxi proċedura ta' konċiljazzjoni fil-kuntest tal-kjariment tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) Sezzjoni ta' Garanzija
ĠU L 182, 16.7.1994, p. 45–47
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2006; Imħassar b' 32006R0885
Official Journal L 182 , 16/07/1994 P. 0045 - 0047
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0078
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0078
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Lulju 1994 li tistabbilixxi proċedura ta' konċiljazzjoni fil-kuntest tal-kjariment tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF) Sezzjoni ta' Garanzija (94/442/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-regolament (KEE) Nru 729/70 tal-Kunsill tal-21 ta' April 1970 fuq il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], kif l-aħħar emendata minn Regolament (KEE) Nru. 2048/88 [2], u b' mod partikolari l-politika agrikola komuni (1) kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KEE) Nru. 2048/88 (2), u b' mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha, Billi huwa maħsub li jkunu irriformati l-proċeduri ta' kjariment għall-kontijiet tas-Sezzjoni ta' Garanzija FAEGG u li tkun sottomessa lill-Kunsill proposta għal ċertu emendi lil Regolament (KEE) Nru. 729/70 billi, b' mod partikolari, qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni mill-Kummissjoni biex tirrifjuta finanzjament mill-Komunita ta' spiża maħruġa mill-Istat Membru, ż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jikkonċiljaw il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom; Billi r-regoli viġenti dwar il-kjariment tal-kontijiet ma jwaqqfux il-Kummissjoni milli twaqqaf makkinarju ta' konċiljazzjoni; billi l-korp ta' konċiljazzjoni għalhekk suppost ikun imwaqqaf sabiex tkun permessa r-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' Stat Membru meta dawn ma jaqblux, u r-regoli iddettaljati li jiggvernaw l-operazzjoni tiegħu għandhom ikunu stabbiliti; Billi l-Kumitat tal-Fond gie mogħti opinjoni favorevoli fuq il-miżuri proposti fid-Deċiżjoni tiegħu, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Għall-iskopijiet tal-kjariment tal-kontijiet tas-Sezzjoni ta' Garanzija EAGGF, il-Korp ta' Konċiljazzjoni 'il quddiem imsejjaħ bħala "Korp", qiegħed jiġi mwaqqaf fil-Kummissjoni. Il-kompiti tiegħu ser ikunu: (a) li jeżamina kwalunkwe affari rreferuta lilu minn Stat Membru li, wara l-ispezzjonijiet konformi ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru. 729/70 u d-diskussjoni bilaterali tas-sejbiet ta' tali ispezzjonijiet, jirċievi notifiki formali mid-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni, b' referenza għal din id-Deċiżjoni, tal-konklużjoni li ċertu affarijiet ta' spejjeż sostnuti minn dak l-Istat Membru mhumiex ser jiġu indikati lis-Sezzjoni ta' Garanzija EAGGF, (b) biex jipprova jikkonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernati, u (ċ) fl-aħħar ta' l-investigazzjonijiet tiegħu, li jfassal rapport fuq il-konklużjoni ta' l-isforzi tiegħu u rikonċiljazzjoni, jagħmel kwalunkwe rimarki li jidhirlu xierqa jekk kollox jew ftit mill-punti tad-diżgwid jibqgħu mhux solvuti. 2. Għall-iskopijiet ta' l-istadji sussegwenti tal-proċedura ta' kjariment tal-kontijiet: (a) il-pożizzjoni tal-Korp ser tkun mingħajr preġudizzju lid-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni fuq il-kjariment tal-kontijiet u mhux ser teffettwa d-drittijiet ta' l-Istati Membri li jistitwixxu proċedimenti taħt l-Artikolu 173 tat-Trattat; (b) il-fatt li ma tkunx referita affari lill-Korp m' għandhiex ser tkun ta' preġudizzju lil Stat Membru li jirċievi notifika mill-Kummissjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' paragrafu 1 (a). Artikolu 2 1. Stat Membru jrid jirreferi affari lill-Korp fi żmien tletin ġurnata xogħol mill-irċevuta tan- notifika kif irreferuta f' l-Artikolu 1(1)(a), billi jibgħat rikjesta raġjonevoli għall-konċiljazzjoni lis-segretarjat tal-Korp ta' Konċiljazzjoni, l-indirizz ta' liema ser tikun innotifikat lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat EAGGF. 2. Rikjesta għall-konċiljazzjoni hija ammissibbli biss fejn il-bidla finanzjarja rakkomandata mill-Kummissjoni b' rispett tat-titolu ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq: jew, - teċċedi ECU 0, 5 miljun; jew - tirrappreżenta aktar minn 25 % ta' l-ispiża annwali ta' dak l-Istat Membru taħt it-titolu ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq. Barra minn hekk, matul id-diskussjonijiet bilaterali li għalihom hemm referenza f' l-Artikolu 1(1)(a), l-Istat Membru jiddikjara u jipprova li l-affari hi waħda ta' prinċipju li għandha x' taqsam ma' l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunita, il-President tal-korp jista' jiddikjara rikjesta għall-konċiljazzjoni sabiex tkun ammissibbli. 3. Is-Segretarjat tal-Korp ser jagħraf l-irċevuta tar-rikjesta għall-konċiljazzjoni. 4. Il-Korp ser iwettaq l-investigazzjonijiet l-aktar informalment u b' mod ta' malajr possibbli, billi jibbaża lilu nnifsu fuq evidenza fid-dossjer u fuq is-smiegħ ġust tal-personal tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Fl-aħħar ta' l-investigazzjonijiet tiegħu hu ser jibgħatilhom rapport li għalih hemm referenza f' l-Artikolu 1(1)(ċ). 5. Fejn, fi żmien erba xhur minn meta każ ikun irreferut lilu, l-Korp ifalli milli jirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Istat Membru, l-proċedura ta' konċiljazzjoni hi meqjusa li tkun falliet. Ir-rapport li għalih hemm referenza f' l-Artikolu 1(1)(ċ) għandu jiddikjara r-raġunijiet għalfejn il-pożizzjonijiet ma setgħux jiġu ikkonċiljati. 6. Ir-rapport imfassal fiż- żmien stipulat ser ikun mibgħut: - lill-Istat Membru li rrefera l-affari lill-Korp; - lill-Istati Membri l-oħra fl-ambitu tal-Kumitat EAGGF; u - lill-Kummissjoni fejn id-deċiżjoni tal-kjariment tal-kontijiet tkun ġiet proposta. Artikolu 3 1. Il-Korp ser ikun magħmul minn 5 membr magħżula minn fost persuni imminenti li joffru kull garanzija ta' indipendenza u bi kwalifiki għoljin f' affarijiet tas-Sezzjoni tal-garanzija EAGGF. Iridu jkunu nazzjonali ta' Stati Membri differenti. Il-President u l-membri ser ikunu appuntati mill-Kummissjoni wara li l-affari tkun ġiet irreferuta lill-Kumitat EAGGF taħt l-Artikolu 14(1)(a) ta' Regolament (KEE) Nru 729/70. Bl-istess proċedura, l-Kummissjoni ser tapponta membri sostituti li jissodisfaw il-kriterji li għalihom hemm referenza fl-ewwel subparagrafu, u li jistgħu jiġu msejħa fl-ordni elenkata mill-Kummissjoni. L-ismijiet tal-President, il-membri u l-membri sostituti għandhom ikunu ippublikati fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. Il-membri tal-Korp ser ikunu mħallsa billi tingħata kunsiderazzjoni lill-kumplessità tad-domandi li l-aktar għandhom ċans li jiġu mqajma u għaż-żmien li fih huma għandhom ikunu rikjesti li jiddedikaw lill-kompitu. 3. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Korp għandu jkun ta'tlett snin. Dan il-perijodu jista' jiġi mġedded. Wara l-iskadenza tal-perijodu ta' tlett snin, il-membri tal-Korp għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm ikunu rrimpjazzati jew sakemm il-kariga tagħhom tkun imġedda. 4. Qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' tlett snin, il-kariga ta' l-uffiċċju tista' tkun imwaqqfa bħala riżultat ta' riżenja volontarja jew sfurzata, jew mewt. F tali każijiet is-sostitut għandu jkun maħtur għall-bqija tat-tul mill-ewwel membru sostitut disponibbli. Il-membru li ma jibqax aktar jissodisfa l-kondizzjonijiet rikjesti biex jissodisfa d-doveri tiegħu fil-Korp jew li jikkommetti offiża serji jew li, għal kwalunkwe raġuni, jiddikjara li mhux disposibbli għall-perijodu mhux iddeterminati jista' jkun irtirat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mill-Kumitat EAGGF. 5. Jekk membru jiddikjara lilu nnifsu mhux disponibbli għal perijodu iddikjarat, il-President jista' jiddeċiedi li jkun irrimpjazzat għal dak il-perijodu minn membru sostitut. Artikolu 4 1. Il-Korp għandu jiltaqa' fil-kwartieri tal-Kummissjoni. Fl-assenza tiegħu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4), l-aktar membru anzjan għandu jissostitwih. Is-segretarjat tal-Korp għandu jkun ipprovdut mill-personal tal-Kummissjoni. 2. L-ebda membru ma jista'jieħu sehem fix- xogħol tal-Korp jew jiffirma rapport jekk, f'xi kariga preċedenti hu kien involut personalment fl-affari inkwestjoni. 3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, rapporti jistgħu ikunu adottati b' aġġoranza assoluta jew membri preżenti, l-kworum ikun ta' tlieta. Ir-rapporti ser ikunu iffirmati mill-President u l-membri li ħadu sehem fid-deliberazzjonijiet. Għandhom ikunu rreġistrati mis-segretarjat. Artikolu 5 1. Il-membri tal-Korp għandhom iwettqu d-doveri tagħhom b' mod indipendenti, mingħajr ma' jfittxu jew jaċċettaw istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew korp. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 214 tat-Trattat, il-membri tal-Korp ma jistgħux jikxfu kwalunkwe informazzjoni akkwistata minnhom fil-kors tax-xogħol tagħhom għall-Korp. Tali informazzjoni hi kunfidenzjali u koperta mill-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fl-1 ta' Lulju 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. [2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1. --------------------------------------------------