Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0438

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Gunju 1994 li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' pajjiiżi terzi u partijiet minnhom rigward l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' laħam tat-tjur u li temenda d-Deċiżjoni 93/342/KEE

    ĠU L 181, 15.7.1994, p. 35–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R0798

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/438/oj

    31994D0438



    Official Journal L 181 , 15/07/1994 P. 0035 - 0039
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0069
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0069


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-7 ta' Gunju 1994

    li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' pajjiiżi terzi u partijiet minnhom rigward l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' laħam tat-tjur u li temenda d-Deċiżjoni 93/342/KEE

    (94/438/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 fuq il-kundizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunit minn pajjiżi terzi tat- tjur u l-bajd li jkun wasal biex ifaqqas [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 93/120/KE [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 22(2) u (3) taghha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 fuq il-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunita minn pajjiżi terzi tal-laħam tat-tjur frisk [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 93/121/KE [4], u b'mod partikulari l-Artikolu 10(2) u (3) taghha,

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE [5], li stabbiliet il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle fir-rigward ta' l-importazzjoni tat-tjur ħajjin, il-bajd li jkun wasal biex ifaqqas u l-laħam tat-tjur frisk, ikkunsidrat l-istandards stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE [6] u 92/66/KEE [7];

    Billi, skond id-Direttiva 93/121/KE, l-istandards internazzjonali fuq l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle huma applikati għall-importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur frisk;

    Billi, għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti kriterji ġodda għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur frisk, u d-Deċiżjoni 93/342/KEE għandha tiġi emendata sabiex tirrestrinġi l-applikazzjoni tagħha għall-importazzjonijiet tat-tjur ħajjin u l-bajd li jkun wasal biex ifaqqas;

    Billi hemm bżonn li jiġu preskritti l-kundizzjonijiet li jippermettu r-reġjonalizzazjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle;

    Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

    (a) "parti mit-territorju" tfisser parti minn pajjiż terz ta' daqs suffiċjenti, li jkun ġeografikament u amministrattivament definit tajjeb, wara li jittieħed kont tas-sitwazzjoni epiżotioloġika;

    (b) "il-vaċċinazzjoni f'każ ta' emerġenza" tfisser vaċċinazzjoni u¿ata bħala mezz ta' kontroll tal-marda wara li tkun faqqgħet darba jew aktar u mwettqa:

    (i) kontra l-influwenza ta' l-għasafar bl-użu ta' kull vaċċin li jkun fih il-virus ta' l-influwenza ta' l-ghasafar ta' l-istess sottotipi bħal dawk li għalihom il-viruses patoġeniċi ħafna huma magħrufa li jeżistu (fil-mument ta' l-addozzjoni, sottotipi H5 u H7);

    (ii) kontra l-marda ta' Newcastle bl-użu ta' vaċċini preparati minn żerriegħa master tal-virus tal-marda ta' Newcastle li turi patoġeniċità ogħla mill-istrains lentoġeniċi tal-virus;

    (ċ) "il-politika ta' qtil għall-finijiet ta' sanità" tfisser l-applikazzjoni, fil-każ ta' tifqiegħa ta' influwenza ta' l-għasafar jew il-marda ta' Newcastle tal-miżuri li jinsabu fl-Anness Ċ mad-Deċiżjoni 93/342/KEE;

    (d) "qatgħat kummerċjali" tfisser kull qatgħa li tikkonsisti f'mill-anqas 200 għasfur u kull qatgħa oħra li minnhom il-laħam tat-tjur jista' jiġi esportat lejn il-Komunità.

    Artikolu 2

    Pajji¿ terz jiġi kklassifikat bħala ħieles mill-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle jekk iħares mill-anqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) għandu jkollu struttura ta' saħħa ta' l-annimali ġenerali li tippermetti monitoraġġ xieraq tal-qatgħat tat-tjur;

    (b) għandu jkollu leġislazzjoni li tagħmel l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle, definiti mhux anqas strettament mill-pesta tat-tjur (l-influwenza ta' l-għasafar) u l-marda ta' Newcastle fil-Kodiċi — oosanitarju tal-Office international des epizooties, il-mard notifikabbli għall-ispeċi kollha ta' tjur u għasafar mi¿muma fil-magħluq fil-pajjiż kollhu;

    (ċ) irid jobliga ruħu li jeżamina mill-qrib it-tifqiegħa suspettata ta' dawn il-mardiet;

    (d) għandu jissottometti kampjun ta' kull virus ta' l-influwenza ta' l-għasafar jew paramiksovirus misjub fit-tifqiegħa suspettata għall-ittestjar speċifiku fil-laboratorju;

    (e) għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu wisa' fil-laboratorji uffiċjali tiegħu jew ikollu arranġamenti ma' laboratorji nazzjonali oħra għall-itestjar bla dewmien;

    (f) għandu jibgħat elenku ta' dawn il-laboratorji, kif ukoll deskrizzjoni tal-metodi użati għad-djanjosi u l-pathotyping ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle lill-Kummissjoni u jippermetti il-kontroll tagħhom minn esperti mill-Komunità;

    (g) għall-kull tifqiegħa inizzjali għandu jibgħat isolati tal-virus lill-laboratorju ta' riferenza KE f' Weybridge (Addlestone, ir-Renju Unit);

    (h) għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, sa 24 siegħa wara l-konferma, tat-tifqiegħa inizzjali f'kull waħda mill-partijiet tat-territorju tiegħu li qabel kienu ħielsa;

    (i) għandu jibgħat lill-Kummissjoni, mill-anqas kull xhar fil-każ ta' tifqiegħa sussegwenti fl-istess parti tat-territorju, rapport fuq is-sitwazzjoni tal-marda;

    (j) fil-każijiet fejn il-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza ta' l-għasafar u/jew il-marda ta' Newcastle ma' tkunx projbita, l-importazzjoni, il-produzzjoni, l-ittesjar u d-distribuzzjoni tal-gruppi kollha ta' dawn il-vaċċini għandhom ikunu uffiċjalment ikkontrollati; dan jimplika reġistrazzjoni li għaliha l-awtoritajiet kompetenti għandhom joqgħodu fuq faxxikolu komplet li jkun fih data fuq l-effettività u l-innokwità; għall-vaċċini impurtati l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joqgħodu fuq data ikkontrollata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-vaċċin ikun ġie prodott, kull meta dawn il-kontrolli jkunu twettqu b'mod konformi ma' l-istandards aċċettati internazzjonalment;

    (k) għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-karatteristiċi ta' kull strain użat fil-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-influwenza ta' l-għasafar jew il-marda ta' Newcastle.

    Artikolu 3

    1. Mingħajr preġudizzju għar-rekwi¿iti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, pajjiż terz huwa klassifikat bħala ħieles mill-influwenza ta' l-għasafar jekk:

    (a) l-ebda tifqiegħa ta' dik il-marda tkun ġrat fit-tjur fuq it-territorju tiegħu għal mill-anqas 36 xahar;

    u

    (b) l-ebda vaċċinazzjoni kontra l-viruses tal- influwenza ta' l-għasafar tal-istess sottotipi bħal dawk li għalihom il-viri patoġeniċi ħafna huma magħrufa li jeżistu (attwalment, is-sottotipi H5 u H7) ma ġew mogħtija għal mill-anqas 12 il-xahar.

    2. Fejn politika ta' qtil sanitarju tkun prattikata sabiex tiġi kkontrollata l-marda u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1 (b), il-perjodu ta' 36 xahar msemmi fil-paragrafu 1 (a) huwa mnaqqas għal:

    (a) sitt xhur jekk l-ebda vaċċinazzjoni ta' emerġenza ma' tkun ġiet mogħtija;

    (b) 12 il-xahar jekk vaċċinazzjoni ta' emerġenza tkun twettqet, jekk kemm-il darba li mill-anqas 12 il-xahar ikunu għaddew wara t-tmiem uffiċjali ta' din il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza.

    Artikolu 4

    1. Mingħajr preġudizzju għar-rekwi¿iti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, pajjiż terz huwa klassifikat bħala ħieles mill-marda ta' Newcastle għall-ewwel darba jekk:

    (a) l-ebda tifqiegħa tal-marda ma' tkunu ġrat fit-tjur fuq it-territorju tiegħu għal mill-anqas 36 xahar;

    u

    (b) l-ebda vaċċinazzjonijiet kontra l-marda ta' Newcastle bl-użu ta' vaċċini preparati minn żerriegħa tal-master tal-virus tal-marda ta' Newcastle li turi patoġeniċità ogħla mill-istrains lentoġeniċi tal-virus ma jkunu twettqu għal mill-anqas 12 il-xahar.

    2. fejn il-politika ta' qtil sanitarju tkun prattikata sabiex tiġi kkontrollata l-marda, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1 (b), il-perjodu ta' 36 xahar msemmi fil-paragrafu 1 (a) huwa mnaqqas għal:

    (a) sitt xhur jekk l-ebda vaċċinazzjoni ta' emerġenza ma' tkun twettqet;

    (b) 12 il-xahar jekk il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tkun twettqet, jekk kemm-il darba mill-anqas 12 il-xahar ikunu għaddew wara t-tmiem uffiċjali ta' din il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza.

    3. Bħala deroga mill-paragrafi 1 (a) u 2 (a), pajji¿ terz huwa klassifikat bħala ħieles mill-marda ta' Newcastle jekk il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jintlaħqu fil-każ ta' qatgħat kummerċjali jew jekk jippermetti l-u¿u ta' vaċċini preparati minn ¿erriegħa tal-master tal-virus tal-marda ta' Newcastle li turi patoġeniċita aktar għolja mill-istrejns lentoġeniċi tal-virus.

    F'dan il-każ il-pajjiż terz konċernat ikun awtorizzat li jibgħat laħam tat-tjur frisk lill- Komunità jekk il-garanziji addizzjonali stabbiliti fl-Anness jkunu inklużi fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali li jkun inkluż.

    Artikolu 5

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/494/KEE u ta' l-Artikoli 3 u 4 japplikaw mutatis mutandis għall-partijiet tat-territorju li jkunu jħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fihom, jekk kemm-il darba jkunu ingħataw garanziji sodisfaċenti fir-rigward ta':

    - ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment f'dak li għandu x'jaqsam ma' partijiet oħra mit-territorju li ma jkunux ħielsa mill-influwenza ta' l-għasafar u/jew il-marda ta' Newcastle,

    - analiżi seroloġika fejn ikun hemm bżonn,

    - mi¿uri oħra possibli.

    Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 93/342/KEE hija emendata kif ġej:

    1. it-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Deċi¿joni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 1993 li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' tjur ħajjin u bajd li jkun wasal biex ifaqqas";

    2. L-Artikolu 1(f) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "(f) "Parti mit-territorju"; tfisser parti minn pajji¿ terz ta' daqs biżżejjed, li jkun definit tajjeb ġeografikament jew amministrattivament, wara li tiġi ikkunsidrata s-sitwazzjoni epiżootioloġika.";

    3. fl-Artikolu 2, il-punti (f) sa (i) huma mibdul b'dan li ġej:

    "(f) għandu jibgħat elenku ta' dawn il-laboratorji, kif ukoll deskrizzjoni tal-metodi użati għad-dijanjosi u l-pathotyping ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle lill-Kummissjoni u jippermetti l-kontroll tagħhom minn esperti mill-Komunità;

    (g) għal kull tifqiegħa ewlenija għandu jibgħat kampjuni iżolati tal-virus lill-laboratorju ta' rifernza tal-KE f'Weybridge (Addlestone, ir-Renju Unit);

    (h) għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, fi żmien 24 siegħa wara l-konferma tat-tifqiegħa, tal-bidu f'kull parti tat-territorju tiegħu li qabel kienu ħielsa;

    (i) għandu jibgħat lill-Kummissjoni, mill-anqas kull xahar fil-każ ta' tifqiegħa sussegwenti fl-istess parti tat-territorju, rapport fuq is-sitwazzjoni tal-marda;"

    4. L-Artikolu 4(3) huwa mħassar;

    5. fit-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 4(4), "jew il-laħam tat-tjur frisk" u "jew l-Anness F" huma mħassra;

    6. L-Artikolu 4a ġdid huwa mdaħħal:

    "Artikolu 4a

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 90/539/KEE u tal-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni japplikaw mutatis mutandis għall-partijiet mit-territorju li jħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fihom, jekk kemm-il darba jkunu ngħataw garanziji soddisfaċenti f'dak li għandu x' jaqsam ma':

    - ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment rigward partijiet oħra tat-territorju li m'humiex ħielsa mill- influwenza ta' l-għasafar u/jew il-marda ta' Newcastle,

    - analiżi seroloġika meta jkun hemm bżonn,

    - mi¿uri oħra possibli.";

    7. L-Annessi D u F huma mħassra;

    8. L-Anness E huwa mibdul b'dan li ġej:

    "

    L-ANNESS E

    GARANZIJI ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI TAT-TJUR ĦAJJIN JEW TAL-BAJD LI JKUN WASAL BIEX IFAQQAS FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI FEJN JAPPLIKA L-ARTIKOLU 4(4) TAD-DEĊIŻJONI 93/342/KEE

    Għalkemm l-użu tal-vaċċini kontra l-marda ta' Newcastle li ma jissodisfawx il-kriterji speċifiċi ta' l-Anness B, titlu 2 tad-Deċiżjoni 93/342/KEE m'huwiex projbit fi … [1],:

    - it-tjur ħajjin [2],

    - it-trobbija tat-tjur li minnhom il-bajd li jkun wasal biex ifaqqas [3] il-flieles ta' jum [4] jinġiebu:

    (a) ma' jkunux ġew vaċċinati għal mill-anqas 12 il-xahar b'vaċċini ta' dan it-tip;

    u

    (b) joriġinaw minn qatgħa li tkun ġiet sottoposta għal, mhux qabel 14 il-jum qabel il-kunsinna jew il-ġabra tal-bajd li jkun wasal biex ifaqqas, fuq il-bażi ta' kampjun kif ġie ġie meħuda mill-qatgħa ta' mill-anqas 60 għasfur minn kull qatgħa konċernata, test li jiżola l-virus għall-marda ta' Newcastle, mwettaq f' laboratorju uffiċjali, li fih ma jkun instab l-ebda paramissoviruses ta' l-għasafar b' indiċi ta' patoġeniċità Intraċerebrali (IPIĊ) ta' aktar minn 0,4;

    u

    (ċ) ma jkunux ġew f'kuntatt matul l-aħħar 60 jum qabel il-kunsinna jew il-ġabra tal-bajd li jkun wasal biex ifaqqas, ma' tjur li ma' jissodisfawx il-garanziji msemmija rispettivament taħt (a) u (b);

    u

    (d) jkunu ġew iżolati taħt sorveljanza uffiċjali fir-razzett minn fejn ikun ġew matul il-perjodu ta' 14 il-jum imsemmi f' (b);

    u

    meta jkun jikkonċerna l-esportazzjoni ta' flieles li jkollhom jum, il-bajd li jkun wasal biex ifaqqas li minnu jkun faqqas ma jkunux ġew f'kuntatt fil-maqfas jew matul it-trasport ma' bajd jew tjur li ma jkunux jissodisfaw il-garanziji msemmija hawn fuq.

    "

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 1994.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fis-7 ta' Ġunju 1994.

    F'isem il-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kumissjoni

    [1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

    [2] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 35.

    [3] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 35

    [4] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 39.

    [5] ĠU L 137, tat-8.6.1993, p. 24.

    [6] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1.

    [7] ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1.

    [1] L-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini.

    [2] Ħassar fejn ma' jkunx jgħodd'

    [3] Ħassar fejn ma' jkunx jgħodd'

    [4] Ħassar fejn ma' jkunx jgħodd'

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-GARANZIJI ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT TA' SAĦĦA TA' L-ANNIMALI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAT-TJUR FRISK FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI FEJN L-ARTIKOLU 4(3) TAD-DEĊIŻJONI 94/438/KE JAPPLIKA

    Il-qtil kummerċjali tal-qatgħat ta' tjur li minnu l-laħam ikun inħareġ:

    (a) ma' ġietx Imlaqqma b' vaċċini ippreparati minn żerriegħa tal-master tal-virus tal-marda ta' Newcastle li turi patoġeniċità ogħla mill-istrains lentoġeniċi tal-virus;

    u

    (b) tkun ġiet sottoposta fil-qtil, fuq il-bażi ta' kampjun kif ġie ġie meħud mill-kloaka ta' mill-anqas 60 għasfur minn kull qatgħa konċernata, għal test li jiżola l-virus għall-marda ta' Newcastle, mwettaq fil-laboratorju uffiċjali, li fih l-ebda paramyxoviruses ta' l-għasafar b'indiċi ta' Patoġeniċità Intraċerebrali ta' (IPIC) ta' aktar minn 0,4 ma' jkunu nstabu;

    u

    (ċ) ma' jkunux ġew f'kuntatt matul il-perjodu ta' 30 jum qabel il-qatla ma' tjur li ma jkunux jissodisfaw il-garanziji msemmija taħt (a) u (b).

    --------------------------------------------------

    Top