EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3604

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3604/93 tat-13 Diċembru 1993 li jispeċifika definizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta' aċċess privileġġjat msemmija fl-Artikolu 104a tat-Trattat

ĠU L 332, 31.12.1993, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3604/oj

31993R3604



Official Journal L 332 , 31/12/1993 P. 0004 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3604/93

tat-13 Diċembru 1993

li jispeċifika definizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta' aċċess privileġġjat msemmija fl-Artikolu 104a tat-Trattat

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 104a (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1],

B'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-projbizzjoni ta' aċċess privileġġjat għal istituzzjonijiet finanzjarji, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 104a tat-Trattat, jifforma element meħtieġ għas-sottomissjoni mis-settur pubbliku fl-operati tiegħu ta' finanzjament għad-dixxiplina tal-mekkaniżmu tas-suq u għalhekk jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dixxiplina fl-estimi; billi, iktar ukoll, tpoġġi l-Istati Membri fuq livell wieħed f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess tas-settur pubbliku għal istituzzjonijiet finanzjarji;

Billi l-Kunsill ikollu jispeċifika definizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' din il-projbizzjoni;

Billi l-Istati Membri u l-Komunità iridu jaġixxu b'konsiderzzjoni xierqa għall-prinċipju ta' ekonomija ta' suq miftuħ li fih ikun hemm kompetizzjoni ħielsa;

Billi, partikolarment, dan ir-Regolament ma jistax jaffettwa l-metodi għall-organizzazzjoni tas-swieq li jimxu fuq dan il-prinċipju;

Billi dan ir-Regolament ma jfittixx li jindaħal f'xi operat ta' instituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi li jimxu fuq l-istess prinċipju;

Billi l-Artikolu 104a tat-Trattat jipprojbixxi miżuri li jistabbilixxu aċċess privileġġjat; billi t-tipi ta' azzjonjiet interessati b'din il-projbizzjoni għanhom ikunu speċifikati; billi l-irbit magħmul liberament minn istituzzjonijiet finanzjarji fil-kwadru ta' relazzjonijiet kontrattwali mingħajr mistoqsija ma jistax jiġi affettwat;

Billi iżda l-istess Artikolu jipprovdi li konsiderazzjonijiet magħmula bil-għaqal jistgħu jiġġustifikaw tbegħid mill-prinċipju ta' din il-projbizzjoni; billi l-liġijiet, ir-regolamenti jew azzjonijiet amministrattivi ma jistgħux, madankollu, taħt il-pretest ta' konsiderazzjoni magħmula bil-għaqal, jiġu wżati biex iwaqqfu aċċess moħbi għall-privileġġi;

Billi l-impriżi pubbliċi huma koperti bl-istess projbizzjoni; billi huma definiti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 Ġunju 1980 dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi [3];

Billi, għal raġunijiet ta' politka monetarja, istituzzjonijiet finanzjarji u, partikolarment, istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jkunu mġiegħla li jżommu pretensjonijiet kontra l-Bank Ċentrali Ewropew u/jew banek ċentrali nazzjonali;

Billi l-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ma jistgħux, bħala awtoritajiet pubbliċi, jieħdu miżuri li jistabilixxu aċċess privileġġjat; billi r-regoli dwar il-mobilizzazzjoni jew għoti bħala kapparra ta' l-istrumenti ta' djun mgħoddija b'liġi mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek ċentrali nazzjonali ma jistgħux jintużaw bħala mezzi biex jaħarbu mill-projbizzjoni ta' aċċess privileġġjat;

Billi, biex tiġi evitata kull ħarba mill-projbizzjoni, id-definizzjonijiet fil-liġijiet tal-Komunità dwar tipi varji ta' istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu supplimentati b'riferenza għal dawk l-istituzzjonijiet li jidħlu f'attivitajiet finanzjarji li jkunu għadhom ma ġewx armonizzati fuq il-livell tal-Komunità, bħal, per eżempju, friegħi ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi, kumpaniji li jżommu u jħaddmu l-ishma, impriżi mhux kordinati għal investiment f'sigurtajiet trasferibbli (UCITS), istituzzjonijiet għal dispożizzjonijiet ta' irtirar, eċċ.,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 104a tat-Trattat, "kull miżura li tistabbilixxi aċċess privileġġjat" għandha tiġi definita bħala kull liġi, kull regolament jew kull strument legali vinkolanti ieħor adottat fl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika li:

- jobbligaw lil istituzzjonijiet finanzjarji li jakkwistaw jew iżommu obligazzjonijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, ta' gvernijiet ċentrali, jew awtoritajiet oħra reġjonali jew lokali, korpi oħra regolati mill-liġi pubblika jew impriżi pubbliċi ta' l-Istati Membri (minn iss' l quddiem riferiti bħala "settur pubbliku"), jew

- jagħtu vantaġġi ta' taxxa li jistgħu jibbenefikaw biss lil istituzzjonijiet finanzjarji jew vantaġġi finanzjarji li ma jimxux fuq il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq, sabiex jinkoraġġixxu l-akkwist jew iż-żamma minn dawn l-istituzzjonijiet ta' obligazzjonijiet bħal dawn.

2. Aċċess privileġġjat m' għandux jitqies bħala stabbilit minn dawk il-miżuri li jagħtu lok għal:

- obbligi għall-finanzjament ta' djar soċjali taħt termini speċjali bħal, fost l-oħrajn, obbligu li jiġu ċentralizzati fondi ma' istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi, meta t-termini tal-finanzjament li jiddominaw fis-settur pubbliku jkunu identiċi ma' dawk li jiffinanzjaw impriżi ta' l-istess natura mogħtija lil persuni privati li jkunu jridu jissellfu għall-istess għanijiet,

- l-obbligu li jiġu ċentralizzati fondi f'istituzzjoni pubblika ta' kreditu, sakemm dan l-isfurzar ikun, sa nhar l-1 Jannar 1994, parti intiera mill-organizzazzjoni ta' sistema partikolari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew ta' arranġamenti speċifiċi ta' tifdil imfassla għall-familji u maħsuba iżda biex jipprovdu lis-sistema kollha jew lill-arranġamenti speċjali b'siġurta finanzjarja. L-użu ta' fondi ċentralizzati bħal dawn irid jiġi stabbilit mill-korpi tat-tmexxija ta' l-istituzzjoni ta' kreditu pubbliku interessata u għandu jħares il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq fejn hemm kompetizzjoni ħielsa,

- obbligi biex jiffinanzjaw it-tiswija tal-ħsarat minħabba xi diżastru, iżda li l-kondizzjonijiet għall-finanzjament tal-ħsara mhumiex iktar favorevoli meta l-ħsara tiġġarrab mis-settur pubbliku milli meta tiġġarrab mis-settur privat.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 104a tat-Trattat, "kondizzjonijiet magħmula bil-għaqal" għandhom ikunu dawk li fuqhom huma bażati l-liġijiet, ir-regolamenti jew l-azzjonijiet amministrattivi nazzjonali msejsa fuq, jew konsistenti mal-liġijiet ta' l-KE u mfassla biex imexxu l quddiem is-stabbilita ta' istituzzjonijiet finanzjarji ġenerali u l-protezzjoni tal-klijenti ta' dawn l-istituzzjonijiet.

Artikolu 3

1. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 104a tat-Trattat, "impriża pubblika" għandha tfisser kull impriża li fuqha l-Istat jew awtoritajiet oħra reġjonali jew lokali jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-pussess tagħhom fuqha, minħabba l-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha jew minħabba r-regoli li jirregolawha.

Influwenza dominanti fl-intier jew parti minnha ta' l-Istat jew ta' awtoritajiet oħra reġjonali jew lokali għandha titqies meta dawn l-awtoritajiet, fejn ikollhom x'jaqsmu, direttament jew indirettament, ma' impriża:

(a) iżommu l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt ta' l-impriża;

(b) jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jkollhom l-ishma maħruġin mill-impriża; jew

(ċ) jistgħu jaħtru iktar min-nofs il-korp amminstrattiv, maniġerjali jew ta' sorveljanza ta' l-impriża.

2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu bħala aworitajiet pubbliċi li ma jeħdux miżuri li jistabilixxu aċċess privileġġjat fit-tifsira ta' l-Artikolu 104a tat-Trattat, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali m' għandhomx, għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, jiġu kunsidrati bħala li jagħmlu parti mis-settur pubbliku.

3. "Banek ċentrali nazzjonali" jfissru l-banek ċentrali ta' l-Istati Membri u l-Istitut Monetarju tal-Lussemburgu.

Artikolu 4

1. Għall-għanijiet ta' l-Artiklu 104a tat-Trattat, "istituzzjonijiet finanzjarji" jfissru:

- istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/780/KEE [4],

- impriżi ta' assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 1, punt (a) tad-Direttiva 92/49/KEE [5],

- impriżi ta' sigurtà kif definiti fl-Artikolu 1, punt (a) tad-Direttiva 92/96/KEE [6],

- UCITS kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/611/KEE [7],

- ditti ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE [8],

- impriżi oħra li l-attivitajiet tagħhom jixbħu lil dawk ta' l-impriżi riferiti fl-inċiżi msemmija iktar il fuq jew li l-attività prinċipali tagħhom hija li jakkwistaw ishma f'effetti finanzjarji jew li jibdlu pretensjonijiet finanzjarji.

2. L-istituzzjonijiet li ġejjin ma jagħmlux parti fl-intier jew parti minnu mill-istituzzjonijiet finanzjarji definiti fil-paragrafu 1:

- il-Bank Ċentrali Ewropew u banek ċentrali nazzjonali,

- servizzi finanzjarji ta' uffiċċji tal-posta meta jiffurmaw fl-intier jew parti minnu tas-settur ġenerali governattiv definit bi qbil mas-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati jew meta l-attivita prinċipali tagħhom hija li jaġixxu ta' aġent finanzjarju tal-gvern, u

- l-istituzzjonijiet li huma fl-intier jew parti minnhom tas-settur ġenerali governattiv definit bi qbil mas-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati jew ta' l-obbligazzjonijiet li jikkorrispondu għal kollox ma' dejn pubbliku.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-1 ta' Jannar 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 Diċembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU C 324, ta' l-1.12.1993, p. 7; u ĠU C 340, tas-17.12.1993, p. 6.

[2] ĠU C 329, tas-6.12.1993 u d-Deċiżjoni tat-2 Diċembru 1993 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 195, tad-29.7.1980, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/84/KEE (ĠU L 254, tat-12.10.1993, p. 16).

[4] Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE tat-12 Diċembru 1977 dwar il-kordinament tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u t-tkomplija tal-kummerċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30). Direttiva tal-Kunsill kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1).

[5] Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-8 Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta minbarra assigurazzjoni fuq il-ħajja (it-tielet Direttiva tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni minbarra assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1).

[6] Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta' l-10 Novembru 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni fuq il-ħajja (it-tielet Direttiva tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1).

[7] Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 Diċembru 1985 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' impriżi ta' investiment kollettiv f'sigurtajiet trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 88/220/KEE (ĠU L 100, tad-19.4.1988, p. 31).

[8] Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tas-sigurtajiet (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27).

--------------------------------------------------

Top